MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
14.3.2006
- –Bogdan Klich and Charles Tannock, f'isem il-grupp PPE-DE
- –Jan Marinus Wiersma, Marek Maciej Siwiec u Joseph Muscat, f'isem il-grupp PSE
- –Janusz Onyszkiewicz u Cecilia Malmström, f'isem il-grupp ALDE
- –Elisabeth Schroedter u Marie Anne Isler Béguin, f'isem il-grupp Verts/ALE
- –Konrad Szymański and Inese Vaidere, f'isem il-grupp UEN
- –PPE-DE (B6‑0109/2006)
- –PSE (B6‑0113/2006)
- –UEN (B6‑0122/2006)
- –Verts/ALE (B6‑0123/2006)
- –ALDE (B6‑0125/2006)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar dwar is-sitwazzjoni fil-Belarus qabel l-elezzjonijiet Presidenzjali tad-19 ta' Marzu
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Belarus, partikularment ir-riżoluzzjoni tiegħu ta' l-10 ta' Marzu 2005 dwar il-Belarus u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Lulju 2005 u r-riżoluzzjoni tiegħu tas-26 ta' Settembru 2005 dwar is-sitwazzjoni politika u l-indipendenza tal-midja fil-Belarus. [PES - kwotazzjoni 1]
– wara li kkunsidra, b'mod partikulari, ir-riżoluzzjoni tiegħu tal-5 ta' Lulju 2001 dwar il-Belarus, adottata qabel l-elezzjonijiet presidenzjali ta' l-2001, u r-rapporti tat-Trojka Parlamentari (l-Assemblea Parlamentari ta' l-OSCE, l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa u l-Parlament Ewropew) ippubblikati wara l-elezzjoni ġenerali ta' l-2000 (30 ta' Jannar 2001) u l-elezzjoni presidenzjali ta' l-2001 (4 ta' Ottubru 2001), u r-riżoluzzjoni ta' l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa tas-26 ta' Jannar 2006 [PPE - kwotazzjoni 2 - modifikata]
- wara li kkunsidra l-għoti f'Diċembru 2005 tal-Premju Sakharov għal-Libertà tal-Ħsieb lill-Għaqda tal-Ġurnalisti Belarussi. [PES - kwotazzjoni 2]
- wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill dwar il-Belarus fil-laqgħa tiegħu tat-30 ta' Jannar 2006 u d-dikjarazzjoni ta' l-Unjoni Ewropea u ta' l-Istati Uniti tat-3 ta' Frar 2006 dwar ir-relazzjonijiet mal-Belarus. [PES - kwotazzjoni 5]
– wara li kkunsidra r-rapport tal-missjoni ta' stima għall-ħtiġijiet ta' elezzjoni ta' l-OSCE/ODIHR tal-31 ta' Jannar 2006, [PPE - kwotazzjoni 3]
– wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-elezzjonijiet Presidenzjali fil-Belarus se jsiru fid-19 ta' Marzu 2006, [PPE - premessa 1]
B. billi l-elezzjonijiet Presidenzjali u Parlamentari ta' l-2000, l-2001 u l-2004 fil-Belarus ma laħqux il-livelli internazzjonali skond l-Unjoni Ewropea, il-Kunsill ta' l-Ewropa u l-OSCE; [UEN - premessa B -modifikata]
C. billi l-awtoritajiet Belarussi joħolqu ostakoli għall-kampanji tal-kandidati indipendenti, bħal żmien qasir ħafna għall-kampanja, limiti finanzjarji baxxi ħafna, aċċess ristrett ħafna għall-midja kemm pubblika kif ukoll privata, dipendenza fuq l-awtoritajiet lokali fl-għażla ta' postijiet għal laqgħat mal-votanti waqt li l-president attwali għandu aċċess prattikament mingħajr limiti għall-midja; [UEN - premessa D -modifikata]
D. billi r-rappreżentanti ta' l-oppożizzjoni huma kważi għal kollox esklużi milli jipparteċipaw fil-kummissjonijiet elettorali; [UEN - premessa E]
E. billi numru ta' personalitajiet ewlenin fl-oppożizzjoni sfaw detenuti wara proċessi fil-qrati li kienu msejsa fuq akkużi dubjużi, b'hekk jgħawġu l-proċess elettorali u jikkonfermaw l-abbuż tas-sistema ġuridika għal skopijiet politiċi fil-Belarus u n-nuqqas ta' ġuridikatura indipendenti fil-pajjiż; [PES - premessa C - modifikata]
