MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
13.2.2006
skond ir-Regola 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura
minn......f'isem il-Grupp PPE-DE
minn.......f'isem il-Grupp PSE
minn......f'isem il-Grupp ALDE
minn......f'isem il-Grupp Verts/ALE
minn..... f'isem il-Grupp GUE/NGL
minn.....f'isem il-Grupp UEN
tissostitwixxi l-mozzjoni (B6-/06) imressqa mill-Grupp PPE-DE
tissostitwixxi l-mozzjoni (B6-/06) imressqa mill-Grupp PSE
tissostitwixxi l-mozzjoni (B6-/06) imressqa mill-Grupp ALDE
tissostitwixxi l-mozzjoni (B6-/06) imressqa mill-Grupp Verts/ALE
tissostitwixxi l-mozzjoni (B6-/06) imressqa mill-Grupp GUE/NGL
tissostitwixxi l-mozzjoni (B6-/06) imressqa mill-Grupp UEN
Il-Parlament Ewropew,
- –wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu tat-13 ta' Ottubru 2005 dwar l-Iran u tas-17 ta' Novembru 2005 dwar "stqarrijiet reċenti tal-President ta' l-Iran, is-Sur Mahmoud Ahmadinejad dwar l-Iżrael", (PSE)
- –wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill għall-Affarijiet Ġenerali tat-30 ta' Jannar 2006, (PSE)
- –wara li kkunsidra r-Riżoluzzjoni tal-Bord ta' Gvernaturi ta' l-IAEA ta' l-24 ta' Settembru 2005 u ta' l-4 ta' Frar 2006 dwar l-implimentazzjoni tal-Ftehima ta' Salvagwardji NPT fir-Repubblika Iżlamika ta' l-Iran, (PSE)
- –wara li kkunsidra r-rapporti tal-bord ta' l-IAEA tat-2 ta' Settembru 2005 u tat-18 ta' Novembru 2005,
- –wara li kkunsidra l-NPT (Trattat tal-kontroll ta' l-armi nukleari) tat-22 ta' April 1970, b'mod partikulari l-Artikolu IV ta' l-NPT li jistipula li "L-ebda parti minn dan it-Trattat m'għandha tkun interpretata li tista' taffettwa d-dritt inaljenabbli tal-Partijiet kollha kkonċernati mat-Trattat li jiżviluppaw riċerka, produzzjoni u użu ta' enerġija nukleari għal skopijiet paċifiċi mingħajr diskriminazzjoni u bi qbil ma' l-Artikoli I u II ta' dan it-Trattat", (PSE)
- –wara li kkunsidra l-istqarrija E3/UE tat-13 ta' Jannar 2006 u l-istqarrija tal-Ministru ta' l-Affarijiet Barranin Jack Straw wara l-laqgħa tal-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin taċ-Ċina, ta' Franza, tal-Ġermanja, tar-Russja, tar-Renju Unit, ta' l-Istati Uniti u tar-Rappreżentant Għoli ta' l-Unjoni Ewropea f'Londra fit-30 ta' Jannar 2006; (PPE)
- –wara li kkunsidra l-Ftehima ta' Pariġi tad-29 ta' Novembru 2004 bejn ir-Repubblika Iżlamika ta' l-Iran (l-Iran) u r-Renju Unit, Franza, il-Ġermanja (E3) u d-deċiżjoni ta' l-Iran ta' l-1 ta' Awissu 2005 li jerġa' jibda bl-attivitajiet ta' konverżjoni ta' l-uranju b'mod kuntrarju għal dak stipulat f'Pariġi; (ĦODOR)
- –wara li kkunsidra r-Regola 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura;
- A.billi l-istqarrijiet pubbliċi tal-President Ahmadinejad jiċħdu d-dritt ta' l-eżistenza ta' l-Iżrael kif ukoll ir-realtà ta' l-Olokawstu; (PPE, D mod.)
