L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji ta' Mejju II 2023 (PE 748.891/PDOJ) tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Membri skont l-Artikolu 157(3) tar-Regoli ta' Proċedura.
Emendi għall-abbozz definittiv tal-aġenda skont l-Artikolu 158(1) tar-Regoli ta' Proċedura
Bil-qbil tal-gruppi politiċi:
Il-Ħamis
Ir-rapport Ilana Cicurel dwar it-"Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Maria Spyraki" (A9-0201/2023) u r-rapport Andrzej Halicki dwar it-"Talba għat-tneħħija tal-immunità ta' Alexis Georgoulis" (A9-0202/2023) żdiedu mal-ħin għall-votazzjonijiet.
Il-Parlament approva l-proposti.
Emendi oħrajn:
L-Erbgħa
Talba tal-Grupp Renew u l-Grupp ECR biex jiddaħħlu fl-aġenda dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Ir-rikostruzzjoni u l-integrazzjoni tal-Ukrajna fil-komunità Ewro-Atlantika". Id-dibattitu jintemm bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li se jitressqu għall-votazzjoni waqt is-sessjoni ta' Ġunju.
Talba tal-Grupp ECR biex jiddaħħal dan id-dibattitu bħala t-tielet punt tal-aġenda qabel id-dibattitu dwar "Ksur tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali fl-Ungerija u fondi tal-UE ffriżati" (punt 40 tal-PDOJ).
Għalhekk is-seduta se tibqa' sejra sal-23.00.
Intervent ta': Petras Auštrevičius f'isem il-Grupp Renew, li ġġustifika t-talba.
Talba tal-Grupp S&D biex jiddaħħlu fl-aġenda dawn l-istess dikjarazzjonijiet bit-titolu li ġej: "Il-bżonn ta' rikostruzzjoni u rkupru ġusti, inklużivi u sostenibbli fl-Ukrajna".
Interventi ta':Włodzimierz Cimoszewicz f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifika t-talba, u Michael Gahler kontra t-talba biex jiddaħħal dan id-dibattitu fl-aġenda ta' din is-sessjoni parzjali.
Il-President ikkonstatat li kien hemm kunsens li dawn it-talbiet ma jiġux ittrattati matul din is-sessjoni parzjali.
* * *
Talba tal-Grupp Verts/ALE u l-Grupp S&D biex tiddaħħal fl-aġenda, wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-"Ksur tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali fl-Ungerija u fondi tal-UE ffriżati" (punt 40 tal-PDOJ), dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "L-ispejjeż soċjali u ekonomiċi tal-kriżi klimatika u l-bżonn urġenti ta' solidarjetà Ewropea biex jingħata appoġġ lill-pajjiżi u r-reġjuni affettwati, speċjalment wara l-għargħar attwali fl-Emilia Romagna u l-Marche" (mingħajr it-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni).
Intervent ta': Terry Reintke f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifika t-talba.
Talba tal-Grupp PPE u l-Grupp Renew biex din id-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni tkun intitolata kif ġej: "L-ispejjeż soċjali u ekonomiċi tal-kriżi klimatika fid-dawl tal-għargħar fl-Italja u l-bżonn urġenti ta' solidarjetà Ewropea".
Interventi ta': Nicola Danti f'isem il-Grupp Renew, li ġġustifika t-talba, u Elisabetta Gualmini f'isem il-Grupp S&D, biex tipproponi bħala kompromess it-titolu li ġej: "L-ispejjeż soċjali u ekonomiċi tal-kriżi klimatika fid-dawl tal-għargħar fl-Emilia Romagna, il-Marche u t-Toskana u l-bżonn urġenti ta' solidarjetà Ewropea".
B'sejħa tal-ismijiet (463 favur, 3 kontra, 5 astensjonijiet), il-Parlament approva t-talbiet bit-titolu li ġej: "L-ispejjeż soċjali u ekonomiċi tal-kriżi klimatika fid-dawl tal-għargħar fl-Emilia Romagna, il-Marche u t-Toskana u l-bżonn urġenti ta' solidarjetà Ewropea".
* * *
Talba tal-Grupp PPE, il-Grupp S&D, il-Grupp Renew u l-Grupp Verts/ALE biex jiddaħħlu fl-aġenda, wara d-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar il-"Ksur tal-istat tad-dritt u tad-drittijiet fundamentali fl-Ungerija u fondi tal-UE ffriżati" (punt 40 tal-PDOJ), dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar it-"Theddida għad-demokrazija u l-istat tad-dritt fil-Polonja, b'mod partikolari permezz tal-ħolqien ta' kumitat investigattiv" (mingħajr it-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni).
Interventi ta': Jeroen Lenaers f'isem il-Grupp PPE, u Stéphane Séjourné f'isem il-Grupp Renew, li ġġustifikaw it-talba, u Ryszard Antoni Legutko kontra.
Talba tal-Grupp ECR biex tiddaħħal, bħala l-aħħar punt tal-aġenda, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni dwar "L-interferenza fl-aġenda politika Ewropea ta' organizzazzjonijiet mhux Ewropej li minnhom joriġinaw movimenti ekoloġiċi radikali, fid-dawl tal-inkjesti reċenti tal-awtoritajiet Ġermaniżi" (mingħajr it-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni).
Interventi ta': Vincenzo Sofo f'isem il-Grupp ECR, li ġġustifika t-talba, u Michael Bloss kontra.
Talba tal-Grupp The Leftbiex jiddaħħlu fl-aġenda bħala l-aħħar punt dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "L-attakki Iżraeljani f'Gaza" (mingħajr it-tressiq ta' mozzjonijiet għal riżoluzzjoni).
Interventi ta': Clare Daly f'isem il-Grupp The Left, biex tirtira t-talba, u Evin Incir.
Il-Ħamis
Talba tal-Grupp Verts/ALE u l-Grupp The Left biex il-votazzjoni rigward ir-rapport Sandra Kalniete dwar l-'"Indħil barrani fil-proċessi demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-diżinformazzjoni" (A9-0187/2023) (punt 9 tal-PDOJ) tiġi posposta għas-sessjoni parzjali ta' Ġunju.
Interventi ta':Philippe Lamberts f'isem il-Grupp Verts/ALE, li ġġustifika t-talba, uSandra Kalniete kontra.