Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi [COM(2021)0775 - C9-0458/2021 - 2021/0406(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Bernd Lange (A9-0246/2022)
Bernd Lange ppreżenta r-rapport.
Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Markéta Gregorová (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Svenja Hahn (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Anna-Michelle Asimakopoulou f'isem il-Grupp PPE, Marek Belka f'isem il-Grupp S&D, Marie-Pierre Vedrenne f'isem il-Grupp Renew, Michiel Hoogeveen f'isem il-Grupp ECR, Roman Haider f'isem il-Grupp ID, Helmut Scholz, f'isem il-Grupp The Left, Ernő Schaller-Baross Membru mhux affiljat, Angelika Winzig, Margarida Marques, Jordi Cañas, Thierry Mariani, Liudas Mažylis, Katarína Roth Neveďalová, Karin Karlsbro, André Rougé u Eleni Stavrou.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Juozas Olekas, Beata Mazurek, Clare Daly u Mick Wallace.
Interventi ta': Nicolas Schmit (membru tal-Kummissjoni) u Bernd Lange.