Is-sessjoni li ġiet interrotta nhar il-Ħamis 15 ta' Ġunju 2023 tkompliet.
2. Ftuħ tas-seduta
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.00.
3. Dikjarazzjonijiet tal-President
Il-President għamlet dikjarazzjoni dwar il-ħames mitt jum mill-bidu tal-invażjoni tal-Ukrajna mir-Russja u ssottolinjat l-appoġġ u s-solidarjetà kontinwi tal-Parlament lill-Ukrajna u lill-poplu tagħha.
Il-President fakkret, barra minn hekk, fil-mitt jum mid-detenzjoni illegali fir-Russja tal-ġurnalist ta' Wall Street Journal, Evan Gershkovich, u ttenni l-appell tagħha għall-ħelsien immedjat tiegħu. Hija fakkret ukoll fit-tliet mitt ġimgħa mill-assassinju tal-ġurnalista Maltija Daphne Caruana Galizia u affermat mill-ġdid l-impenn tal-Parlament biex issir ġustizzja.
Il-President ikkonkludiet billi esprimiet is-solidarjetà tal-Parlament mal-komunità LGBTIQ wara t-tfixkil vjolenti tal-avveniment Pride li sar is-Sibt li għadda f'Tbilisi, il-Georgia.
4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
5. Kompożizzjoni tal-Parlament
Álvaro Amaro ppreżenta r-riżenja tal-mandat tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew li tiddekorri mid-data 7 ta' Lulju 2023.
Peter van Dalen ippreżenta r-riżenja tal-mandat tiegħu bħala Membru tal-Parlament Ewropew li tiddekorri mid-data 4 ta' Settembru 2023.
Il-Kumitat JURI qies li dawn ir-riżenji huma kompatibbli mal-Att tal-20 ta' Settembru 1976 rigward l-elezzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew b'suffraġju universali dirett.
Skont l-Artikolu 4 tar-Regoli ta' Proċedura, il-Parlament iddikjara s-siġġijiet vakanti li jiddekorru mid-data 7 ta' Lulju 2023 u d-data 4 ta' Settembru 2023 rispettivament u jinforma lill-Istati Membri interessati.
* * *
L-awtoritajiet kompetenti Ġermaniżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Thomas Rudner minflok Ismail Ertug bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 3 ta' Lulju 2023.
L-awtoritajiet kompetenti Portugiżi kkomunikaw l-elezzjoni fil-Parlament Ewropew ta' Carlos Coelho minflok Álvaro Amaro bħala Membru tal-Parlament, li tiddekorri mid-data 7 ta' Lulju 2023.
Il-Parlament ħa nota tal-elezzjoni tagħhom.
Bi qbil mal-Artikolu 3(2) tar-Regoli ta' Proċedura, sakemm il-kredenzjali tagħhom jkunu vverifikati jew tkun ingħatat deċiżjoni fuq kwalunkwe kontestazzjoni, Thomas Rudner u Carlos Coelho jieħdu posthom fil-Parlament u fil-korpi tiegħu u jgawdu mid-drittijiet kollha marbuta ma' din il-kariga, bil-kundizzjoni li qabel ikunu għamlu d-dikjarazzjoni li huma ma għandhom ebda kariga inkompatibbli ma' dik ta' Membru tal-Parlament Ewropew.
6. Verifika tal-kredenzjali
Abbażi tal-proposta unanima tal-Kumitat JURI matul il-laqgħa tiegħu tas-27 ta' Ġunju 2023, il-Parlament għandu jivverifika l-kredenzjali ta' Nikos Papandreou, skont l-Artikolu 3(4) tar-Regoli ta' Proċedura, u konformi mal-mandant ta' dan il-Membru, li jiddekorri mid-data tat-3 ta' Mejju 2023.
Delegazzjoni għall-Assemblea Parlamentari Euronest: Anja Hazekamp ma baqgħetx membru
Dawn id-deċiżjonijiet jibda jkollhom effett mid-data tal-lum.
9. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-kumitati responsabbli ddeċidew li jidħlu f'negozjati interistituzzjonali skont l-Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura, abbażi tar-rapporti segwenti:
Kumitati LIBE, FEMM – Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-vjolenza kontra n-nisa u l-vjolenza domestika (COM(2022)0105 – C9-0058/2022 – 2022/0066(COD)) – Rapporteurs: Evin Incir, Frances Fitzgerald (A9-0234/2023);
Kumitat ECON – Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 260/2012 u (UE) 2021/1230 fir-rigward ta’ trasferimenti ta’ kreditu istantanji f’euro (COM(2022)0546 – C9-0362/2022 – 2022/0341(COD)) – Rapporteur: Michiel Hoogeveen (A9-0230/2023);
Kumitat LIBE – Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar id-definizzjoni ta' reati kriminali u ta' pieni għall-ksur ta' miżuri restrittivi tal-Unjoni (COM(2022)0684 – C9-0401/2022 – 2022/0398(COD)) – Rapporteur: Sophia in 't Veld (A9-0235/2023);
Jista' jintalab li jittieħed vot fuq dawn id-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura qabel nofsillejl ta' għada, 11 ta' Lulju 2023.
In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.
10. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President tal-Parlament ipproċediet, flimkien mal-President tal-Kunsill, mill-interruzzjoni tas-sessjoni tad-data 15 ta' Ġunju 2023, għall-iffirmar tal-att segwenti adottat skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drogi (EUDA) u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1920/2006 (00016/2023/LEX - C9-0212/2023 - 2022/0009(COD)).
Il-President tal-Parlament ipproċediet, flimkien mal-President tal-Kunsill, fid-data 12 ta' Lulju 2023, għall-iffirmar tal-atti segwenti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi regoli armonizzati dwar id-deżinjazzjoni ta' stabbilimenti deżinjati u l-ħatra ta' rappreżentanti legali għall-fini ta' ġbir ta' evidenza elettronika fi proċedimenti kriminali (00003/2023/LEX - C9-0243/2023 - 2018/0107(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Ordnijiet ta' Produzzjoni Ewropej u l-Ordnijiet ta' Preservazzjoni Ewropej għall-evidenza elettronika fi proċedimenti kriminali u għall-eżekuzzjoni ta' sentenzi ta' kustodja wara proċedimenti kriminali (00004/2023/LEX - C9-0244/2023 - 2018/0108(COD));
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-batteriji u l-iskart ta' batteriji, li jemenda d-Direttiva 2008/98/KE u r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar id-Direttiva 2006/66/KE (00002/2023/LEX - C9-0224/2023 - 2020/0353(COD));
- Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tipprovdi assistenza makrofinanzjarja lir-Repubblika tal-Maċedonja ta' Fuq (00023/2023/LEX - C9-0245/2023 - 2023/0034(COD)).
11. Rettifika (Artikolu 241 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-kumitat responsabbli ressaq din ir-rettifika ta' test approvat mill-Parlament Ewropew:
- Kumitat AGRI - Rettifika P9_TA(2021)0458(COR01) għar-Regolament (UE) 2021/2117 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta' Diċembru 2021 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1308/2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli, (UE) Nru 1151/2012 dwar skemi tal-kwalità għal prodotti agrikoli u oġġetti tal-ikel, (UE) Nru 251/2014 dwar id-definizzjoni, id-deskrizzjoni, il-preżentazzjoni, it-tikkettar u l-protezzjoni tal-indikazzjonijiet ġeografiċi tal-prodotti tal-inbid aromatizzat u (UE) Nru 228/2013 li jistabbilixxi miżuri speċifiċi għall-agrikoltura fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 262) – (pożizzjoni tal-Parlament Ewropew adottata fl-ewwel qari fit-23 ta' Novembru 2021 bil-ħsieb tal-adozzjoni tar-Regolament imsemmi hawn fuq P9_TA(2021)0458 (COM(2018)0394 – C8-0246/2018 – 2018/0218(COD)).
Din ir-rettifika titqies approvata ħlief jekk, sa mhux aktar tard minn 24 siegħa, issir talba biex jittieħed vot fuqha skont l-Artikolu 241(4) tar-Regoli ta' Proċedura.
12. Proposti għal atti tal-Unjoni
Il-President informat li ddikjarat amissibbli l-proposti għal atti tal-Unjoni li ġejjin skont l-Artikolu 47(2) tar-Regoli ta' Proċedura:
- Proposta għal att tal-Unjoni mressqa minn Ivan Vilibor Sinčić, Christine Anderson, Francesca Donato, Stasys Jakeliūnas, Mislav Kolakušić u Cristian Terheş, dwar l-istabbiliment ta’ awtorità indipendenti biex tinvestiga l-effetti sekondarji tal-vaċċini kontra l-COVID-19 (B9-0261/2023)
kumitat responsabbli għas-suġġett: ENVI;
- Proposta għal att tal-Unjoni mressqa minn Jorge Buxadé Villalba, Hermann Tertsch, Margarita de la Pisa Carrión u Ryszard Antoni Legutko, dwar il-ħtieġa li jiġu emendati r-regolamenti tal-Unjoni sabiex tiġi solvuta s-sitwazzjoni problematika li qed jiffaċċjaw il-farms fir-rigward tat-tuberkulożi bovina (B9-0299/2023)
kumitat responsabbli għas-suġġett: AGRI kumitat għal opinjoni: ENVI.
13. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji tad-dati ta' Lulju 2023 (PE 751.220/PDOJ) tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Membri skont l-Artikolu 157(3) tar-Regoli ta' Proċedura.
⁂
Intervent ta':François Alfonsi.
Emendi għall-aħħar abbozz tal-aġenda skont l-Artikolu 158(1) tar-Regoli ta' Proċedura
L-Erbgħa
Talba tal-Grupp ID biex jiddaħħal, bħala s-seba' punt fl-aġenda ta' waranofsinhar, dikjarazzjoni tal-Kummissjoni bl-isem “Ir-repressjoni kontinwa tal-oppożizzjoni demokratika fil-Ġermanja, b'mod partikolari d-dikjarazzjonijiet tal-President tal-Uffiċċju Federali għall-Protezzjoni tal-Kostituzzjoni” (mingħajr ma jitressqu mozzjonijiet għal riżoluzzjoni). Minħabba f'hekk, is-seduta ddum sal-23.00.
Intervent ta': Christine Anderson f'isem il-Grupp ID, li ġġustifikat it-talba.
15. Direttiva dwar l-Emissjonijiet Industrijali ***I - Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali ***I - Varar ta’ infrastruttura ta’ fjuwils alternattivi ***I - Fjuwils marittimi sostenibbli (Inizjattiva FuelEU Maritime) ***I - L-effiċjenza enerġetika (riformulazzjoni) ***I (diskussjoni konġunta - Lesti għall-mira ta' 55 % u l-emissjonijiet industrijali)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) u d-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill [COM(2022)0156 - C9-0144/2022 - 2022/0104(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel. Rapporteur: Radan Kanev (A9-0216/2023)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapportar ta’ data ambjentali minn installazzjonijiet industrijali u l-istabbiliment ta’ Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali [COM(2022)0157 - C9-0145/2022- 2022/0105(COD)] - Kumitat għall-Ambjent, is-Saħħa Pubblika u s-Sikurezza tal-Ikel. Rapporteur: Radan Kanev (A9-0211/2023)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-varar ta’ infrastruttura ta' fjuwils alternattivi, u li jħassar id-Direttiva 2014/94/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill [COM(2021)0559 - C9-0331/2021 - 2021/0223(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Petar Vitanov (A9-0234/2022)
L-ewwel votazzjoni saret fid-data 19 ta' Ottubru 2022 u l-kwistjoni ġiet riferuta lill-kumitat responsabbli fi tmiem in-negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura (punt 7.5 tal-minuti tad-data 19.10.2022).
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu ta’ fjuwils rinnovabbli u fjuwils b'livell baxx ta’ emissjonijiet ta’ karbonju fit-trasport marittimu u li jemenda d-Direttiva 2009/16/KE [COM(2021)0562 - C9-0333/2021 - 2021/0210(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Jörgen Warborn (A9-0233/2022)
L-ewwel votazzjoni saret fid-data 19 ta' Ottubru 2022 u l-kwistjoni ġiet riferuta lill-kumitat responsabbli fi tmiem in-negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura (punt 7.4 tal-minuti tad-data 19.10.2022).
Rapport dwar il-proposta għall-direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-effiċjenza enerġetika (riformulazzjoni) [COM(2021)0558 - C9-0330/2021- 2021/0203(COD)] - Kumitat għall-Industrija, ir-Riċerka u l-Enerġija. Rapporteur: Niels Fuglsang (A9-0221/2022)
L-ewwel votazzjoni saret fid-data 14 ta' Settembru 2022 u l-kwistjoni ġiet riferuta lill-kumitat responsabbli fi tmiem in-negozjati interistituzzjonali, skont l-Artikolu 59(4) tar-Regoli ta' Proċedura (punt 5.1 tal-minuti tad-data 14.9.2022).
Radan Kanev, Petar Vitanov, Jörgen Warborn u Niels Fuglsang ippreżentaw ir-rapport.
Interventi ta': Tiemo Wölken (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Rasmus Andresen (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE) u Benoît Lutgen (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AGRI).
