Il-President tal-Parlament se tipproċedi llum, flimkien mal-President tal-Kunsill, bl-iffirmar tal-atti li ġejjin, adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-informazzjoni li takkumpanja t-trasferimenti ta' fondi u ta' ċerti kriptoassi, u li jemenda d-Direttiva (UE) 2015/849 (riformulazzjoni) (00053/2022/LEX - C9-0184/2023 - 2021/0241(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ temporanji li jissupplimenta l-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti Ukreni skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u l-Ukrajna, min-naħa l-oħra (00019/2023/LEX - C9-0183/2023 - 2023/0051(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar is-swieq fil-kriptoassi, u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 1095/2010 u d-Direttivi 2013/36/UE u (UE) 2019/1937 (00054/2022/LEX - C9-0181/2023 - 2020/0265(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjoni mill-Unjoni ta' ċerti komoditajiet u prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 (00082/2022/LEX - C9-0179/2023 - 2021/0366(COD)).