Is-sessjoni li ġiet interrotta nhar il-Ħamis 14 ta' Settembru 2023 tkompliet.
2. Ftuħ tas-seduta
Ħin tal-ftuħ tas-seduta: 17.01.
⁂
Il-President ħabbret li fil-ftuħ tal-ħin għall-votazzjoni ta' għada, il-Parlament se jfakkar l-għaxar anniversarju tan-nawfraġju ta’ Lampedusa, li kien ħalla aktar minn 360 vittma.
3. Dikjarazzjoni tal-President
Il-President għamlet dikjarazzjoni li fiha tat ġieħ lil Giorgio Napolitano, ex Membru tal-PE u President tar-Repubblika Taljana mill-2006 sal-2015, li miet fit-22 ta’ Settembru 2023.
Il-Parlament osserva minuta silenzju.
4. Approvazzjoni tal-Minuti tas-seduta preċedenti
Il-Minuti tas-seduta preċedenti ġew approvati.
5. Verifika tal-kredenzjali
Abbażi tal-proposta unanima tal-Kumitat JURI fil-laqgħa tiegħu tad-19 ta’ Settembru 2023, il-Parlament ivverifika l-kredenzjali ta’ Catherine Amalric skont l-Artikolu 3(4) tar-Regoli ta’ Proċedura, u jikkonferma l-mandat ta’ din il-Membru, mill-10 ta’ Awwissu 2023.
6. Għeluq tal-proċedura tat-talba għall-ħarsien tal-immunità ta’ Membru
Il-Kumitat JURI informa lill-President bl-informazzjoni li waslet mill-qorti Spanjola li skontha ma hemm l-ebda investigazzjoni għaddejja dwar Carles Puigdemont i Casamajó. Għalhekk, fid-19 ta’ Settembru 2023, il-Kumitat ikkonkluda li t-talba għall-ħarsien tal-immunità, imħabbra fil-plenarja fl-14 ta’ Settembru 2020, hija infondata. Il-proċedura rigward din it-talba għall-ħarsien tal-privileġġi u l-immunitajiet ingħalqet.
7. Kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet
Il-Grupp PPE kkomunika lill-President id-deċiżjonijiet li ġejjin li jimmodifikaw il-kompożizzjoni tal-kumitati u tad-delegazzjonijiet:
Dawn id-deċiżjonijiet jibda jkollhom effett mid-data tal-lum.
8. Negozjati qabel l-ewwel qari tal-Parlament (Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-kumitati responsabbli ddeċidew li jidħlu f'negozjati interistituzzjonali skont l-Artikolu 71 tar-Regoli ta' Proċedura, abbażi tar-rapporti segwenti:
kumitat LIBE: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2016/399 dwar Kodiċi tal-Unjoni dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta' persuni min-naħa għall-oħra tal-fruntiera (COM(2021)0891 – C9-0473/2021 – 2021/0428(COD)) – Rapporteur: Sylvie Guillaume (A9-0280/2023);
kumitat IMCO: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġbir u l-kondiviżjoni ta' data b'rabta mas-servizzi ta' kiri ta' akkomodazzjoni fuq medda qasira ta' żmien u li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1724 (COM(2022)0571 – C9-0371/2022 – 2022/0358(COD)) – Rapporteur: Kim Van Sparrentak (A9-0270/2023);
kumitat JURI: Emendi proposti għall-Protokoll Nru 3 dwar l-Istatut tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (07307/2022 – C9-0405/2022 – 2022/0906(COD)) – Rapporteur: Ilana Cicurel (A9-0278/2023);
kumitat ITRE: Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar miżuri biex jonqos il-kost tal-introduzzjoni tan-networks tal-komunikazzjoni elettronika tal-gigabits u li jħassar id-Direttiva 2014/61/UE (l-Att dwar l-Infrastruttura tal-Gigabits) (COM(2023)0094 – C9-0028/2023 – 2023/0046(COD)) – Rapporteur: Alin Mituța (A9-0275/2023).
Jista' jintalab li jittieħed vot fuq dawn id-deċiżjonijiet skont l-Artikolu 71(2) tar-Regoli ta' Proċedura qabel nofsillejl ta' għada, 3 ta' Ottubru 2023.
In-negozjati jistgħu jibdew fi kwalunkwe ħin wara li tkun għaddiet din l-iskadenza jekk ma tkun tressqet l-ebda talba għal votazzjoni dwar id-deċiżjoni meħuda għal dħul f'negozjati.