Interventi ta': Alexandr Vondra (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Bas Eickhout (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Michael Bloss (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Tom Berendsen (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat TRAN), Niklas Nienaß (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat REGI), Alice Kuhnke (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat FEMM), Sara Skyttedal (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ITRE), Jens Gieseke f'isem il-Grupp PPE, Mohammed Chahim f'isem il-Grupp S&D, Michal Wiezik f'isem il-Grupp Renew, Jutta Paulus f'isem il-Grupp Verts/ALE, Carlo Fidanza f'isem il-Grupp ECR, Marie Dauchy f'isem il-Grupp ID, Marisa Matias, f'isem il-Grupp The Left, Pernille Weiss, Vera Tax, Anna Deparnay-Grunenberg, Grzegorz Tobiszowski, Anders Vistisen, Elena Kountoura, Miroslav Radačovský, Peter Liese, Alex Agius Saliba, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bogdan Rzońca, Elsi Katainen, Johan Nissinen, Danilo Oscar Lancini, Sandra Pereira, Christian Ehler, Thomas Rudner, Nicola Danti, Jadwiga Wiśniewska, João Pimenta Lopes, Jerzy Buzek, Nicolás González Casares, Iskra Mihaylova, Herbert Dorfmann, Paolo De Castro, Jérémy Decerle u Maria Spyraki.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Cristian-Silviu Buşoi, Isabel García Muñoz, Clare Daly, Ljudmila Novak, Mick Wallace u Henna Virkkunen.
16. Il-protezzjoni ta’ ġurnalisti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem minn proċedimenti ġudizzjarji manifestament infondati jew abbużivi ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn proċedimenti ġudizzjarji manifestament infondati jew abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”) [COM(2022)0177 - C9-0161/2022 - 2022/0117(COD)] - Kumitat għall-Affarijiet Legali. Rapporteur: Tiemo Wölken (A9-0223/2023)
Tiemo Wölken ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Ramona Strugariu (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat LIBE).
Intervent ta': Věra Jourová (Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Magdalena Adamowicz f'isem il-Grupp PPE, Ibán García Del Blanco f'isem il-Grupp S&D, Ilana Cicurel f'isem il-Grupp Renew, Diana Riba i Giner f'isem il-Grupp Verts/ALE, Cristian Terheş f'isem il-Grupp ECR, Gilles Lebreton f'isem il-Grupp ID, Manon Aubry, f'isem il-Grupp The Left, Sabrina Pignedoli Membru mhux affiljata, David Casa, Sylvie Guillaume, Irena Joveva, Saskia Bricmont, Ernő Schaller-Baross, Isabel Wiseler-Lima, Łukasz Kohut, Hannah Neumann, Tatjana Ždanoka, Antonius Manders, Katarina Barley, Marc Tarabella.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Juan Fernando López Aguilar, Clare Daly, Cyrus Engerer u Mick Wallace.
17. Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Save Cruelty Free Cosmetics – Commit to a Europe without animal testing” (dibattitu)
Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej “Save Cruelty Free Cosmetics – Commit to a Europe without animal testing” (2023/2679(RSP) (Artikolu 222(8) tar-Regoli ta' Proċedura)
Maria Spyraki, f'isem il-Kumitat ENVI, Mazaly Aguilar, f'isem il-Kumitat AGRI, u Ana Miranda, f'isem il-Kumitat PETI ppreżentaw l-Inizjattiva taċ-Ċittadini Ewropej.
PRESIDENZA: Heidi HAUTALA Viċi President
Intervent ta': Věra Jourová (Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Marlene Mortler f'isem il-Grupp PPE, Niels Fuglsang f'isem il-Grupp S&D, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp Renew, Tilly Metz f'isem il-Grupp Verts/ALE, Elżbieta Kruk f'isem il-Grupp ECR, Annika Bruna f'isem il-Grupp ID, Sunčana Glavak u Beatrice Covassi.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Caroline Roose, Mick Wallace u Clare Daly.
Intervent ta': Věra Jourová.
Id-dibattitu ngħalaq.
18. Miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll li japplikaw fiż-żona koperta mill-Ftehim dwar is-Sajd fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan (SIOFA) ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi l-miżuri ta’ ġestjoni, ta’ konservazzjoni u ta’ kontroll li japplikaw fiż-Żona koperta mill-Ftehim dwar is-Sajd fin-Nofsinhar tal-Oċean Indjan (SIOFA) [COM(2022)0563 - C9-0370/2022 - 2022/0348(COD)] - Kumitat għas-Sajd. Rapporteur: João Pimenta Lopes (A9-0192/2023)
João Pimenta Lopes ippreżenta r-rapport.
