Il-Parlament ipproċeda għall-elezzjoni ta' Viċi President (biex jieħu post Michal Šimečka) (2023/2911(RSO)).
Il-President ħabbret li rċeviet, bil-qbil tal-persuna kkonċernata, in-nomina ta' Martin Hojsík, proposta mill-Grupp Renew.
Il-President ikkonstatat, f'konformità mad-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 15(1) tar-Regoli ta' Proċedura, li n-numru ta' kandidati ma jaqbiżx in-numru ta' siġġijiet li jridu jimtlew u li ma tressqet ebda talba għal votazzjoni. B'hekk, il-kandidat ġie elett b'akklamazzjoni.
Il-President ferħet lil Martin Hojsík għall-elezzjoni tiegħu.
F'konformità mal-Artikolu 20(1) tar-Regoli ta' Proċedura, skont l-ordni ta' preċedenza, huwa jieħu post il-Viċi President uxxenti.