Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta - RC-B6-0086/2006Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta
RC-B6-0086/2006

MOZZJONI KONĠUNTA GĦAL RIŻOLUZZJONI

31.1.2006

skond Regola 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura minn

li tieħu post il-mozzjonijiet imressqa minn dawn il-gruppi: dwar ir-riżultat ta' l-elezzjonijiet fil-Palestina (u s-sitwazzjoni f'Ġerusalemm ta' Lvant)

Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
RC-B6-0086/2006
Testi mressqa :
RC-B6-0086/2006
Testi adottati :

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-riżultat ta' l-elezzjonijiet fil-Palestina (u s-sitwazzjoni f'Ġerusalemm ta' Lvant)

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Lvant Nofsani u b'mod partikolari dik tas-27 ta' Jannar 2005, (PES)

–  wara li kkunsidra r-riżultat ta' l-elezzjonijiet leġiżlattivi Palestinjani tal-25 ta' Jannar 2006, (PES, mod)

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Missjoni ta' l-Unjoni Ewropea għall-Osservazzjoni ta' Elezzjoni u d-dikjarazzjoni tad-delegazzjoni ta' osservaturi tal-PE, (PES)

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kwartett maħruġa fit-30 ta' Jannar 2006, (ġdida)

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani tat-30 ta' Jannar 2006, (ġdid)

–  wara li kkunsidra Regola 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  Billi l-elezzjonijiet leġiżlattivi Palestinjani saru b'mod sodisfaċenti ħafna b' parteċipazzjoni kbira u b'rispett għar-regoli maħsuba mil-liġi elettorali tal-Palestina u taħt l-awtorità tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali;(A, PES)

B.  billi kien hemm impenn sħiħ mill-komunità internazzjonali, mill-Kwartett u mill-Unjoni Ewropea biex jinżammu l-elezzjonijiet, (B, PES, mod)

C.  billi skond il-Missjoni ta' l-UE għall-Osservazzjoni ta' Elezzjoni dawn l-elezzjonijiet “kienu avveniment importanti ieħor fil-bini ta' istituzzjonijiet demokratiċi” taħt l-amministrazzjoni professjonali u indipendenti tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali tal-Palestina (CEC), (C, PES)

D.  billi t-tmexxija ta' l-elezzjonijiet ipprovdiet mudell għar-reġjun u wriet b'mod ċar l-impenn tal-poplu Palestinjan għad-demokrazija, (D, PES, mod)

E.  billi l-appoġġ mingħand l-UE u mingħand donaturi internazzjonali oħra huwa essenzjali biex jissodisfa l-ħtiġijiet bażiċi tal-poplu Palestinjan, (E, PES, mod)

F.  billi huwa importanti li l-partijiet kollha mħassba dwar is-sitwazzjoni ta' wara l-elezzjoni li jiġu mħeġġa biex ma jieħdu l-ebda azzjoni li tista' twassal għal żieda ta' tensjoni, (F, PES)

G.  billi l-Kunsill iddeċieda li ma jippubblikax ir-rapport dwar Ġerusalemm ta' Lvant li ġie ppreparat mill-Kapijiet tal-Missjoni ta' l-UE f'Ġerusalemm u f'Ramallah, (G, PES, mod)

1.  jilqa' l-andament mingħajr xkiel u paċifika tal-proċess elettorali u b'mod partikolari l-ammont kbir ta' nies li ħarġu jivvutaw jikkunsidra li din il-parteċipazzjoni qawwija fl-elezzjonijiet hija prova tar-rieda tal-poplu Palestinjan biex ifassal il-futur tiegħu stess b'mezzi demokratiċi; (1, PES)

2.  jikkunsidra li l-kampanja elettorali u l-operat tal-ġurnata ta' l-elezzjoni rrispettaw standards internazzjonali u jilqa' l-immoniterjar tal-Missjonijiet ta' l-Unjoni Ewropea għal Osservazzjoni ta' Elezzjoni; (2, PES, mod)

3.  jirrispetta r-riżultati ta' l-elezzjonijiet u jinnota l-impenn tal-President ta' l-Awtorità Palestinjana, Mahmoud Abbas, biex jaħdem għal ħolqien ta' gvern ġdid li jirrispetta r-regoli internazzjonali u li jirrifjuta l-vjolenza (3, PES, mod); jappella lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan il-ġdid u lill-Gvern tal-ġejjieni biex jirrikonoxxu b'mod ċar id-dritt ta' l-Istat ta' Iżrael li jeżisti, biex jirrinunzjaw għal kull forma ta' terroriżmu u biex jimpenjaw ruħhom għall-prinċipju ta' negozjati paċifiċi bil-għan ta' soluzzjoni bejn żewġ stati u biex jaħdmu f'koperazzjoni mal-Kwartett; (4, ALDE, mod)