Intervent ta': Věra Jourová (Viċi President tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Cláudia Monteiro de Aguiar f'isem il-Grupp PPE, Isabel Carvalhais f'isem il-Grupp S&D, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp Renew, France Jamet f'isem il-Grupp ID, u Gabriel Mato.
Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Mick Wallace.
Interventi ta': Věra Jourová u João Pimenta Lopes.
19. Protezzjoni tal-ħaddiema minn sħana estrema u fenomeni meteoroloġiċi estremi oħra li jirriżultaw mill-kriżi klimatika (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Protezzjoni tal-ħaddiema minn sħana estrema u fenomeni meteoroloġiċi estremi oħra li jirriżultaw mill-kriżi klimatika (2023/2788(RSP))
Nicolas Schmit (membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Helmut Geuking f'isem il-Grupp PPE, Elisabetta Gualmini f'isem il-Grupp S&D, Marie-Pierre Vedrenne f'isem il-Grupp Renew, Rosa D'Amato f'isem il-Grupp Verts/ALE, Mathilde Androuët f'isem il-Grupp ID, Eugenia Rodríguez Palop, f'isem il-Grupp The Left, u Lefteris Nikolaou-Alavanos, Membru mhux affiljat.
21. Unjoni Bankarja – rapport annwali 2022 (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar l-Unjoni Bankarja – rapport annwali 2022 [2022/2061(INI)] - Kumitat għall-Affarijiet Ekonomiċi u Monetarji. Rapporteur: Kira Marie Peter-Hansen (A9-0177/2023)
Kira Marie Peter-Hansen għamlet il-preżentazzjoni.
PRESIDENZA: Nicola BEER Viċi President
Intervent skont il-proċedura "catch the eye" ta': Billy Kelleher.
22. It-tħeġġiġ u l-adattament tat-taħriġ vokazzjonali bħala għodda għas-suċċess tal-impjegati u element kostitwenti għall-ekonomija tal-UE fl-industrija 4.0 l-ġdida (preżentazzjoni qasira)
Rapport dwar it-tħeġġiġ u l-adattament tat-taħriġ vokazzjonali bħala għodda għas-suċċess tal-impjegati u element kostitwenti għall-ekonomija tal-UE fl-industrija 4.0 l-ġdida [2022/2207(INI)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Anna Zalewska (A9-0232/2023)
Anna Zalewska għamlet il-preżentazzjoni.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Stanislav Polčák, Ilana Cicurel u Sandra Pereira.
Intervent ta': Nicolas Schmit (membru tal-Kummissjoni).
23. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 172 tar-Regoli ta' Proċedura:
Michaela Šojdrová, Sara Cerdas, Izaskun Bilbao Barandica, Ana Miranda, Margarita de la Pisa Carrión, Marie Dauchy, João Pimenta Lopes, Tatjana Ždanoka, Stanislav Polčák, Delara Burkhardt, Billy Kelleher, Grace O'Sullivan, Johan Nissinen, Gianantonio Da Re, Sandra Pereira, René Repasi, Katalin Cseh, Hannah Neumann, Michiel Hoogeveen, Gilles Lebreton, Manon Aubry, Victor Negrescu, Nicolae Ştefănuță, Carmen Avram, Cristian Terheş u Lara Wolters.
24. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta li jmiss ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 751.220/OJ).
25. Approvazzjoni tal-minuti tas-seduta li għaddejja
Skont l-Artikolu 202(3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-minuti tas-seduta li għaddejja se jitressqu għall-approvazzjoni tal-Parlament fil-bidu tal-parti ta' waranofsinhar tas-sessjoni parzjali li jmiss.
26. Għeluq tas-seduta
Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 22.33.