- B.billi d-Direttur Ġenerali ta' l-IAEA, Mohammed El Baradei, sostna f'bosta okkażjonijiet it-tħassib serju tiegħu u rraporta li l-IAEA għadha mhix f'pożizzjoni li tiċċara xi kwistjonijiet importanti wara sentejn u nofs ta' ispezzjonijiet u ta' investigazzjonijiet intensivi, (PPE, F)
- C.billi l-Iran iddeċieda fl-1 ta' Awissu 2005 biex jerġa' jibda l-attivitajiet ta' konverżjoni ta' l-uranju b'kontravenzjoni ta' l-obbligi tal-Ftehima ta' Pariġi u billi l-Iran reġa' beda l-attivitajiet ta' konverżjoni ta' l-uranju fil-faċilità tiegħu ta' Isfahan fit-8 ta' Awissu 2005 u ħa passi biex jerġa' jibda l-attivitajiet ta' arrikkiment fl-10 ta' Jannar 2006; (PPE, B)
- D.Billi r-riżoluzzjoni ta' l-IAEA ta' l-4 ta' Frar tistipula li l-"assenza tal-kunfidenza" fl-iskopijiet paċifiċi tal-programm nukleari ta' l-Iran u li "t-trasparenza sħiħa ta' l-Iran hija indispensabbli u ilha mistennija għall-Aġenzija biex tkun tista' tiċċara kwistjonijiet pendenti", (Ħodor, D)
- E.billi l-IAEA sostniet it-tħassib tagħha dwar in-nuqqasijiet kontinwi fl-isforz tagħha biex tifhem il-bosta aspetti li huma sensittivi għal proliferazzjoni tal-programm nukleari ta' l-Iran, (PSE, C)
- F.billi l-IAEA talbet b'mod kontinwu l-koperazzjoni ta' l-Iran wara l-ħruġ tar-rapporti, u offriet diversi soluzzjonijiet, b'mod partikulari l-arrikkiment ta' l-uranju fir-Russja, filwaqt li l-Iran naqas milli jippreżenta pożizzjoni ċara dwar il-proposti, (PPE, G)
- G.billi f'Novembru 2005 id-Direttur Ġenerali ta' l-IAEA rraporta li l-Iran għandu dokument relatat mar-rekwiżiti proċedurali għat-tnaqqis ta' l-UF6 għall-metall fi kwantitajiet żgħar, u fl-ikkastjar u fil-ħdim ta' metall ta' uranju naturali, arrikkit u żvujtat f'forom emisferiċi, li, skond kif irrapurtat mill-IAEA, dan huwa proċess relatat mal-produzzjoni ta' komponenti ta' l-armi nukleari, (PPE, H)
- H.billi fit-30 ta' Jannar 2006 il-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin taċ-Ċina, ta' Franza, tal-Ġermanja, tar-Russja u tar-Renju Unit u r-Rappreżentant Għoli ta' l-UE qablu li l-laqgħa straordinarja tal-Bord ta' l-IAEA għandha tirraporta lill-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, filwaqt li tippostponi kwalunkwe azzjoni sas-6 ta' Marzu wara rapport ieħor mid-Direttur Ġenerali ta' l-IAEA, (PPE, J)
- I.billi l-gvern ta' l-Iran ħabbar fil-5 ta' Frar li se jwaqqaf kull koperazzjoni volontarja ma' l-IAEA u li mhux se jippermetti kwalunkwe ispezzjoni spontanja mill-IAEA fil-faċilitajiet nukleari ta' l-Iran bi qbil mal-Protokoll Addizzjonali ta' l-NPT u ħabbar ukoll fis-6 ta' Frar li se jneħħi l-kameras ta' sorveljanza ta' l-IAEA u s-siġilli ta' l-aġenzija mis-siti u mill-makkinarju nukleari, (PPE,K)
- J.billi l-aħħar Konferenza ta' Reviżjoni tat-Trattat dwar il-Kontroll ta' l-armi nukleari fl-2005 naqqset milli ssaħħaħ inizjattiva multilaterali kontra t-theddida tal-proliferazzjoni nukleari u l-proliferazzjoni ta' armi tad-distruzzjoni tal-massa; (PSE, G)
- K.billi r-relazzjonijiet ta' l-UE ma' l-Iran kienu bbażati fuq approċċ bi tliet fatturi kkaratterizzat bin-negozjati dwar ftehima ta' kummerċ u ta' koperazzjoni, bid-djalogu politiku u bid-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem u billi d-djalogu politiku ġie sospiż minħabba l-kriżi attwali, (PSE, F)
