Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta - RC-B6-0112/2006Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta
RC-B6-0112/2006

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA

14/02/2006

Bi qbil mar-Regola 115 tar-Regoli ta' Proċedura
minn........f'isem il-Grupp PPE
minn Pasqualina Napoletano, Elena Valenciano, Martine Roure u Panos Beglitis
minn.........f'isem il-Grupp ALDE/ADLE
minn.........f'isem il-Grupp Verts/EFA
minn.........f'isem il-Grupp GUE/NGL
f'isem il-Grupp PSE
dwar il-Guantanamo

Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
RC-B6-0112/2006
Testi mressqa :
RC-B6-0112/2006
Testi adottati :

Il-Parlament Ewropew,

-   wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet ta' qabel dwar id-drittijiet tal-ħabsin ta' Guantanamo għal proċess ġust u b'mod partikulari r-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2002 dwar il-kundizzjonijiet ta' l-arrest tal-priġunieri fi Guantanamo u r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004,

-  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' April 2005 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja fl-2004,

-   wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Jannar 2006 dwar l-Afghanistan,

-  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni kontra t-tortura u pieni oħra jew trattamenti kiefra, umiljanti jew degradanti adottata fl-Assemblea Ġenerali tal-Ġnus Magħquda fl-10 ta' Diċembru 1984,

-   wara li kkunsidra l-linjigwida ta' l-Unjoni Ewropea fir-rigward tal-ġlieda kontra t-tortura u l-piena tal-mewt, u dwar id-djalogu mal-pajjiżi terzi fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem, adotatti fl-2001,

-   wara li kkunsidra l-Att ta' Awtorizzazzjoni tad-Difiża ffirmata mill-President Bush fit-30 ta' Diċembru 2005 li tinkludi l-emenda McKain li tipprojbixxi bil-liġi l-użu tat-tortura, kif ukoll l-emenda Graham-Levin, li tistabbilixxi - skond l-interpretazzjoni ("iffirmar ta' l-istqarrija") tal-White House - li aljeni miżmuma fi Guantanamo m'għandhom l-ebda dritt li jkollhom il-każijiet habeas corpus imressqa fil-qrati ċivili Amerikani

-   wara li kkunsidra l-leġiżlazzjoni l-ġdida ta' l-Istati Uniti, Army Regulation 190-55 fis-seħħ mis-17 ta' Frar 2006, li jestendi l-possibiltà tal-qtil tal-priġunieri kkundannati għal mewt fil-Qorti militari għaċ-ċentri ta' detenzjoni kollha, anke dak ta' Guantanamo

-  wara li kkunsidra r-rapport imfassal minn ħames esperti tal-Kummissjoni għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-ĠM dwar iċ-ċentru ta' detenzjoni tal-Bajja ta' Guantanamo,

-  wara li kkunsidra t-talba reċenti tal-Kanċillier Ġermaniż għall-għeluq taċ-ċentru ta' detenzjoni fil-Bajja ta' Guantanamo,

-  wara li kkunsidra l-Artikolu 115 (5), tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

1.  Jitlob lill-amministrazzjoni Amerikana biex tagħlaq il-faċilità ta' detenzjoni fil-Bajja ta' Guantanamo u jinsisti li kull priġunier għandu jkun itrattat skond il-liġi Umanitarja Internazzjonali u mressaq mingħajr dewmien fi smigħ pubbliku u ġust minn tribunal kompetenti, indipendenti u imparzjali,

2.   Jikkundanna l-forom ta' tortura kollha u trattament kiefer u jerga' jsostni l-ħtieġa tal-konformità mal-liġi internazzjonali,

3.  Jenfasizza li t-terroriżmu kontemporanju u b'mod partikulari t-terroriżmu globali mmirat kontra demokraziji u l-popli tagħhom huwa theddida għad-drittijiet bażiċi u fundamentali li jgawdu s-soċjetajiet tagħna,

4.  Jerġa' jsostni għal darb'oħra li l-ġlieda kontra t-terroriżmu, li hija waħda mill-prijoritajiet ta' l-Unjoni u parti ewlenija mill-azzjoni esterna tagħha, tista' titwettaq b'suċċess biss jekk id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet ċivili jkunu rispettati b'mod sħiħ,

5.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Għoli tas-CFSP, lill-parlamenti ta' l-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tal-Ġnus Magħquda u lill-President u l-Kungress ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika.