MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
9.6.2006
- –Elmar Brok, Simon Coveney, f'isem il-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew (Demokristjani) u Demokratiċi Ewropej
- –Pasqualina Napoletano, Erika Mann, Elena Valenciano Martínez-Orozco, Arlene McCarthy, Jan Marinus Wiersma, f'isem il-Grupp Soċjalista fil-Parlament Ewropew
- –Elizabeth Lynne, Sarah Ludford, f'isem il-Grupp ta' l-Alleanza tal-Liberali u d-Demokratiċi għall-Ewropa
- –Jean Lambert, Kathalijne Maria Buitenweg, Angelika Beer, Cem Özdemir, Raül Romeva i Rueda, Hélène Flautre, Monica Frassoni, Daniel Marc Cohn-Bendit, f'isem il-Grupp tal-Ħodor/Alleanza Ħielsa Ewropea
- –André Brie, Giusto Catania, Willy Meyer Pleite, Vittorio Agnoletto, f'isem il-Grupp Konfederali tax-Xellug Magħqud Ewropew - Xellug Aħdar Nordiku
li tieħu post il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi li ġejjin:
- –PPE-DE (B6‑295)
- –PSE (B6‑296)
- –ALDE (B6‑298)
- –Verts/ALE (B6‑299)
- –GUE/NGL (B6‑300)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Guantánamo
Il-Parlament Ewropew,
- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-25 ta' April 2005 ta' l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa dwar il-Legalità tad-Detenzjonijiet mill-Istati Uniti fil-Bajja ta' Guantánamo
- wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissjoni dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fi Guantánamo tal-15 ta' Frar 2006 fejn talbet li ċ-Ċentru ta' Detenzjoni fi Guantánamo jingħalaq mingħajr aktar dewmien u li d-detenuti li fadal jew jiġu ġġudikati jew jinħelsu;
- wara li kkunsidra l-konkużjonijiet u r-rakkomandazzjonijiet tal-Kumitat tan-NU kontra t-Torturi li jikkonċernaw l-Istati Uniti ta' l-Amerika ppublikat fid-19 ta' Mejju 2006, (grupp talĦodor, 4 inciż mod.)
- wara li kkunsidra l-pubblikazzjoni mill-Pentagon ta' l-Istati Uniti tal-lista ta' 759 priġunier ta' l-imgħoddi u tal-preżent tal-Bajja ta' Guantánamo fil-15 ta' Mejju 2006, mingħajr indikazzjoni jekk il-lista kienx fiha d-detenuti kollha; (Grupp tal-Ħodor, 5 inċiż mod.)
- wara li kkunsidra l-figuri l-aktar reċenti mill-gvern ta' l-Istati Uniti, dwar in-numru ta' detenuti fi Guatánamo, fejn ġie ddikjarat li bejn wieħed u ieħor 275 detenut gew meħlusa u li baqa' 465 detenut, li 133 minnhom huma indikati li se jinħelsu. (ġdid)
- wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu ta' qabel dwar id-drittijiet tad-detenuti fi Guantánamo għal proċess ġuridiku ġust, u, b'mod partikolari, ir-riżoluzzjoni tiegħu tas-7 ta' Frar 2002 dwar id-detenuti fil-Bajja ta' Guantánamo[1], ir-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill ta' l-10 ta' Marzu 2004 dwar id-dritt tad-detenuti ta' Guantánamo għal proċess ġuridiku ġust[2], u r-risoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2006 dwar Guantánamo,
- wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-18 ta' Mejju 2006 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja fl-2005,
- wara li kkunsidra l-Konvenzjoni kontra it-Torturi u Trattamenti jew Kastigi Oħrajn li huma Krudili, Inumani jew Degradanti, adottata mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fl-10 ta' Diċembru 1984,
- wara li kkunsidra l-linji gwida ta' l-UE dwar il-ġlieda kontra t-torturi u dwar il-piena tal-mewt, u l-Linji Gwida tiegħu dwar id-djalogi ma' pajjiżi terzi dwar id-drittijiet tal-bniedem, adottati fl-2001,
- wara li kkunsidra l-laqgħa informali tal-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin ta' l-UE tas-27-28 ta' Mejju 2006;
- wara li kkunsidra t-talbiet mill-Kanċellier Ġermaniż, mill-Prim Ministru Brittaniku, u mis-Segretarju-Ġenerali tan-NU fost oħrajn għall-għeluq taċ-ċentru ta' detenzjoni ta' Guatánamo, (mod.)
- wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
- A.konxju li l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tipprevedi li ħadd m'għandu jkun suġġett għal detenzjoni arbitrarja u li t-tneħħija tal-libertà trid tkun ibbażata fuq raġunijiet u proċeduri stabbiliti bil-liġi, filwaqt li jħeġġeġ il-partijiet kollha biex japplikaw id-dispożizzjonijiet tagħha, (ALDE D mod.)
- B.għalkemm rapporti ta' abbuż fuq detenuti miżmuma mill-Istati Uniti, attentati ta' suwiċidji minn detenuti u rewwixta fil-ħabs fil-Bajja ta' Guantánamo huma ta' tħassib sinifikanti, jinnota li l-Istati Uniti ħadu passi limitati biss biex jinvestigaw u fejn hemm evidenza, jikkastigaw il-persuni implikati, (mod.)
- C.filwaqt li jilqa' tajjeb il-fatt li xi detenuti ngħataw id-dritt li jkollhom aċċess għal konferenza privata ma' avukati indipendenti;
- 1.Jerġa jitlob lill-Amministrazzjoni ta' l-Istati Uniti biex tagħlaq il-faċilità għad-detenzjoni fil-Bajja ta' Guantánamo u jinsisti li kull priġunier għandu jiġi trattat skond il-liġi umanitarja internazzjonali u jekk jiġi mħarrek, jiġi ġġudikat mingħajr dewmien f'seduta fiera u pubblika minn qorti tal-ġustizzja kompetenti, indipendenti u imparzjali jew minn tribunal internazzjonali; (modifikat)
- 2.Jikkundanna kull forom ta torturi u trattament ħażin u jerġa jisħaq fuq il-bżonn ta' konformità mal-liġi internazzjonali;
- 3.Jitlob lill-awtoritajiet ta' l-Istati Uniti biex jimplimentaw ir-rakkomandazzjonijiet UNCAT u biex jiżguraw li ma jintużawx l-hekk imsejħa "tekniki speċjali ta' interrogazzjoni", li huma inaċċettabbli, inklużi l-metodi li jinvolvu umiljazzjoni sesswali, il-'water boarding' (teknika tas-sottomarin li tipprovoka sensazzjoni ta' għarqa), ix-'short Shakling' (l-użu ta' ktajjen qosra) u l-użu ta' klieb biex tiġi pprovokata il-biża' li tfisser tortura jew trattament kiefer, inuman jew degradanti; (Grupp tal-Ħodor, 5 mod.)
- 4.Jitlob lill-gvern ta' l-Istati Uniti biex jikkonċedi aċċess mingħajr xkiel lid-detenuti fil-Bajja ta' Guantánamo għall-korpi rispettivi tan-NU u għall-organizzazzjonijiet internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem, jinnota li s-Salib l-Aħmar kienet l-unika organizzazzjoni internazzjonali li għandha aċċess uffiċjali għad-detenuti; (Grupp tal-Ħodor, 8 mod.)