1. Isostni mill-ġdid il-kundanna tiegħu għar-rimarki ta' theddid tal-President Ahmedinejad kontra Iżrael li jnaqqsu l-fiduċja fl-intenzjonijiet tal-gvern ta' l-Iran li jadotta l-irwol paċifiku u kostruttiv fil-Lvant Nofsani; (ĦODOR, 1) u għalhekk jikkritika l-laqgħa reċenti tal-President Ahmadinejad mal-Jihad Iżlamika tal-Palestina matul iż-żjara tiegħu fis-Sirja u jitlob li l-Iran iwaqqaf b'mod immedjat l-appoġġ kollu tiegħu għal gruppi terroristiċi; (ĦODOR, 4)
2. Jiddikjara it-tħassib serju tiegħu fir-rigward ta' l-imġieba attwali ta' l-awtoritajiet ta' l-Iran dwar il-programm nukleari ta' l-Iran u b'mod partikulari it-tneħħija tas-siġilli minn bosta faċilitajiet nukleari u d-deċiżjoni ta' l-Iran li jerġa' jibda l-attivitajiet relatati ma' l-arrikkiment; (PSE, 1)
3. Jilqa' l-konklużjonijiet tar-riżoluzzjoni adottata fl-4 ta' Frar 2006 mill-Bord tal-Gvernaturi ta' l-IAEA, li tikkritikaw lill-Iran għan-nuqqas ta' konformità mar-rakkomandazzjoni ta' l-IAEA u li tenfasizza b'riżultat ta' dan in-nuqqas ta' fiduċja fil-fatt li l-programm nukleari ta' l-Iran huwa maħsub b'mod esklussiv għal skopijiet paċifiċi; (PSE, 2)
4. Jappoġġja d-deċiżjoni tal-Bord tal-Gvernaturi ta' l-IAEA biex jitlob lid-Direttur Ġenerali ta' l-IAEA biex jirraporta lill-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda u biex jelabora dwar ir-rapporti u r-riżoluzzjonijiet kollha ta' l-IAEA, skond kif inhuma adottati, relatati mal-kwistjoni; (PPE, 7)
5. Iqis li, skond ir-Riżoluzzjoni ta' l-IAEA, huwa meħtieġ biex l-Iran jerġa' jistabbilixxi sospensjoni sħiħa u ppruvata ta' l-attivitajiet relatati ma' l-arrikkiment u ma' l-ipproċessar mill-ġdid, biex jerġa' jqis il-kostruzzjoni ta' reattur ta' riċerka mmoderat b'ilma tqil, biex jirratifika minnufih u jerga' jibda l-implimentazzjoni sħiħa tal-Protokoll Addizzjonali, u b'mod ġenerali, biex jimplimenta l-miżuri ta' trasparenza mitluba mid-Direttur Ġenerali ta' l-IAEA; (PSE, 3 mod.)
6. Isostni mill-ġdid li l-Iran għandu d-dritt li jiżviluppa programm nukleari bi qbil ma' l-Artikolu IV ta' l-NPT u jappoġġja l-inizjattivi u l-proposti ta' l-UE 3 (Franza, il-Ġermanja, u r-Renju Unit) u l-imsieħba internazzjonali l-oħra għal koperazzjoni ma' l-Iran fil-qasam nukleari għall-użu paċifiku; fl-istess waqt jerga' jsostni s-sejħa tiegħu lill-Gvern ta' l-Iran biex ma jwettaqx theddid kontra kwalunkwe stat u biex jirrispetta b'mod sħiħ il-prinċipji taċ-Charter tal-Ġnus Magħquda fl-azzjonijiet tiegħu; (PSE, 5 mod)
7. Iqis li l-indħil tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Ġnus Magħquda, skond kif propost mill-IAEA, għandu jikkostitwixxi f'pass meħtieġ sabiex tkun analizzata s-sitwazzjoni attwali u jaqbel mal-konklużjonijiet tal-Kunsill ta' l-UE li jitlob għall-irwol aktar f'saħħtu ta' l-IAEA; huwa tal-ħsieb li din il-mossa għandha tevita aktar deterjorament tas-sitwazzjoni attwali; jitlob lill-Istati Membri ta' l-UE biex jikkoordinaw mill-qrib l-inizjattivi tagħhom fl-IAEA u fil-Ġnus Magħquda; (PSE,5)
8. Jiddikjara li l-kriżi għandha tkun indirizzata bi qbil mar-regoli tal-liġi internazzjonali u jqis li dan jitlob approċċ koperattiv u trasparenti minn naħa tal-gvern ta' l-Iran vis-à-vis l-IAEA; f'dan il-kuntest, jappoġġja l-impenn ta' l-UE 3 biex ifixkel il-proliferazzjoni ta' l-armi nukleari u jitlob lill-partijiet kollha involuti biex jagħmlu mill-aħjar biex iwettqu progress għal soluzzjoni nnegozjata tat-tilwima nukleari qabel ir-rapport li jmiss mid-Direttur Ġenerali ta' l-IAEA fis-6 ta' Marzu 2006; (PPE, 8 mod.)