F. billi l-awtoritajiet Belarussi adottaw regolamenti ġodda li jimponu restrizzjonijiet fuq il-libertà li wieħed jivvjaġġa, kemm għaċ-ċittadini Belarussi kif ukoll għal viżitaturi barranin li jżuru l-Belarus; [UEN - premessa G]
G. billi l-awtoritajiet Belarussi bdew kampanja kontra xi pajjiżi demokratiċi li jagħtu l-appoġġ tagħhom lill-oppożizzjoni Belarussa, jakkużahom li qegħdin jiddestabbilizzaw is-sitwazzjoni politika fil-pajjiż u li huma involuti fir-reklutaġġ ta' spiji; [UEN - premessa H]
H. juri tħassib kbir dwar id-deċiżjoni tal-Qorti Ekonomika Suprema tal-Belarus ta' l-20 ta' Diċembru li reġgħet lura fuq deċiżjoni oriġinali u reġgħet daħlet penali ħorox kontra l-Kumitat Belarus Helsinki (BHC), inkluż multi kbar ħafna u taxxi b'lura kif ukoll theddid mill-ġdid ta' prosekuzzjoni kriminali kontra ċ-Chairwoman u l-Kontabilist Ewlieni tal-BHC, [ĦODOR - premessa J]
I. jenfasizza l-iżolament politiku dejjem jiżdied tal-Belarus, l-uniku pajjiż Ewropew li għad m'għandux rabta ma' l-UE bi ftehima ta' sħubija jew ta' koperazzjoni, [ĦODOR - premessa K - Modifikata]
J. billi s-sitwazzjoni ta' l-indipendenza tal-midja u l-libertà ta' l-espressjoni fil-Belarus iddeterjorat iktar, bir-riżultat li l-poplu tal-Belarus m'għandux aċċess għat-tagħrif neċessarju sabiex jifforma b'mod liberu opinjonijiet politiċi u biex jagħmel għażla demokratika fl-elezzjonijiet li ġejjin, [PES - premessa D]
K billi tnieda mill-Kummissjoni proġett ġdid bl-iskop li jappoġġja
l-organizzazzjoni demokratika u l-libertà ta' l-informazzjoni fil-Belarus inkluż it-twaqqif ta' stazzjon tar-radju li jxandar bil-Belarussu u bir-Russu; [UEN - premessa I]
L billi l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa qed tħeġġeġ għal strateġija konġunta dwar il-Belarus mal-PE u l-OSCE; [UEN - premessa J]
L. billi ma ġie osservat l-ebda titjib fis-sitwazzjoni tal-persuni li “għebu”, fil-libertà ta' l-espressjoni, fil-libertà ta' għaqda u fid-drittijiet tal-minoranzi; [UEN - premessa K]
M. billi bosta istituzzjonijiet internazzjonali li fihom il-Belarus hija membru sħiħ, inkluż l-ODIHR ta' l-OSCE u l-Assemblea Parlamentari ta' l-OSCE, irċevew stedina biex josservaw l-elezzjoni presidenzjali, iżda l-Parlament Ewropew u l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa - bil-kontra tas-sitwazzjoni fl-elezzjonijiet presidenzjali ta' l-2001 - ma rċevew l-ebda stedina u saħansitra ġew infurmati li m'hu se ssirilhom l-ebda stedina biex josservaw l-elezzjonijiet. [UEN - premessa E -modifikata]
1. Jilmenta d-deterjorazzjoni kontinwa tas-sitwazzjoni politika, u l-vjolazzjonijiet kontinwi tad-drittijiet ċivili u tal-bniedem tal-poplu Belarussu; jikkundanna bis-sħiħ l-attakki fuq il-midja, l-ġurnalisti, il-membri ta' l-oppożizzjoni, l-attivisti għad-drittijiet tal-bniedem u għall-minoranzi; jikkundanna d-deċiżjoni tal-Qorti Suprema tal-Belarus biex ixxolji l-Unjoni taż-Żgħażagħ Belarussi u l-Għaqda Pubblika tat-Tfal (RADA). [PPE -par. 1- modifikat]
2. Juri tħassib kbir dwar il-fatt li skond l-iktar rapporti reċenti dwar il-kundizzjonijiet li fihom se jsiru l-elezzjonijiet presidenzjali, il-preparazzjonijiet qed isiru fl-isfond ta' limitazzjonijiet jiżdiedu fuq is-soċjetà ċivili, il-midja indipendenti u l-partiti politiċi fl-oppożizzjoni li wara l-elezzjoni parlamentari ta' l-2004 m'għandhomx rappreżentazzjoni fil-Parlament Belarussu. [PPE - par.2]
