Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar indikazzjonijiet ġeografiċi tal-Unjoni Ewropea għall-inbid, ix-xorb spirituż u l-prodotti agrikoli, u l-iskemi tal-kwalità għall-prodotti agrikoli, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013, (UE) 2017/1001 u (UE) 2019/787 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 1151/2012 [COM(2022)0134 - C9-0130/2022 - 2022/0089(COD)] - Kumitat għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali. Rapporteur: Paolo De Castro (A9-0173/2023)
Paolo De Castro ppreżenta r-rapport.
Intervent ta': Janusz Wojciechowski (membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Danilo Oscar Lancini (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat INTA), Álvaro Amaro f'isem il-Grupp PPE, Clara Aguilera f'isem il-Grupp S&D, Irène Tolleret f'isem il-Grupp Renew, Claude Gruffat f'isem il-Grupp Verts/ALE, Mazaly Aguilar f'isem il-Grupp ECR, Elena Lizzi f'isem il-Grupp ID, Eugenia Rodríguez Palop, f'isem il-Grupp The Left, Marc Tarabella Membru mhux affiljat, Herbert Dorfmann, Isabel Carvalhais, Nicola Procaccini, Jean-Lin Lacapelle, Dino Giarrusso, Tomislav Sokol, Daniel Buda u Anne Sander.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Juozas Olekas, Valter Flego, Ladislav Ilčić u Sandra Pereira.
Interventi ta': Janusz Wojciechowski u Paolo De Castro.