Alessandro Chiocchetti
Katarina Barley
Segretarju Ġenerali
Viċi President
LISTA TA' DOKUMENTI LI JIFFURMAW IL-BAŻI GĦAD-DIBATTITI U D-DEĊIŻJONIJIET TAL-PARLAMENT
1. Emenda għar-Regoli ta' Proċedura (Artikolu 237 tar-Regoli ta' Proċedura)
Kumitat AFCO
- Emendi tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament bl-għan li jissaħħu l-integrità, l-indipendenza u r-responsabbiltà (2023/2095(REG))
2. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) minn istituzzjonijiet oħra
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/49/UE fir-rigward tal-ambitu tal-protezzjoni tad-depożiti, tal-użu tal-fondi ta' skemi ta' garanzija tad-depożiti, tal-kooperazzjoni transfruntiera, u tat-trasparenza (COM(2023)0228 - C9-0133/2023 – 2023/0115(COD)) F'konformità mal-Artikolu 282(5) tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Bank Ċentrali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
ECON
opinjoni :
IMCO, JURI
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2014/59/UE fir-rigward tal-miżuri ta' intervent bikri, il-kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-finanzjament ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni (COM(2023)0227 - C9-0135/2023 - 2023/0112(COD)) F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta. F'konformità mal-Artikolu 282(5) tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Bank Ċentrali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
ECON
opinjoni :
BUDG, JURI
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 806/2014 fir-rigward ta' miżuri ta' intervent bikri, kundizzjonijiet għar-riżoluzzjoni u l-finanzjament ta' azzjoni ta' riżoluzzjoni (COM(2023)0226 - C9-0139/2023 - 2023/0111(COD)) F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta. F'konformità mal-Artikolu 282(5) tat-Trattat, il-President se jikkonsulta lill-Bank Ċentrali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
ECON
opinjoni :
JURI
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1286/2014 fir-rigward tal-modernizzazzjoni tad-dokument bl-informazzjoni ewlenija (COM(2023)0278 - C9-0180/2023 - 2023/0166(COD)) F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
ECON
opinjoni :
ENVI, IMCO, LIBE
- Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttivi 2009/65/KE, 2009/138/KE, 2011/61/UE, 2014/65/UE u (UE) 2016/97 fir-rigward tar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tal-investituri bl-imnut (COM(2023)0279 - C9-0182/2023 - 2023/0167(COD))
irriferut
responsabbli :
ECON
opinjoni :
BUDG, JURI
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2005/35/KE dwar it-tniġġis ikkawżat mill-vapuri u l-introduzzjoni ta' penali, inklużi pieni kriminali, għal reati ta' tniġġis (COM(2023)0273 - C9-0187/2023 - 2023/0171(COD)) F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
TRAN
opinjoni :
BUDG, ENVI, PECH, JURI, LIBE
- Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/21/KE dwar il-konformità mar-rekwiżiti tal-Istat tal-bandiera (COM(2023)0272 - C9-0188/2023 - 2023/0172(COD)) F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
TRAN
opinjoni :
BUDG, PECH
- Proposta għal Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-Aġenzija Ewropea għas-Sigurtà Marittima u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 1406/2002 (COM(2023)0269 - C9-0190/2023 - 2023/0163(COD)) F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
TRAN
opinjoni :
BUDG, CONT, ENVI, ITRE, PECH
- Proposta għal Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/16/KE dwar il-kontroll mill-Istat tal-port (COM(2023)0271 - C9-0191/2023 - 2023/0165(COD)) F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
TRAN
opinjoni :
BUDG, EMPL, ENVI, PECH
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġuriżdizzjoni, il-liġi applikabbli, ir-rikonoxximent u l-infurzar tal-miżuri u l-kooperazzjoni fi kwistjonijiet relatati mal-protezzjoni tal-adulti (COM(2023)0280 - C9-0192/2023 - 2023/0169(COD))
irriferut
responsabbli :
JURI
opinjoni :
EMPL, LIBE, FEMM
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trasparenza u l-integrità tal-attivitajiet ta' klassifikazzjoni Ambjentali, Soċjali u ta' Governanza (ESG) (COM(2023)0314 - C9-0203/2023 - 2023/0177(COD)) F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
ECON
opinjoni :
EMPL, ENVI, JURI
- Proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tagħti s-setgħa lir-Repubblika Franċiża biex tinnegozja, tiffirma u tikkonkludi Ftehim internazzjonali dwar ir-rekwiżiti għas-sikurezza u l-interoperabbiltà fil-Kollegament Fiss tal-Kanal (COM(2023)0328 - C9-0205/2023 - 2023/0192(COD)) F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