- 3.Jesprimi s-solidarjetà, u l-appoġġ, tiegħu għall-Belarussi kollha li jitħabtu għal Belarus indipendenti, miftuħa u demokratika msejsa fuq l-istat tad-dritt: [PPE -par. 3- modifikat]
- 4.Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Belarussi biex iżommu ma' l-istandards internazzjonali meta jlestu għall-elezzjonijiet Presidenzjali ta' Marzu, fir-reġistrazzjoni u l-verifika tal-kandidati, kemm matul il-kampanja kif ukoll waqt l-elezzjoni nnifisha; [ALDE - par. 1- modifikat]
- 5.Jikkundanna l-'liġi kontra r-rivoluzzjoni' li ġiet adottata reċentement, li fost affarijiet oħra, tagħti lok lill-awtoritajiet fil-Belarus biex jitfgħu fil-ħabs kull min huwa ssuspettat li qed jipprovdi taħriġ jew li qed jiffinanzja nies biex jieħdu sehem f'protesti fit-toroq jew kull min huwa ssuspettat li qed jagħti interpretazzjoni ħażina, jew li qed jipprovdi informazzjoni dwar is-sitwazzjoni fil-Belarus, lil pajjiż barrani jew organizzazzjoni internazzjonali; iħeġġeġ l-awtoritajiet kompetenti Belarussi biex jikkunsidraw mill-ġdid id-deċiżjoni tagħhom u jirrifjutaw l-Abbozz ta' Liġi kontra r-Rivoluzzjoni; [PES par. 11 + ĦODOR par.7 - it-tnejn modifikati]
- 6.Jenfasizza li jridu jintlaħqu l-kriterji li ġejjin jekk l-elezzjonijiet presidenzjali se jiġu rikonoxxuti elezzjonijiet ħielsa u demokratiċi: [PES - par. 3]
- -trasparenza sħiħa tal-proċess elettorali fl-aspetti kollha tiegħu, partikularment fir-rigward tal-proċess tar-reġistrar tal-kandidati, il-kompożizzjoni tal-kummissjonijiet elettorali u l-għadd tal-voti,
- -kundizzjonijiet ugwali għall-kandidati kollha partikularment fir-rigward ta' l-aċċess għall-midja tal-massa, speċjalment il-midja elettronika, u possibilitajiet oħra biex jorganizzaw il-kampanja elettorali,
- -il-korpi Statali u Governattivi kollha m'għandhom jagħmlu l-ebda ħaġa li tista' titqies li qed tagħti fastidju lill-kandidati, lill-familji u l-partitarji tagħhom,
- il-garanzija li dawk kollha li huma involuti (speċjalment dawk mhux relatati ma' xi kandidat) bħala osservaturi ta' l-elezzjoni presidenzjali u r-reklutaġġ u t-taħriġ għal dawn l-attivitajiet, ikunu ħielsa biex jagħmlu xogħolhom, ukoll f'koperazzjoni ma' l-istituzzjonijiet internazzjonali, li jikkostitwixxu element essenzjali biex il-proċess elettorali jkun trasparenti u li jista' jiġi verifikat;
7. Jilqa' l-istedina mill-awtoritajiet Belarussi għall-missjoni ta' osservazzjoni ta' l-elezzjoni ta' l-OSCE/ODIHR, iżda jħeġġeġ l-awtoritajiet Belarussi responsabbli biex iħallu l-missjoni ta' l-OSCE/ODIHR taħdem mingħajr xkiel fil-Belarus u biex jagħtu lill-parteċipanti kollha f'din l-osservazzjoni ta' elezzjoni aċċess sħiħ mingħajr restrizzjonijiet għall-pajjiż u għall-aspetti kollha tal-proċess elettorali, [PES - par.4]
8. Jilmenta bil-qawwa li l-Parlament Ewropew u l-Kunsill ta' l-Ewropa ma rċevewx - bil-kontra tas-sitwazzjoni waqt l-elezzjonijiet presidenzjali ta' l-2001 - l-ebda stedina biex josservaw dawn l-elezzjonijiet presidenzjali u tħeġġeġ l-awtoritajiet Belarussi biex jistiednu ż-żewġ istituzzjonijiet biex josservaw l-elezzjonijiet presidenzjali kemm jista' jkun malajr, [PES - par.5]
9. Jesprimi t-tama li jinħolqu l-possibilitajiet biex jiżdied in-numru ta' osservaturi internazzjonali fuq medda ta' żmien qasir, billi jiġu mistiedna rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet internazzjonali oħra biex josservaw din l-elezzjoni fil-Belarus, [ĠDID]
10. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Belarussi biex iħallu li jsir stħarriġ ta' l-opinjoni tal-votanti (exit polls) nhar l-elezzjoni, [ĠDID]
11. Jinkoraġġixxi lill-poplu tal-Belarus biex jieħu sehem fl-elezzjonijiet presidenzjali li ġejjin; jagħraf l-importanza kbira li dawn l-elezzjonijiet għandhom u li r-riżultat jista' jinfluwenza b'mod deċiżiv il-ġejjieni tal-Belarus, u r-reintegrazzjoni tal-Belarus fi ħdan il-komunità demokratika internazzjonali, [PPE- par.5]
12. Jenfasizza għal darb'oħra li l-iżvilupp futur tar-relazzjonijiet ta' l-UE mal-Belarus ikompli jiddipendi fuq il-progress li jsir lejn id-demokratizzazzjoni u r-riforma tal-pajjiż; u b'mod partikulari jiddipendi fuq elezzjonijiet presidenzjali trasparenti u ġusti. [PPE- par.10]
13. Jekk l-awtoritajiet Belarussi jfallu milli jipprovdu elezzjonijiet presidenzjali ħielsa u ġusti, il-Kummissjoni, il-Kunsill u l-Parlament għandhom jikkunsidraw inizjattivi oħra, anke li titwessa' l-lista ta' viżi pprojbiti; partikularment għal dawk responsabbli għal kwalunkwe falsifikazzjonijiet waqt l-elezzjonijiet li ġejjin, kif ukoll l-iffriżar ta' l-assi tar-rappreżentanti ta' l-awtoritajiet Belarussi. [PPE -par. 11 + PPE - par. 12 - modifikat]
14. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jissorveljaw mill-qrib is-sitwazzjoni fil-Belarus fiż-żmien qabel u waqt l-elezzjoni; iħeġġeġ lill-Kunsill u lir-Rappreżentant Għoli biex jikkunsidraw li jaħtru Rappreżentant Speċjali għall-Belarus, jekk jiddeterjora iżjed ir-rispett għall-prinċipji demokratiċi; jilqa' d-deċiżjonijiet reċenti tal-Kummissjoni dwar it-tnedija u l-estensjoni tax-xandir ta' aħbarijiet u tagħrif indipendenti liċ-ċittadini tal-Belarus, jistieden lill-Kummissjoni biex tikkunsidra t-tfassil ta' strateġija ġdida għall-Belarus jekk il-proċeduri waqt u wara l-elezzjoni ma' jilħqux l-istandards demokratiċi internazzjonali; [ALDE - par. 4- modifikat]
15. Jistenna li din l-istrateġija tinkludi proposti konkreti għall-użu iktar flessibbli ta' l-assistenza teknika u l-appoġġ finanzjarju ta' l-UE għas-soċjetà ċivili, u miżuri oħra bl-iskop li tirritorna lura d-demokrazija fil-pajjiż; [ALDE - par. 5- modifikat]
16. Jagħmel il-kuraġġ mit-trasferiment ta' €2 Miljun mit-TACIS għall-Inizjattiva Ewropea għad-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija, b'hekk ir-relazzjonijiet mas-soċjetà ċivili Belarussa jistgħu jkunu aktar flessibbli u effettivi, [PPE - par.13]
17. Iħeġġeġ lill-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa, lill-Assemblea Parlamentari ta' l-OSCE, u lill-Kungress ta' l-Istati Uniti biex jaħdmu flimkien mal-Parlament Ewropew fuq is-sitwazzjoni fil-Belarus [ĠDID]
18. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex iqajmu l-kwistjoni tal-Belarus ma' l-awtoritajiet Russi sabiex tiġi definita responsabilità komuni biex ikun hemm bidliet demokratiċi konkreti fil-pajjiż; [PPE - par. 14]
19. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jinforma b'din r-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Parlamenti u lill-Gvernijiet ta' l-Istati Membri, lill-Gvern tal-Belarus, lill-Kungress ta' l-Istati Uniti u lill-Assembleji Parlamentari ta' l-OSCE u tal-Kunsill ta' l-Ewropa. [PPE -par. 15- modifikat]