9. Iffirmar tal-atti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (Artikolu 79 tar-Regoli ta' Proċedura)
Il-President tal-Parlament ipproċediet, flimkien mal-President tal-Kunsill, fid-data 4 ta' Ottubru 2023, għall-iffirmar tal-atti segwenti adottati skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja:
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ċerti dispożizzjonijiet għas-sajd fiż-żona tal-Ftehim tal-Kummissjoni Ġenerali tas-Sajd għall-Baħar Mediterran (GFCM) (riformulazzjoni) (00024/2023/LEX - C9-0354/2023 - 2021/0248(COD))
- Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) 2018/1727 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI, fir-rigward tal-iskambju ta' informazzjoni diġitali f'każijiet ta' terroriżmu (00074/2022/LEX - C9-0353/2023 - 2021/0393(COD))
- Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2005/671/ĠAI fir-rigward tal-allinjament tagħha mar-regoli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni tad-data personali (00030/2023/LEX - C9-0352/2023 - 2021/0399(COD))
⁂
Interventi ta': Klára Dobrev, Jean-Paul Garraud u Brando Benifei.
10. Ordni tal-ħidma
L-abbozz definittiv tal-aġenda tas-seduti plenarji tad-dati ta' Ottubru I 2023 (PE 753.923/PDOJ) tqiegħed għad-dispożizzjoni tal-Membri skont l-Artikolu 157(3) tar-Regoli ta' Proċedura.
Proposti biex jiġi emendat l-abbozz tal-aġenda definittiv skont l-Artikolu 158(1) tar-Regoli ta' Proċedura
It-Tlieta
Talba tal-Grupp S&D biex jiżdied ċiklu ta’ interventi mill-kelliema tal-gruppi politiċi wara d-dikjarazzjoni tal-President dwar "Il-kommemorazzjoni tal-10 snin mit-traġedja f’Lampedusa".
Intervent ta': Pietro Bartolo f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifika t-talba.
Talba tal-Grupp Renew biex it-titolu tad-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni jinbidel minn "Is-sitwazzjoni fin-Nagorno-Karabakh wara l-attakk mill-Ażerbajġan" għal "Is-sitwazzjoni fin-Nagorno-Karabakh wara l-attakk mill-Ażerbajġan u t-theddid kontinwu kontra l-Armenja".
Intervent ta': Nathalie Loiseau f'isem il-Grupp Renew, li ġġustifikat it-talba.
Talba tal-Grupp S&D biex jingħalaq id-dibattitu dwar id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u l-Kummissjoni dwar "L-iżviluppi reċenti fid-djalogu bejn is-Serbja u l-Kosovo, inkluża s-sitwazzjoni fil-muniċipalitajiet tat-Tramuntana fil-Kosovo" bit-tressiq tal-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li se tittieħed votazzjoni dwarhom matul is-sessjoni parzjali li jmiss.
Intervent ta': Tonino Picula f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifika t-talba.
Talba tal-Grupp The Left biex jiddaħħal, bħala l-aħħar punt fuq l-aġenda ta’ waranofsinhar, id-dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "L-10 żieda konsekuttiva fir-rati tal-imgħax ta' referenza deċiża mill-BĊE, u l-konsegwenzi tagħha". Għaldaqstant, is-sessjoni se tiġi estiża sal-23.00.
Intervent ta': João Pimenta Lopes f'isem il-Grupp The Left, li ġġustifika t-talba.
Talba tal-Grupp ID biex jiddaħħal il-punt li ġej, wara d-dibattitu topiku: dikjarazzjoni tal-Kummissjon dwar "Appoġġ tal-UE għall-Istati Membri li qed jiffaċċjaw kriżi tal-ilma tax-xorb fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer". Għaldaqstant, is-sessjoni se tiġi estiża sal-23.00.
Talba tal-Grupp S&D biex jiddaħħal il-punt li ġej f'sessjoni parzjali sussegwenti: dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "Ġestjoni responsabbli tal-ilma, restawr tan-natura u l-agrikoltura".
Interventi ta':André Rougé f'isem il-Grupp IDuElisabetta Gualmini f'isem il-Grupp S&D, li ġġustifikaw it-talbiet tal-gruppi politiċi tagħhom.
Il-President ikkonstatat li ma kienx hemm qbil u ressqet it-talba tal-Grupp ID għall-votazzjoni.
B'VSI (68 vot favur, 279 kontra, 4 astensjonijiet), il-Parlament irrifjuta t-talba ta' dan il-grupp biex wara d-dibattitu topiku jiddaħħal il-punt: dikjarazzjoni tal-Kummissjon dwar "Appoġġ tal-UE għall-Istati Membri li qed jiffaċċjaw kriżi tal-ilma tax-xorb fir-reġjuni ultraperiferiċi u l-gżejjer".
* * *
Talba tal-Grupp Renew biex jiddaħħal, bħala s-sitt punt fuq l-aġenda ta' waranofsinhar, il-punt li ġej: dikjarazzjonijiet tal-Kunsill u tal-Kummissjoni dwar "It-tixrid ta' abbozzi ta' liġi "kontra l-propaganda LGBTIQ" mill-partiti u l-gvernijiet tal-lemin estrem fl-Ewropa". Għaldaqstant, is-sessjoni se tiġi estiża sal-23.00.
Interventi ta':Pierre Karleskind f'isem il-Grupp Renew, li ġġustifika t-talba, Carlo Fidanza li tkellem kontra t-talba, Vladimír Bilčík, f'isem il-Grupp PPE, li ssuġġerixxa li jitħassar il-kliem "tal-lemin estrem" u Pierre Karleskind li ssuġġerixxa li dan il-kliem jiġi sostitwit bil-kelma "populisti".
B'VSI (269 vot favur, 67 kontra, 12-il astensjoni), il-Parlament approva t-talba tal-Grupp Renew kif emendata.
L-ordni tal-ħidma b'hekk ġie ffinalizzat.
(Is-seduta ġiet sospiża għal ftit.)
PRESIDENZA: Othmar KARAS Viċi President
11. Tkomplija tas-seduta
Ħin li fih tkompliet is-seduta: 17.29.
12. Iż-żieda fil-prekarjetà fl-Ewropa, inkluża l-ħtieġa ta' għajnuna lill-persuni l-aktar fil-bżonn (dibattitu)
Dikjarazzjoni tal-Kummissjoni: Iż-żieda fil-prekarjetà fl-Ewropa, inkluża l-ħtieġa ta' għajnuna lill-persuni l-aktar fil-bżonn (2023/2852(RSP))
Nicolas Schmit (membru tal-Kummissjoni) għamel id-dikjarazzjoni.
Interventi ta': Cindy Franssen f'isem il-Grupp PPE, Pedro Marques f'isem il-Grupp S&D, Marie-Pierre Vedrenne f'isem il-Grupp Renew, Mounir Satouri f'isem il-Grupp Verts/ALE, Elżbieta Rafalska f'isem il-Grupp ECR, Rosanna Conte f'isem il-Grupp ID, Marc Botenga, f'isem il-Grupp The Left, Lefteris Nikolaou-Alavanos Membru mhux affiljat, Stelios Kympouropoulos, Agnes Jongerius, Fabienne Keller, Sara Matthieu, Michiel Hoogeveen, Dominique Bilde, Marina Mesure, Ádám Kósa, Gabriele Bischoff, Vlad-Marius Botoş, li wieġeb ukoll mistoqsija "karta blu" ta' Bogdan Rzońca, Katrin Langensiepen, Jadwiga Wiśniewska, Lívia Járóka, Milan Brglez, Max Orville, Beata Mazurek, Marc Tarabella u Daniela Rondinelli.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Alicia Homs Ginel, Sandra Pereira, Ana Miranda, Mick Wallace u Clare Daly.
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2009/148/KE dwar il-protezzjoni tal-ħaddiema mir-riskji konnessi mal-espożizzjoni għall-asbestos fuq ix-xogħol [COM(2022)0489 - C9-0321/2022 - 2022/0298(COD)] - Kumitat għall-Impjiegi u l-Affarijiet Soċjali. Rapporteur: Véronique Trillet-Lenoir (A9-0160/2023)
Intervent ta': Nicolas Schmit (membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Marina Mesure (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat ENVI), Cindy Franssen f'isem il-Grupp PPE, Marianne Vind f'isem il-Grupp S&D, Catherine Amalric, f'isem il-Grupp Renew, Sara Matthieu f'isem il-Grupp Verts/ALE, Joanna Kopcińska f'isem il-Grupp ECR, Elena Lizzi f'isem il-Grupp ID, Nikolaj Villumsen, f'isem il-Grupp The Left, Marc Tarabella Membru mhux affiljat, Salvatore De Meo, Agnes Jongerius, Marie Toussaint u Elżbieta Rafalska.
PRESIDENZA: Pina PICIERNO Viċi President
Interventi ta': Ilan De Basso u Rosa D'Amato.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Beata Mazurek, Clare Daly u Mick Wallace.
14. Koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-protezzjoni tal-Unjoni u tal-Istati Membri tagħha mill-koerċizzjoni ekonomika minn pajjiżi terzi [COM(2021)0775 - C9-0458/2021 - 2021/0406(COD)] - Kumitat għall-Kummerċ Internazzjonali. Rapporteur: Bernd Lange (A9-0246/2022)
Bernd Lange ppreżenta r-rapport.
Intervent ta': Valdis Dombrovskis (Viċi President Eżekuttiv tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Markéta Gregorová (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat AFET), Svenja Hahn (rapporteur għal opinjoni tal-Kumitat IMCO), Anna-Michelle Asimakopoulou f'isem il-Grupp PPE, Marek Belka f'isem il-Grupp S&D, Marie-Pierre Vedrenne f'isem il-Grupp Renew, Michiel Hoogeveen f'isem il-Grupp ECR, Roman Haider f'isem il-Grupp ID, Helmut Scholz, f'isem il-Grupp The Left, Ernő Schaller-Baross Membru mhux affiljat, Angelika Winzig, Margarida Marques, Jordi Cañas, Thierry Mariani, Liudas Mažylis, Katarína Roth Neveďalová, Karin Karlsbro, André Rougé u Eleni Stavrou.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Juozas Olekas, Beata Mazurek, Clare Daly u Mick Wallace.
Interventi ta': Nicolas Schmit (membru tal-Kummissjoni) u Bernd Lange.
15. Sistemi ta’ Trasport bit-Triq Intelliġenti ***I (dibattitu)
Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2010/40/UE dwar il-qafas għall-varar ta’ Sistemi ta’ Trasport Intelliġenti fil-qasam tat-trasport bit-triq u għall-interkonnessjonijiet ma’ modi oħrajn ta’ trasport [COM(2021)0813 - C9-0471/2021 - 2021/0419(COD)] - Kumitat għat-Trasport u t-Turiżmu. Rapporteur: Rovana Plumb (A9-0265/2022)
Rovana Plumb ippreżentat ir-rapport.
Intervent ta': Nicolas Schmit (membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Ralf Seekatz f'isem il-Grupp PPE, Thomas Rudner f'isem il-Grupp S&D, Izaskun Bilbao Barandica f'isem il-Grupp Renew, Alviina Alametsä f'isem il-Grupp Verts/ALE, Beata Mazurek f'isem il-Grupp ECR, Andor Deli Membru mhux affiljat, Henna Virkkunen, Maria Grapini u Ondřej Kovařík.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Clare Daly u Mick Wallace.
16. L-iżgurar li t-trasport Ewropew jiffunzjona għan-nisa (dibattitu)
Rapport dwar l-iżgurar li t-trasport Ewropew jiffunzjona għan-nisa [2022/2140(INI)] - Kumitat għad-Drittijiet tan-Nisa u għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi. Rapporteur: Elżbieta Katarzyna Łukacijewska (A9-0239/2023)
Elżbieta Katarzyna Łukacijewska ppreżentat ir-rapport.
PRESIDENZA: Nicola BEER Viċi President
Intervent ta': Nicolas Schmit (membru tal-Kummissjoni).
Interventi ta': Sirpa Pietikäinen f'isem il-Grupp PPE, Vera Tax f'isem il-Grupp S&D, Karen Melchior f'isem il-Grupp Renew, Tilly Metz f'isem il-Grupp Verts/ALE, Margarita de la Pisa Carrión f'isem il-Grupp ECR, Annika Bruna f'isem il-Grupp ID, Sandra Pereira, f'isem il-Grupp The Left, Angelika Winzig, Dorien Rookmaker, Irène Tolleret u Elena Kountoura.
Interventi skont il-proċedura "catch the eye" ta': Mick Wallace, Stanislav Polčák u Clare Daly.
Interventi ta': Nicolas Schmit u Elżbieta Katarzyna Łukacijewska.
17. Interventi ta' minuta dwar kwistjonijiet ta' importanza politika
Il-Membri li ġejjin, li xtaqu jiġbdu l-attenzjoni tal-Parlament għal kwistjonijiet ta' importanza politika, tkellmu għal minuta skont l-Artikolu 172 tar-Regoli ta' Proċedura:
Eugen Tomac, Victor Negrescu, Karen Melchior, Michèle Rivasi, Angel Dzhambazki, Silvia Sardone, Younous Omarjee, Stanislav Polčák, Tudor Ciuhodaru, Vlad-Marius Botoş, Nicolae Ştefănuță, Johan Nissinen, Philippe Olivier, Clare Daly, Elissavet Vozemberg-Vrionidi, Yana Toom, Malte Gallée, Charlie Weimers, Virginie Joron, Mick Wallace, Michaela Šojdrová, Michiel Hoogeveen, André Rougé, Sandra Pereira, Cristian Terheş, Thierry Mariani, João Pimenta Lopes, Susanna Ceccardi u Gunnar Beck.
18. L-aġenda tas-seduta li jmiss
L-aġenda tas-seduta li jmiss ġiet iffinalizzata (dokument "Aġenda" PE 753.923/OJ).
19. Approvazzjoni tal-minuti tas-seduta li għaddejja
Skont l-Artikolu 202(3) tar-Regoli ta' Proċedura, il-minuti tas-seduta li għaddejja se jitressqu għall-approvazzjoni tal-Parlament fil-bidu tal-parti ta' waranofsinhar tas-sessjoni parzjali li jmiss.
20. Għeluq tas-seduta
Ħin li fih ingħalqet is-seduta: 21.46.
Alessandro Chiocchetti
Roberts Zīle
Segretarju Ġenerali
Viċi President
LISTA TA' DOKUMENTI LI JIFFURMAW IL-BAŻI GĦAD-DIBATTITI U D-DEĊIŻJONIJIET TAL-PARLAMENT
1. Dokumenti mressqa
Tressqu d-dokumenti segwenti:
1) minn istituzzjonijiet oħra
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva 2008/98/KE dwar l-iskart (COM(2023)0420 - C9-0233/2023 - 2023/0234(COD)) F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
ENVI
opinjoni :
ECON, ITRE, IMCO, AGRI
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-użu tal-kapaċità infrastrutturali ferrovjarja fiż-żona ferrovjarja unika Ewropea, li jemenda d-Direttiva 2012/34/UE u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 913/2010 (COM(2023)0443 - C9-0304/2023 - 2023/0271(COD)) F'konformità mal-Artikoli 145(1) u 146(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
TRAN
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda u tikkoreġi d-Direttiva 2005/36/KE fir-rigward tar-rikonoxximent tal-kwalifiki professjonali tal-infermiera responsabbli għall-kura ġenerali mħarrġa fir-Rumanija (COM(2023)0502 - C9-0324/2023 - 2023/0307(COD)) F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
IMCO
opinjoni :
EMPL, CULT
- Proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-assoċjazzjonijiet transfruntiera Ewropej (COM(2023)0516 - C9-0326/2023 - 2023/0315(COD)) F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
JURI
opinjoni :
IMCO, LIBE
- Proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-ġlieda kontra l-ħlasijiet tard fit-tranżazzjonijiet kummerċjali (COM(2023)0533 - C9-0338/2023 - 2023/0323(COD)) F'konformità mal-Artikolu 145(1) tar-Regoli ta' Proċedura, il-President se tikkonsulta lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew dwar din il-proposta.
irriferut
responsabbli :
IMCO
opinjoni :
ITRE, JURI
- Abbozz ta' baġit emendatorju Nru 3 għall-baġit ġenerali għall-2023: Aġġornament tad-dħul (riżorsi proprji) u aġġustamenti tekniċi oħrajn inkluż it-twaqqif u l-iffinanzjar tal-Istrument għat-Tisħiħ tal-Industrija tad-Difiża l-ġdid u tal-Att Ewropew dwar iċ-Ċipep: Pożizzjoni tal-Kunsill tat-18 ta' Settembru 2023 (12435/2023 - C9-0343/2023 - 2023/0240(BUD))
irriferut
responsabbli :
BUDG
opinjoni :
AFET, ITRE, PECH
- Tiġdid parzjali ta' Membri tal-Qorti tal-Awdituri - kandidat FI (12992/2023 - C9-0345/2023 - 2023/0811(NLE))
irriferut
responsabbli :
CONT
- Ħatra ta' Membru tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew (N9-0054/2023 - C9-0346/2023 - 2023/0810(NLE))
irriferut
responsabbli :
ECON
2) mill-kumitati parlamentari
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1227/2011 u (UE) 2019/942 biex tissaħħaħ il-protezzjoni tal-Unjoni mill-manipulazzjoni tas-suq fis-suq tal-enerġija bl-ingrossa (COM(2023)0147 - C9-0050/2023 - 2023/0076(COD)) - Kumitat ITRE - Rapporteur: Maria da Graça Carvalho (A9-0261/2023)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 98/24/KE u d-Direttiva 2004/37/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-valuri ta’ limitu għaċ-ċomb u l-komposti inorganiċi tiegħu u d-diisoċjanati (COM(2023)0071 - C9-0022/2023 - 2023/0033(COD)) - Kumitat EMPL - Rapporteur: Nikolaj Villumsen (A9-0263/2023)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jistabbilixxi qafas komuni għas-servizzi tal-midja fis-suq intern (l-Att Ewropew dwar il-Libertà tal-Midja) u li jemenda d-Direttiva 2010/13/UE (COM(2022)0457 - C9-0309/2022 - 2022/0277(COD)) - Kumitat CULT - Rapporteur: Sabine Verheyen (A9-0264/2023)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (COM(2023)0194 - C9-0132/2023 - 2023/0095(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Sara Cerdas (A9-0266/2023)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (UE) Nru 978/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 li japplika skema ta’ preferenzi tariffarji ġeneralizzati u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 732/2008 (COM(2023)0426 - C9-0226/2023 - 2023/0252(COD)) - Kumitat INTA - Rapporteur: Heidi Hautala (A9-0267/2023)
- Rapport dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lir-Rumanija u lill-Italja fir-rigward ta’ diżastri naturali fl-2022 u lit-Türkiye b’rabta mat-terremoti fi Frar 2023 (COM(2023)0381 - C9-0318/2023 - 2023/0297(BUD)) - Kumitat BUDG - Rapporteur: Katalin Cseh (A9-0269/2023)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1272/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar il-klassifikazzjoni, l-ittikkettar u l-imballaġġ tas-sustanzi u t-taħlitiet (COM(2022)0748 - C9-0433/2022 - 2022/0432(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Maria Spyraki (A9-0271/2023)
- Rapport dwar il-proposta għall-ħatra tal-President tal-Bord Superviżorju tal-Bank Ċentrali Ewropew (N9-0053/2023 - C9-0342/2023 - 2023/0901(NLE)) - Kumitat ECON - Rapporteur: Irene Tinagli (A9-0272/2023)
- Rapport interim dwar il-proposta għal reviżjoni ta’ nofs it-terminu tal-Qafas Finanzjarju Pluriennali 2021-2027 (2023/0201R(APP)) - Kumitat BUDG - Rapporteurs: Jan Olbrycht, Margarida Marques (A9-0273/2023)
- ***I Rapport dwar il-proposta għal direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-trattament tal-ilma mormi urban (riformulazzjoni) (COM(2022)0541 - C9-0363/2022 - 2022/0345(COD)) - Kumitat ENVI - Rapporteur: Nils Torvalds (A9-0276/2023)
2. Mistoqsijiet għal tweġiba orali (tressiq)
Il-mistoqsija li ġejja b'talba għal tweġiba orali segwita minn dibattitu ddaħħlet fl-aġenda (Artikolu 136 tar-Regoli ta' Proċedura):
- O-000030/2023 imressqa minn Sabine Verheyen, f'isem il-Kumitat CULT, lill-Kummissjoni: L-istrateġija Ewropea l-ġdida għal internet aħjar għat-tfal (BIK+) (B9-0029/2023).
3. Azzjonijiet meħuda dwar il-pożizzjonijiet u r-riżoluzzjonijiet tal-Parlament
Il-komunikazzjonijiet mill-Kummissjoni dwar l-azzjonijiet meħuda fir-rigward tar-riżoluzzjonijiet adottati mill-Parlament matul is-sessjonijet parzjali ta' Frar II, April, Mejju I u Mejju II 2023 huma disponibbli fuq is-sit tal-internet tal-Parlament.