TRAN
- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 2 għall-baġit ġenerali għall-2023: Ibbaġitjar tas-surplus tas-sena finanzjarja 2022: Pożizzjoni tal-Kunsill tad-19 ta' Ġunju 2023 (09682/2023 - C9-0208/2023 - 2023/0103(BUD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
- Tiġdid parzjali ta’ Membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat SK (11007/2023 - C9-0220/2023 - 2023/0804(NLE))
irriferut
responsabbli :
CONT
- Deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni tal-Ftehim ta’ Sħubija dwar is-Sajd Sostenibbli bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika ta’ Madagascar u tal-Protokoll ta’ Implimentazzjoni tiegħu (2023-2027) (09525/2023 - C9-0223/2023 - 2023/0117(NLE))
irriferut
responsabbli :
PECH
opinjoni :
DEVE, BUDG
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta' Ottubru 2012 li japplika skema ta' preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (COM(2023)0426 - C9-0226/2023 - 2023/0252(COD))
irriferut
responsabbli :
INTA
- Ħatra ta' membru tal-Kummissjoni Ewropea - Iliana Ivanova (BG) (11262/2023 - C9-0242/2023 - 2023/0805(NLE))
irriferut
responsabbli :
ITRE
opinjoni :
CULT
2) mill-kumitati parlamentari
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-irkupru u l-konfiska tal-assi (COM(2022)0245 - C9-0186/2022 - 2022/0167(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Loránt Vincze (A9-0199/2023)
- ***I Rapport dwar proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-iskambju awtomatizzat ta’ data għall-kooperazzjoni tal-pulizija (“Prüm II”), li jemenda d-Deċiżjonijiet tal-Kunsill 2008/615/ĠAI u 2008/616/ĠAI u r-Regolamenti (UE) 2018/1726, (UE) 2019/817 u (UE) 2019/818 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2021)0784 - C9-0455/2021 - 2021/0410(COD)) - Kumitat LIBE - Rapporteur: Paulo Rangel (A9-0200/2023)
- Rapport dwar is-sistema tal-Iskejjel Ewropej: sitwazzjoni attwali, sfidi u perspettivi (2022/2149(INI)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Ilana Cicurel (A9-0205/2023)
- Rapport dwar il-protezzjoni tal-ġurnalisti madwar id-dinja u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni (2022/2057(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Isabel Wiseler-Lima (A9-0206/2023)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi kondizzjonijiet armonizzati għall-kummerċjalizzazzjoni ta’ prodotti għall-bini, li jemenda r-Regolament (UE) 2019/1020 u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 305/2011 (COM(2022)0144 - C9-0129/2022 - 2022/0094(COD)) - Kumitat IMCO - Rapporteur: Christian Doleschal (A9-0207/2023)
- Rapport dwar l-implimentazzjoni tal-klawżoli passerelle fit-Trattati tal-UE (2022/2142(INI)) - Kumitat AFCO - Rapporteur: Giuliano Pisapia (A9-0208/2023)
- Rapport dwar l-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment - rapport annwali 2022 (2022/2062(INI)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Stefan Berger (A9-0210/2023)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-rapportar ta’ data ambjentali minn installazzjonijiet industrijali u l-istabbiliment ta’ Portal dwar l-Emissjonijiet Industrijali (COM(2022)0157 - C9-0145/2022 - 2022/0105(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Radan Kanev (A9-0211/2023)
- Rapport dwar il-kontroll tal-attivitajiet finanzjarji tal-Bank Ewropew tal-Investiment - rapport annwali 2022 (2023/2046(INI)) - Kumitat CONT - Rapporteur: Viola von Cramon-Taubadel (A9-0212/2023)
- Rapport dwar ir-rakkomandazzjonijiet għal riforma tar-regoli tal-Parlament Ewropew dwar it-trasparenza, l-integrità, ir-responsabbiltà u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni (2023/2034(INI)) - Kumitat Speċjali dwar l-Indħil Barrani fil-Proċessi Demokratiċi kollha fl-Unjoni Ewropea, inkluża d-Diżinformazzjoni, u t-Tisħiħ tal-Integrità, tat-Trasparenza u tar-Responsabbiltà fil-Parlament Ewropew - Rapporteurs: Vladimír Bilčík, Nathalie Loiseau (A9-0215/2023)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/75/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 dwar l-emissjonijiet industrijali (il-prevenzjoni u l-kontroll integrati tat-tniġġis) u tad-Direttiva tal-Kunsill 1999/31/KE tas-26 ta’ April 1999 dwar ir-rimi ta’ skart f’landfill (COM(2022)0156 - C9-0144/2022 - 2022/0104(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Radan Kanev (A9-0216/2023)
