Indiċi 
 Preċedenti 
 Li jmiss 
 Test sħiħ 
Minuti
XML 2k
L-Erbgħa, 31 ta' Mejju 2023 - Brussell

9. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)
Rapporti Verbatim

Il-kumitati responsabbli ddeċidew li jidħlu f'negozjati interistituzzjonali skont l-Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura, abbażi tar-rapporti segwenti:

- kumitat LIBE – Rapport dwar proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-irkupru u l-konfiska tal-assi (COM(2022)0245 – C9-0186/2022 – 2022/0167(COD)) – Rapporteur: Loránt Vincze (A9-0199/2023);

- kumitat LIBE – Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskambju awtomatizzat ta' data għall-kooperazzjoni tal-pulizija ("Prüm II"), li jemenda d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI u 2008/616/ĠAI u r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2021)0784 – C9-0455/2021 – 2021/0410(COD)) – Rapporteur: Paulo Rangel (A9-0200/2023).

Jista' jintalab li jittieħed vot fuq dawn id-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura qabel nofsillejl ta' għada, 1 ta' Ġunju 2023.

In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Awwissu 2023Avviż legali - Politika tal-privatezza