9. Jenfasizza l-importanza tal-koperazzjoni ma' l-Istati Uniti, mar-Russja, maċ-Ċina u mal-pajjiżi mhux allinjati sabiex jitqiesu kunċetti kumplimentari bil-ħsieb li tintlaħaq ftehima komprensiva ma' l-Iran dwar il-faċilitajiet nukleari tiegħu u l-użu tagħhom li jqis il-ħtiġijiet ta' sigurtà ta' l-Iran; (PSE, 6)
10. Jistieden lill-Iran biex iqis b'mod serju l-proposta tar-Russja, bi qbil ma' l-UE 3, fil-każ tal-proċess ta' arrikkiment ta' l-uranju, li għandha tippermetti lill-Iran il-possibiltà li javanza fil-programm nukleari tiegħu f'qafas multilaterali; iqis li soluzzjoni bħal din għandha titqies bħala proposta għal titjib fir-regoli preżenti, bil-kontroll ta' l-IAEA, għal kwalunkwe pajjiż interessat; (PSE, 7) u jitlob lill-Unjoni Ewropea biex tappoġġja proposti bħal tal-Bord ta' Esperti tal-ĠM biex tintlaħaq amministrazzjoni multilaterali għall-arrikkiment ta' l-uranju, bħal fil-każ tar-Reġjun tal-Lvant Nofsani, li tinkludi d-distribuzzjoni bil-kontroll ta' l-IAEA (Ħodor, 11 mod.)
11. Ifaħħar lid-Direttur Ġenerali u lis-Segretarjat ta' l-IAEA għall-isforzi professjonali u imparzjali biex jimplimentaw il-Ftehima ta' Salvagwardji fl-Iran u jenfasizza li l-indħil tal-Kunsill ta' Sigurtà ma jtemmx ir-responsabilitajiet attwali ta' l-IAEA u jħeġġeġ lill-Iran biex jippermettilhom biex ikomplu jisfruttaw bi sħiħ il-kapaċitajiet ta' kontroll u ta' ispezzjoni; (PPE, 9)
12. Jitlob lill-Iran biex jieħu vantaġġ tar-riżervi ta' enerġija enormi tiegħu u tat-tagħrif teknoloġiku preżenti fil-pajjiż biex jinvesti fl-iżvilupp ta' enerġiji li jistgħu jerġgħu jiġġeddu u fl-użu modern u razzjonali ta' l-enerġiji mill-fossili; (GREENS, 9 mod)
13. Huwa tal-ħsieb li n-negozjati dwar it-twaqqif ta' zona ħielsa mill-armi tad-distruzzjoni tal-massa fil-Lvant Nofsani jistgħu jkunu pass importanti biex jintlaħqu l-ħtiġijiet tas-sigurtà tal-pajjiżi tar-reġjun; jitlob lill-UE 3 biex tintroduċi din l-idea fin-negozjati ma' l-Iran; (GUE, 8)
14. Jitlob lill-Kummissjoni biex timplimenta l-azzjonijiet kollha li għandhom jitwettqu fil-qafas ta' l-Inizjattiva Ewropea għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem sabiex tintensifika l-kuntatti u l-koperazzjoni mas-soċjetà ċivili ta' l-Iran u mal-midja indipendenti u ma' l-oppożizzjoni demokratika u minbarra dan, biex tappoġġja flimkien mal-Parlament Ewropew, id-demokrazija u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran; (PSE, 13)
15. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tar-Repubblika Iżlamika ta' l-Iran u lill-istati kollha l-oħra stipulati f'din ir-riżoluzzjoni, lid-Direttur Ġenerali ta' l-IAEA u lis-Segretarju Ġenerali tal-ĠM. (PPE, 14)