Interventi ta': Vincenzo Sofo, Andrius Kubilius, Clara Ponsatí Obiols, Dolors Montserrat, Jordi Cañas u Diana Riba i Giner.
⁂
L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji tad-dati ta' Marzu II 2023 (PE 745.819/PDOJ) tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Membri skont l-Artikolu 157(3) tar-Regoli ta' Proċedura.
Emendi għall-aħħar abbozz tal-aġenda skont l-Artikolu 158(1) tar-Regoli ta' Proċedura
Bi qbil mal-gruppi politiċi:
Il-Ħamis
Ir-rapport ta' Sergey Lagodinsky dwar "Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Anna Júlia Donáth" (A9-0071/2023) se jiżdied direttament mal-ħin għall-votazzjoni.
Ir-rapport ta' Joachim Kuhs dwar "Nomina ta' membru tal-Qorti tal-Awdituri - Martin Klus" (A9-0084/2023) se tiġi rtirata mill-aġenda wara li ġiet irtirata l-kandidatura ta' Martin Klus.
Il-Parlament approva l-proposti.
Emendi oħra ta' modifika:
L-Erbgħa
Talba tal-Grupp Verts/ALE biex jiddaħħlu, bħala l-aħħar punt fl-aġenda, dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar “Id-drittijiet tat-tfal f'familji qawsalla u ġenituri tal-istess ġeneru b'mod partikolari fl-Italja”.
Talba tal-Grupp S&D biex tiddaħħal, bħala t-tielet punt fl-aġenda, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tat-tfal f'familji qawsalla u ġenituri tal-istess ġeneru b'mod partikolari fl-Italja”.
Talba tal-Grupp PPE biex tiddaħħal dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Id-drittijiet tat-tfal f'familji qawsalla”.
Interventi ta':Terry Reintke f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifikat it-talba tal-Grupp tagħha u li informat li t-titolu l-ġdid huwa konġunt ma' Gruppi oħra, Brando Benifei f'isem il-Grupp S&D, li kkonferma li aċċetta, bħala kompromess, Jeroen Lenaers f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba tal-Grupp tiegħu, u Nicola Procaccini, kontra t-talbiet tal-Gruppi Verts/ALE u S&D.
B'VSI (246 favur, 173 kontra, 13-il astensjoni), il-Parlament approva t-talba konġunta tal-Gruppi Verts/ALE u S&D bit-titolu "Id-drittijiet tat-tfal f'familji qawsalla u ġenituri tal-istess ġeneru b'mod partikolari fl-Italja".
Għalhekk, is-seduta se titwal sad-21.00.
Talba tal-Grupp The Left biex tiddaħħal, bħala l-aħħar punt fl-aġenda, dikjazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Miżuri immedjati fil-ġlieda kontra l-impatt taż-żieda fir-rati tal-imgħax stabbilita mill-BĊE fuq l-unitajiet domestiċi u l-ħaddiema”.
Intervent ta': João Pimenta Lopes f'isem il-Grupp The Left, li ġġustifika t-talba.
Talba tal-Grupp The Left biex tiddaħħal, bħala l-ewwel punt fl-aġenda, dikjazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Id-dritt għal protesta u l-użu proporzjonat tal-forza mill-pulizija". Id-dibattitu se jingħalaq bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li se jitqiegħdu għall-votazzjoni wara l-perjodu li jmiss tas-sessjoni
Għalhekk, is-seduta se tibda fit-08.30.
Talba tal-Grupp PPE biex tiddaħħal dikjazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Iż-żieda inkwetanti tal-vjolenza min-naħa tal-gruppi xellugin estremi, li tikkostitwixxi theddida għall-istat tad-dritt u għad-dritt għal protesta fis-sigurtà” (mingħajr ma jitressqu mozzjonijiet għal riżoluzzjoni).
Talba tal-Grupp Renew biex tiddaħħal dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar “Il-vjolenza fil-politika: theddida li qed tiżdied għad-dritt għal protesta, id-demokrazija u dawk li jservu biex jipproteġuha” (mingħajr ma jitressqu mozzjonijiet għal riżoluzzjoni).
Interventi ta': Manon Aubry, f'isem il-Grupp The Left, li ġġustifikat it-talba tal-Grupp tagħha u li informat li t-talba hija konġunta mal-Gruppi S&D u Verts/ALE, François-Xavier Bellamy f'isem il-Grupp PPE, u Guy Verhofstadt f'isem il-Grupp Renew, li ġġustifikaw it-talbiet tal-Gruppi rispettivi tagħhom.
B'VSI (178 favur, 237 kontra, 13-il astensjoni), il-Parlament irrifjuta t-talba tal-Gruppi The Left, S&D u Verts/ALE.
Guy Verhofstadt informa li mhux se jżomm it-talba tiegħu.
Talba tal-Grupp Verts/ALE biex tiddaħħal dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar"L-Istat tad-Dritt fil-Greċja" f'dibattitu konġunt mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Ir-Rapport tal-2022 dwar l-Istat tad-Dritt - Is-sitwazzjoni tal-Istat tad-Dritt fl-Unjoni Ewropea". Id-dibattitu se jingħalaq bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li se jitqiegħdu għall-votazzjoni wara l-perjodu li jmiss tas-sessjoni.
Interventi ta': Gwendoline Delbos-Corfield f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifikat it-talba, u Manfred Weber kontra.
Talba tal-Grupp PPE biex tiddaħħal dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar"L-Istat tad-Dritt fi Spanja" f'dibattitu konġunt mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Ir-Rapport tal-2022 dwar l-Istat tad-Dritt - Is-sitwazzjoni tal-Istat tad-Dritt fl-Unjoni Ewropea". Id-dibattitu se jingħalaq bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li se jitqiegħdu għall-votazzjoni wara l-perjodu li jmiss tas-sessjoni.
Interventi ta':Jeroen Lenaers f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba, uElisabetta Gualmini kontra. Intervent ta':Stelios Kouloglou.
Talba tal-Grupp PPE biex tiddaħħal dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "L-Istat tad-Dritt f'Malta" f'dibattitu konġunt mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Ir-Rapport tal-2022 dwar l-Istat tad-Dritt - Is-sitwazzjoni tal-Istat tad-Dritt fl-Unjoni Ewropea". Id-dibattitu se jingħalaq bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li se jitqiegħdu għall-votazzjoni wara l-perjodu li jmiss tas-sessjoni.
Interventi ta':Jeroen Lenaers f'isem il-Grupp PPE, li ġġustifika t-talba, uAlex Agius Saliba kontra.
Għalhekk, id-dikjarazzjonijiet tal-Kummissjoni dwar “L-Istat tad-Dritt fil-Greċja”, “L-Istat tad-Dritt fi Spanja” u “L-Istat tad-Dritt f'Malta” se jiżdiedu mad-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "Ir-Rapport tal-2022 dwar l-Istat tad-Dritt - Is-sitwazzjoni tal-Istat tad-Dritt fl-Unjoni Ewropea" f'dibattitu konġunt. Id-dibattitu se jingħalaq bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li se jitqiegħdu għall-votazzjoni wara l-perjodu li jmiss tas-sessjoni.