- Rapport dwar il-pandemija tal-COVID-19: it-tagħlimiet meħuda u r-rakkomandazzjonijiet għall-futur (2022/2076(INI)) - Kumitat Speċjali dwar il-Pandemija tal-COVID-19: Tagħlimiet Meħuda u Rakkomandazzjonijiet għall-Futur - Rapporteur: Dolors Montserrat (A9-0217/2023)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas għall-iffissar ta' rekwiżiti għall-ekodisinn għal prodotti sostenibbli u li jħassar id-Direttiva 2009/125/KE (COM(2022)0142 - C9-0132/2022 - 2022/0095(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Alessandra Moretti (A9-0218/2023)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-miżuri ta’ liberalizzazzjoni tal-kummerċ temporanji li jissupplimentaw il-konċessjonijiet kummerċjali applikabbli għall-prodotti tal-Moldova skont il-Ftehim ta’ Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika u l-Istati Membri tagħhom, minn naħa waħda, u r-Repubblika tal-Moldova, min-naħa l-oħra (COM(2023)0245 - C9-0166/2023 - 2023/0144(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Markéta Gregorová (A9-0219/2023)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ir-restawr tan-natura (COM(2022)0304 - C9-0208/2022 - 2022/0195(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: César Luena (A9-0220/2023)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u l-Ġappun dwar ċerti dispożizzjonijiet ta’ ftehimiet bejn l-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea u l-Ġappun għas-servizzi tal-ajru (07028/2023 - C9-0119/2023 - 2022/0419(NLE)) - Kumitat TRAN - Rapporteur: Cláudia Monteiro de Aguiar (A9-0221/2023)
- *** Rakkomandazzjoni dwar l-abbozz ta’ deċiżjoni tal-Kunsill dwar il-konklużjoni, f’isem l-Unjoni, tal-Ftehim bejn l-Unjoni Ewropea u r-Repubblika taċ-Ċilì skont l-Artikolu XXVIII tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ (GATT) tal-1994 b’rabta mal-modifika tal-konċessjonijiet fuq il-kwoti tariffarji kollha inklużi fl-Iskeda CLXXV tal-UE bħala konsegwenza tal-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni Ewropea (06618/2023 - C9-0202/2023 - 2023/0036(NLE)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Samira Rafaela (A9-0222/2023)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni ta’ persuni li jinvolvu ruħhom f’parteċipazzjoni pubblika minn proċedimenti ġudizzjarji manifestament infondati jew abbużivi (“Kawżi strateġiċi kontra l-parteċipazzjoni pubblika”) (COM(2022)0177 - C9-0161/2022 - 2022/0117(COD)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Tiemo Wölken (A9-0223/2023)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tariffi u l-imposti pagabbli lill-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini, li jemenda r-Regolament (UE) 2017/745 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 297/95 u r-Regolament (UE) Nru 658/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (COM(2022)0721 - C9-0426/2022 - 2022/0417(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Cristian-Silviu Buşoi (A9-0224/2023)
- Rapport dwar il-pożizzjoni tal-Kunsill dwar l-abbozz ta’ baġit emendatorju Nru 2/2023 tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2023 – Id-dħul tas-surplus tas-sena finanzjarja 2022 (09682/2023 - C9-0208/2023 - 2023/0103(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Fabienne Keller (A9-0225/2023)
- Rapport dwar rakkomandazzjoni tal-Parlament Ewropew lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà dwar ir-Relazzjonijiet mal-Awtorità Palestinjana (2021/2207(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Evin Incir (A9-0226/2023)
- Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond Ewropew ta’ Aġġustament għall-Globalizzazzjoni għall-Ħaddiema Ssensjati wara applikazzjoni mill-Belġju – EGF/2023/001 BE/ LNSA (COM(2023)0210 - C9-0194/2023 - 2023/0152(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Eleni Stavrou (A9-0228/2023)
- Rapport dwar ir-Rapport tal-Kummissjoni tal-2022 dwar il-Bożnija-Ħerzegovina (2022/2200(INI)) - Kumitat AFET - Rapporteur: Paulo Rangel (A9-0229/2023)
- Rapport dwar it-talba għat-tneħħija tal-immunità ta’ Georgios Kyrtsos (2023/2025(IMM)) - Kumitat JURI - Rapporteur: Sergey Lagodinsky (A9-0231/2023)
- Rapport dwar it-tħeġġiġ u l-adattament tat-taħriġ vokazzjonali bħala għodda għas-suċċess tal-impjegati u element kostitwenti għall-ekonomija tal-UE fl-industrija 4.0 l-ġdida (2022/2207(INI)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Anna Zalewska (A9-0232/2023)