MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
13.6.2006
- –Brok, Salafranca, van Orden u Millan Mon , il-grupp (PPE-DE)
- –Schulz, Wiersma, Swoboda, Moscovici u Dobolyi , f'isem il-Grupp PSE
- –Astrid Lulling u Bernd Posselt, f'isem il-Grupp ALDE
- –Astrid Lulling u Bernd Posselt, f'isem il-Grupp ALDE
- –Astrid Lulling u Bernd Posselt, f'isem il-Grupp ta' l-Unjoni għal Ewropa tan-Nazzjonijiet
- –GUE/NGL (B6‑0181/2006)
- –ALDE (B6‑0284/06)
- –PPE-DE (B6‑0167/2006)
- –UEN (B6‑0184/2006)
- –PSE (B6‑0202/2006)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :
RC-B6-0343/2006
Testi mressqa :
RC-B6-0343/2006
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sħubija tal-Bulgarija u r-Rumanija
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sħubija tal-Bulgarija u tar-Rumanija u b'mod partikolari ir-riżoluzzjonijiet tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2005, (PES)
- wara li kkunsidra t-Trattat ta' Sħubija ma' l-Unjoni Ewropea iffirmat mill-Bulgarija u r-Rumanija fil- 25 ta' April 2005, (PES)
- wara li kkunsidra r-Rapporti ta' Monitoraġġ dwar l-istadju ta' preparazzjoni għal sħubija ma' l-UE tal-Bulgarija u r-Rumanija preżentati fis-16 ta' Mejju mill-Kummissjoni Ewropea (PES)
- - wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu, (PES)
- A.billi huwa l-objettiv komuni u dikjarat ta' l-UE li s-sħubija tal-Bulgarija u r-Rumanija għandha sseħħ fl-1 ta' Jannar 2007, (l-ewwel parti A. PPE)
- B.billi l-Kummissjoni tinnota li ntlaħaq titjib sinifikanti mill-Bulgarija u r-Rumanija mill-aħħar rapport tal-Kummissjoni, (A. PES)
- C.billi l-progress f'numru ta' oqsma limitati għadu mhux kompletament sodisfaċenti u billi l-Bulgarija u r-Rumanija għandhom jieħdu passi immedjati sabiex itejbu dawn in-nuqqasijiet sabiex ikunu jistgħu jissieħbu ma' l-Unjoni fl-1 ta' Jannar 2007, (B. PES)
- D.billi l-Kummissjoni se tippreżenta aktar Rapporti ta' Monitoraġġ dwar l-istadju ta' preparazzjoni għal sħubija ma' l-Unjoni Ewropea tal-Bulgarija u r-Rumanija mhux aktar tard mill-bidu ta' Ottubru 2006, (C. PES tliet kelmiet miżjuda)
- E.billi l-Parlament Ewropew konsistentement wera l-appoġġ tiegħu għal sħubija fil-ħin tal-Bulgarija u r-Rumanija. (D. PPE)
- F.billi hemm dispożizzjonijiet fit-Trattat ta' Sħubija għal miżuri li jipproteġu u jimmoniterjaw, li jistgħu jekk ikun meħtieġ, jiġu applikati fis-snin immedjati ta' wara s-sħubija, li jwarrbu kull dewmien fis-sħubija attwali, (E. PPE)
- G.billi ntlaħqet ftehima permezz ta' skambju ta' ittri bejn il-President tal-Parlament Ewropew u l-President tal-Kummissjoni dwar l-assoċjazzjoni sħiħa tal-Parlament Ewropew rigward kull kunsiderazzjoni għall-attivazzjoni ta' waħda mill-klawżoli ta' protezzjoni fit-Trattat tas-Sħubija; (E, PES)
- 1.Innota b'interess kbir ir-rapporti tal-Kummissjoni Ewropea dwar l-istadju ta' preparazzjoni tal-Bulgarija u r-Rumanija għas-sħubija tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea u jagħti rikonoxximent għall-attenzjoni u għas-serjetà li ngħatat mill-Kummissjoni u s-servizzi tagħha għall-immoniterjar ta' l-isforzi ta' preparazzjoni u l-implimentazzjoni ta' miżuri li ħadu ż-żewġ pajjiżi sabiex jilħqu l-kundizzjonijiet għas-sħubija tagħhom ma' l-Unjoni Ewropea sa l-1 ta' Jannar 2007; (par. 1. PES)
- 2.Jinnota b'sodisfazzjon li l-Kummissjoni se żżomm l-iskadenza għaż-żewġ pajjiżi sabiex jidħlu fl-Unjoni Ewropea sa l-1 ta' Jannar 2007 fuq il-kundizzjoni li se jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa sabiex jiġu solvuti l-problemi li fadal u jaċċetta r-rakkomandazzjonijiet li għamlet il-Kummissjoni rigward aktar proċeduri sabiex tittieħed deċiżjoni finali dwar id-data tas-sħubija tal-Bulgarija u r-Rumanija; (par. 2. PES)
- 3.Jitlob lill-Kunsill, waqt is-Samit tiegħu tal-15 u 16 ta' Ġunju, sabiex iżomm l-impenn tiegħu għad-dħul tal-Bulgarija u r-Rumanija fl-UE fl-1 ta' Jannar 2007 jekk ikunu lesti; fl-istess ħin jilqa' l-għajnuna speċjalizzata li ġiet ipprovduta mill-Istati Membri, speċjalment fl-oqsma tal-ġustizzja u tal-pulizija u jħeġġeġ l-infurzar ta' din l-għajnuna fix-xhur li ġejjin; (par. 2. PPE, modifikat)
- 4.Jenfasizza li l-gvernijiet tal-Bulgarija u tar-Rumanija għandhom ikunu konxji tal-bżonn li jużaw bl-akbar mod ix-xhur li fadal u li jipproduċu riżultati konkreti sabiex jilħqu r-rekwiżiti meħtieġa għal sħubija ma' l-Unjoni Ewropea sa l-1 ta' Jannar 2007; (par. 3. PES, modifikat)
- 5.Jinnota b'sodisfazzjon l-isforzi serji magħmula u l-progress konsiderevoli li għamlu l-Bulgarija u r-Rumanijafl-aħħar xhur sabiex jilħqu l-kriterji politiċi u ekonomiċi ta' l-UE kif ukoll sabiex gradwalment jadottaw u jimplimentaw l-acquis communautaire; (par. 4. PES)
- 6.Jenfasizza l-bżonn li ż-żewġ pajjiżi jkomplu jsaħħu r-riforma fil-ġustizzja li għaddejja bħalissa billi jkomplu jikkonsolidaw it-trasparenza, l-effiċjenza u l-imparzjalità tas-sistema ġudizzjarja kif ukoll sabiex juru aktar riżultati konkreti fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni b'enfasi speċjali fuq il-ġlieda kontra l-kriminalità organizzata; jenfasizza l-importanza kbira li jittieħdu l-passi neċessarji kollha fil-ġlieda kontra t-traffikar tal-bnedmin u li jtejjbu serjament l-inklużjoni soċjali tal-komunitajiet Roma speċjalment f'dak li għandu x'jaqsam mad-djar, mas-servizzi tal-kura tas-saħħa, ma' l-edukazzjoni u mal-qagħad; (par. 5. il-Grupp tal-Ħodor modifikat)
- 7.Huwa konxju li d-deċiżjoni għas-sħubija ta' kull pajjiż tittieħed fuq il-merti u l-kisbiet ta' dak il-pajjiż stess, iżda jkun merħba bih jekk, fuq il-bażi tal-progress miksub sa issa miż-żewġ pajjiżi u mill-attivitajiet tagħhom sabiex jiksbu aktar progress fil-ftit xhur li ġejjin, il-Bulgarija u r-Rumanija jistgħu jidħlu fl-Unjoni Ewropea flimkien u fl-istess data. (par. 5. PES, modifikat)
- 8.Jitlob lill-forzi politiċi fil-Bulgarija u r-Rumanija sabiex jikkonċentraw l-attivitajiet tagħhom fuq li jagħlqu l-kundizzjoniiet għal Sħubija ma' l-Unjoni Ewropea sa l-1 ta' Jannar 2007 u sabiex iżommu l-impenn politiku neċessarju sabiex jilħqu dan l-objettiv. (par. 6. PES, modifikat)
- 9.Jitlob lill-Kummissjoni sabiex b'urġenza tipprovdi lill-Bulgarija u lir-Rumanija bl-aktar gwida ċara possibbli dwar ir-riżultati li huma mistennija sabiex jilħqu t-tħassib tagħha, li tassigura li r-riżorsi massimi tal-Komunità huma mmirati għal dawn l-inħawi sabiex jgħinuhom jipproduċu titjib tanġibbli, u b'koperazzjoni mal-awtoritajiet Bulgari u Rumeni, sabiex tiddefinixxi n-natura u l-modalitajiet ta' kull miżura ta' monitaġġ possibbli wara s-sħubija u ċ-ċirkustanzi li taħthom jistgħu jkunu meħtieġa
- 10.Jitlob lill-Istati Membri sabiex jagħlqu l-proċess ta' ratifikazzjoni għas-sħubija tal-Bulgarija u r-Rumanija fil-ħin. [it-tieni parti par. 7. PES, modifikat]
- 11.Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni, lill-Kunsill u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Bulgarija u r-Rumanija. (par. 8. PES)