4.  jappella lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan il-ġdid u lill-Gvern tal-ġejjieni u lill-Parlament u lill-Gvern Iżraeljan biex jieħdu r-responsabiltajiet tagħhom f'din is-sitwazzjoni; (4, PES, mod)

5.  jitlob għal inizjattiva b'saħħitha u urġenti tal-Kwartett (il-NU, l-Istati Uniti, l-UE u r-Russja) sabiex jiffavorixxu djalogu u negozjati bejn il-Palestinjani u l-Iżraeljani; jikkunsidra li "l-Pjan għall-Paċi" jibqa' bażi kostruttiva iżda jisħaq il-bżonn li jinkisbu riżultati pożittivi u konkreti; (5, PES)

6.  jirrimarka li l-eżitu tar-riżultati, li wassal għal bidla profonda u għar-radikalizzazzjoni ta' l-arena politika fil-Palestina, huwa qabel kollox espressjoni tal-poplu Palestinjan għal riforma sħiħa; fl-istess waqt jirrifletti l-kundizzjonijiet ta’ għixien diffiċli tagħhom taħt l-okkupazzjoni u jirrifletti bis-sħiħ kritika kontra l-inġustizzji ta' l-amministrazzjoni ta' qabel; (6, PES, mod)

7.  jikkunsidra li sabiex tkun evitata iktar radikalizzazzjoni, il-komunità internazzjonali għandha tiffoka fuq il-ħafna kwistjonijiet li għadhom mhux solvuti fil-kunflitt Iżraeljan-Palestinjan; (5, ALDE, parzjali, mod)

8.  Jirrijafferma li l-impenn tiegħu biex jibqa' l-ikbar donatur ta' għajnuna lill-PNA u biex ikompli l-appoġġ tiegħu lejn l-iżvilupp ekonomiku Palestinjan u lejn proċess demokratiku jiddependi fuq il kjarifikazzjoni mill-gvern il-ġdid dwar il-kundanna tal-vjolenza u r-rikonoxximent ta' Iżrael; jirrijafferma wkoll id-determinazzjoni tiegħu biex jaħdem għall-paċi u biex jikkopera ma' kwalunkwe gvern li lest li jaħdem b'mezzi paċifiċi; (6, EPP)

9.  jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-missjonijiet preżenti ta' l-UE u ta' l-ESDP f'Gaża biex tkun implimentata l-Ftehima dwar Moviment u Adeżjoni, ffirmata mill-Gvern ta' Iżrael u mill-Awtorità Palestinjana, li għandhom il-biċċa xogħol li jiżguraw sigurtà u tmexxija b'mod organizzat tal-fruntiera ma' l-Eġittu u jiddeċiedi li jsegwi mill-qrib din il-missjoni tal-fruntiera; (10, PES, mod)

10.  jinnota l-konklużjonijiet tar-rapport dwar Ġerusalemm tal-Lvant li l-abbozz tiegħu sar mill-Kapijiet tal-missjoni ta' l-UE f'Ġerusalemm u f'Ramallah li jiddeskrivi s-sitwazzjoni f'Ġerusalemm tal-Lvant, b'mod partikolari l-konsegwenzi tal-bini tal-ħajt, u jressaq rakkomandazzjonijiet konkreti biex ikunu affrontati l-problemi attwali; jiddipjaċih li l-Parlament Ewropew ma kienx mgħarraf dwar il-kontenut tiegħu; (11, PES, mod)

11.  jirrijafferma li t-tilwima dwar Ġerusalemm ta' Lvant hija parti mill-kunflitt kollu kemm hu u tibqa' kwistjoni għan-negozjati, speċjalment bejn iż-żewġ naħat; jappella għall-waqfien tat-trattament diskriminatorju ta' residenti Palestinjani u għall-ftuħ mill-ġdid ta' l-istituzzjonijiet Palestinjani f'Ġerusalemm tal-Lvant; (12, PES, mod)

12.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma b'din r-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-President ta' l-Awtorità Palestinjana u lill-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan il-ġdid, lill-Prim Ministru ta' Iżrael u lill-Knesset, lill-Gvern ta' l-Istati Uniti, lill-Gvern tal-Federazzjoni Russa u lis-Segretarju Ġenerali tal-NU.(13, PES)