- 5.Jinnota li l-militar ta' l-Istati Uniti għamel sforzi sinifikanti biex jiżgura li d-detenuti jinżammu taħt kundizzjonijiet aħjar minn qabel b'mod partikulari fir-rigward ta' kura medika, nutrizzjoni, l-espressjoni u l-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom reliġjużi u r-rikreazzjoni;
- 6.Hu ta' l-opinjoni li titjib tal-kundizzjonijiet tad-detenzjoni tagħhom ma jindirizzax il-problema reali, li l-vjolazzjoni ta' l-istat ta' dritt, tal-liġi internazzjonali u l-istandards tad-drittijiet tal-bniedem hija t-tħassib reali; (ġdid)
- 7.Jiddispjaċih li jidhru pjanijiet fil-Pentagon biex tiġi eliminata linja fir-regolamenti dwar it-trattament tad-detenuti li jipprojbixxi trattament umiljanti u li tiġi mħassra r-riferenza espliċita għall-Konvenzjoni ta' Ġinevra u għall- Konvenzjoni kontra t-torturi tan-NU fil-ktieb tar-regoli dwar interrogazzjonijiet ta' l-armata ta' l-Istati Uniti; (ġdid)
- 8.Jinnota li l-USA tiddefinixxi l-ġlieda kontra t-terrur bħala "gwerra", iżda ma tirrikonoxxix id-drittijiet tad-detenuti msejsa fuq il-Konvenzjoni ta' Ġinevra; hu ta' l-opinjoni li minkejja n-natura partikulari tal-ġlieda kontra t-terrur, il-liġi internazzjonali trid tiġi applikata; (ġdid)
- 9.Jinnota li l-bini tal-kamp 6 l-ġdid, li għandu jinfetaħ f'Awwissu u li se jkollu t-tagħmir l-aktar modern iżda se jkun mingħajr twieqi, ma jindikax il-probabbiltà li dan il-kumpless se jingħalaq f'qasir żmien; (ġdid)
- 10.Jitlob lill-awtoritajiet ta' l-Istati Uniti li jiżguraw li l-allegazzjonijiet kollha dwar torturi u trattament ħażin ieħor li jinvolvu l-personal ta' l-Istati Uniti jkunu suġġetti għal investigazzjoni u proċess ġuridiku fil-pront, bir-reqqa u kredibbli (Grupp tal-Ħodor, 10 mod.)
- 11.Jitlob lill-gvern ta' l-Istati Uniti li jiċċara jekk minorenni kienux qed jinżammu jew għadhomx qed jinżammu fi Guantánamo b'kontravenzjoni tal-Konvenzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tat-Tfal; (ġdid)
- 12.Jitlob lill-Awtoritajiet ta' l-Istati Uniti biex jiżguraw li d-detenuti meħlusa ma jiġux irriturnati lill-ebda stat fejn jistgħu jiffaċċjaw ir-riskju li jkunu ttorturati jew suġġetti għal trattament krudili, inuman u degradanti; (ġdid, AM 4, Grupp tal-Ħodor)
- 13.Jenfasizza li t-terroriżmu kontemporanju, partikularment t-terroriżmu globali mmirat kontra l-istati u l-populazzjonijiet tagħhom, joħloq theddida għad-drittijiet tal-bniedem bażiċi u fundamentali li s-soċjetajiet tagħna jgawdu; (PPE, 1 mod.); Itenni t-twemmin tiegħu, li l-ġlieda kontra t-terroriżmu, li hija waħda mill-prijoritajiet ta' l-UE u ta' l-Istati Uniti, ma tistax tiġi miġġielda għad-detriment ta' valuri kondiviżi bażikament stabbiliti, bħalma huma r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem u l-istat ta' dritt; (PPE, 4 mod.)
- 14.Hu tal-fehma li n-nuqqas ta' osservanza tal-liġi internazzjonali fil-"ġlieda kontra t-terrur" ipproklamata, ddgħajjef severament il-kredibilità u s-saħħa fil-ġlieda kontra t-terur; (ġdid)
- 15.Jitlob lill-UE li jkollha approċċ komuni għas-Summit UE-Stati Uniti u li tistabbilixxi azzjoni konġunta biex titlob lill-gvern ta' l-Istati Uniti li jagħlaq iċ-ċentru ta' detenzjoni tal-Bajja ta' Guantánamo u li jaġixxi skond il-liġi internazzjonali fit-trattament tad-detenuti; (ġdid, AM 8, ALDE)
- 16.Konformi mal-parir mogħti mid-delegazzjoni tal-Membri tal-Parlament Ewropew li żaret Guantánamo dan l-aħħar, jissuġġerixxi li tintbagħat Guantánamo delegazzjoni ad hoc meta il-PE jikkunsidra li jkun meħtieg u xieraq (ġdid)
- 17.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Ogħla Rappreżentant għas-CFSP, lill-parlamenti ta' l-Istati Membri, lis-Segretarju-Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lis-Segretarju-Ġenerali u lill-President ta' l-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill ta' l-Ewropa u lill-President u lill-Kungress ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika.