MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
6.9.2006
- –João de Deus Pinheiro, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Elmar Brok, Charles Tannock, Tokia Saïfi, Bogusław Sonik, Rodi Kratsa- Tsagaropoulou, Jana Hybášková u Antonio Tajani, f'isem il-Grupp PPE-DE
- –Martin Schulz, Pasqualina Napoletano, Hannes Swoboda u Véronique De Keyser, f'isem il-Grupp PSE
- –Philippe Morillon, f'isem il-Grupp ALDE
- –Daniel Cohn-Bendit and Monica Frassoni, f'isem il-Grupp Verts/EFA
- –Francis Wurtz, f'isem il-Grupp GUE/NGL
- –Cristiana Muscardini, Konrad Szymański, Ģirts Valdis Kristovskis u Inese Vaidere, f'isem il-Grupp UEN
- –Verts/ALE (B6‑0469)
- –PSE (B6‑0472/06)
- –GUE/NGL (B6‑0477/06)
- –ALDE (B6‑0481/06)
- –PPE-DE (B6‑0486/06)
- –UEN (B6‑0487/06)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Lvant Nofsani
Il-Parlament Ewropew,
- wara li kkunsidra l-reżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Lvant Nofsani, partikularment dik ta' l-1 ta' Ġunju 2006,
- wara li kkunsidra r-Reżoluzzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti 1701, 1559, 520, 426 u 338, 242,
- wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti tal-Parlament Ewropew ta' l-20 ta' Lulju 2006,
- wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Ko-chairperson tal-Konferenza ta' Ruma dwar il-Libanu li saret fis-26 ta' Lulju 2006,
- wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunstill straordinarju dwar l-Affarjiet Ġenerali u r-Relazzjonijiet Esterni tal-25 ta' Awissu 2006,
- wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta' l-Uffiċċju ta' l-EMPA adottata fl-24 ta' Awissu 2006,
- wara li kkunsidra l-Konvenzjonijiet ta' Ġinevra dwar id-dritt umanitarju internazzjonali,
- wara li kkunsidra l-intervent tar-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem fit-territorju palestinjan okkupat, waqt is-sessjoni speċjali tal-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijeit tal-Bniedem, tal-5 ta' Lulju 2006, f'Ġinevra;
- wara li kkunsidra l-Artikoli 15, 16 u 19 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea,
- wara li kkunsidra l-Artikolu 103(2) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A. billi l-kunflitt fil-Libanu irriżulta f'katastrofi umanitarja li ħalliet mijiet mejta u mġarrba fuq iż-żewġ naħat, ħsara kbira fl-infrastruttura ċivili u mijiet ta' eluf ta' nies barra minn posthom, u liema katastrofi ma ntemmitx mal-waqfien l-isparar, (B, PSE)
B. maħsudin ħafna bl-esplużjoni ta' l-ostilitajiet fin-Nofsinhar tal-Libanu, bl-attakki tal-Hizbollah, ir-reazjoni esagerata fl-użu tal-forza mill-armata Iżraelita, li kienet theddida serja għall-paċi internazzjonali u għas-sigurtà, (A, PSE -mod)
C. C. jinnota s-sejħa mill-Kummissarju l-Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti għall-bżonn li jku eżaminat jekk sarx ksur tal-liġi interna waqt il-kunflitt, (8, EPP - mod)
D. jikkunsidra l-gravità tal-bumbardamenti Iżraeliti u ta' l-isparar ta' ròkits mill-Hizbollah u l-militanti Palestinjani kontra l-popolazzjoni ċivili, (C, PSE - mod)
E. billi r-reżoluzzjoni 1701 talbet lill-Gvern Libaniż sabiex jestendi l-awtorità tiegħu fuq it-territorju tal-pajjiż permezz tal-forżi leġittimi tiegħu, u ddeċidiet li żżid is-saħħa tal-UNIFIL u testendi l-mandat tagħha, (F. PSE)
F. billi r-reżoluzzjoni 1701 tistieden lill-Gvern Izraelit sabiex jirtira t-truppi tiegħu kollha minn Nofsinhar tal-Libanu sabiex jibda l-iskjerament tal-UNIFIL u jtemm l-imblokk ta' l-ajruporti u tal-portijiet fil-Libanu, (G, PSE)
G. jinsisti li l-Libanu kompletament demokratiku u sovran għandu rwol importanti fl-implimentazzjoni ta' soluzzjoni waħda għall-kriżi mal-Lvant Nofsani u fl-iżvilupp ta' Sħubija Ewro-Meditarranja b'saħħitha, (C, ALDE)
H. jenfasizza li l-kriżi umanitarja fit-Territorji Okkupati qegħda teħżien minkejja l-Mekkaniżmu Temporanju u Proviżorju (TIM) imwaqqaf mill-Komunità Internazzjonali sabiex titkompla l-assistenza lill-poplu Palestinjan, (H, Verts)
I. peress li l-proċess ta' paċi fil-Lvant Nofsani jinsab f'falliment politiku u diplomatiku għalkemm hemm bżonn ta' soluzzjoni ġusta u dejjiema għall-kunflitt bejn l-Iżrael u l-Palestina sabiex ikunu stabbiliti l-paċi u s-sigurtà fir-reġjun kollu, (I, GUE - mod)
J. billi l-Unjoni Ewropea għandha responsabiltà speċjali għall-paċi u s-sigurtà fil-Lvant Nofsani, li huwa l-viċinat ta' l-Ewropa, u għalhekk l-istrumenti u l-metodi għall-koordinazzjoni tal-Politika Barranija u tas-Sigurtà Komuni (CFSP) għandhom jittejbu billi tkun adottata Pożizzjoni Komuni fil-qafas tas-CFSP u skond l-Artikolu 15 u 16 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (J, PSE -mod)
1. Jesprimi t-tħassib serju dwar l-estensjoni u l-intensità tal-kunflitt militari fin-Nofsinhar tal-Libanu u jiddispjaċih għall-midruba ċivili fil-Libanu u fl-Iżrael, għas-suldati u l-osservaturi tan-Nazzjonijiet Uniti, u l-qerda kbira fl-infrastruttura; jerġa' jikkonferma li m'hemmx soluzzjoni militari għall-kunflitt fil-Lvant Nofsani; (1, PSE - mod; 1, Verts - part, 5, GUE - part)
2. F'dan is-sens jenfasizza li l-ebda waqfien l-isparar ma jista' jinżamm għal żmien twil mingħajr rieda tajba politika tal-partijiet involuti direttament u ta' dawk involuti indirettament sabiex ifejqu l-għeruq u l-kawżi ta' din il-kriżi riċenti; (1, ADLE - part)
3. Itenni t-talba għar-rilaxx immedjat tas-suldati Israeliti miżmuma u tal-membri tal-Gvern Palestinjan u tal-membri tal-Kunsill Leġiżlattiv Palestinjan miżmuma fil-ħabs mill-Iżrael; (7, EPP)
4. Jilqa' l-adozzjoni unanima tar-Reżoluzzjoni 1701 mill-Kunsill tas-Sigurta tan-Nazzjonijiet Uniti, li taħseb għall-kundizzjonijiet sabiex jitwaqfu l-operazzjonijiet militari u ssaħħaħ il-UNIFIL permezz ta' mandat b'saħħtu immirat sabiex iżid il-kapaċità li jkun evitat ksur tal-waqfien l-isparar, jassisti l-Gvern Libaniż fl-eżerċizzju sħiħ tas-sovranità u fil-kontroll effettiv fuq it-territorju tal-pajjiż, inklużi l-ibħra territorjali, jappoġġja l-implimentazzjoni sħiħa tar-Reżoluzzjoni tal-UNSC 1559 u jikkontribwixxi lejn il-protezzjoni tal-popolazzjoni ċivi u ta' l-UNIFIL innifisha; (2, PSE - mod)
5. Jilqa' d-deċiżjoni tal-gvern Libaniż sabiex iqiegħed it-truppi tiegħu fin-Nofsinhar tal-Libanu u l-ftehim ta' l-armata Iżraelita li tirtira wara l-Linja l-Blu kif maħsub mill-UNSC 1701; jilqa' l-appoġġ qawwi tal-gvern Libaniż għal rwol imsaħħaħ ta' l-UNIFIL; (3, EPP; (4, Verts) 5, UEN - mod)
6. Jikkunsidra li l-mandat ta' l-UNIFIL għandu jirrapreżenta impenn serju sabiex tkun provduta għajnuna xierqa lill-Gvern Libaniż fl-istabbiliment ta' kontroll effettiv u arranġamenti ta' sigurtà kif iddeterminata mir-Reżoluzzjonijiet UNSC 1559 u 1701; (3, PSE)
7. Jilqa' l-esitu tal-laqgħa straordinarja tal-Kunsill għall-Affarjiet Ġenerali fil-25 ta' Awissu, partikolarment l-appoġġ sħiħ tal-Kunsill fl-implimentazzjoni tar-Reżoluzzjoni 1701, u l-impenn ta' l-Istati Membri li jipprovdu madwar 7000 suldat minn massimu ta' 15000 truppa ta' l-UNIFIL; (4, EPP; 2, ALDE; 6, UEN - mod)
8. Jissottolinea l-irwol attiv li ħadu Franza u l-Italja; jappoġġja bi sħiħ id-deċiżjoni li Franza tkompli tmexxi l-UNIFIL sa Frar ta' l-2007 u wara tieħu t-tmexxija u l-kontroll l-Italja; jenfasizza li, minkejja kollox, id-duplikazzjoni ta' l-istrutturi ta' tmexxija għandhom ikunu evitati; (14, EPP; 5, PSE - mod)
9. Madankollu jenfasizza l-importanza li l-mandat u r-regoli ta' ingaġġ ikunu definiti tajjeb, li l-istruttura u l-kompetenzi ta' l-UNIFIL, jekk ikun neċessarju ikunu miftehma f'Reżoluzzjoni ġdida tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti li għandha tikkunsidra l-lezzjonijiet meħudha minn ingaġġi għaż-żamma tal-paċi preċedenti tan-Nazzjonijiet Uniti, notabilment fil-Bosnja u fil-Herzegovina; (15, EPP; 19, ADLE; 10, Verts - mod; 9, UEN)
10. Jikuknsidra vitali li kull importazzjoni ta' armamenti fil-Libanu jaslu biss għand l-armata Libaniża uffiċjali u jitlob lill-gvern Libaniż sabiex jiżgura l-implimentazzjoni sħiħa tar-reżoluzzjoni 1559, b'koperazzjoin ma' l-UNIFIL; (7, PSE - mod) jenfasizza wkoll l-importanza li l-Istati Membri kollha ta' l-UE jieħdu passi skond ir-rekwiżiti tar-Reżoluzzjoni 1701 rigward il-provvista ta' l-armi (ġodda); u jenfasizza li dan għandu jwassal għad-disarmament tal-milizja kollha, inkluża dik tal-Hizbollah, u tevita d-dħul ta' l-armi fil-Libanu; (10, EPP - part - mod)
11. Jistieden lill-Istati Membri sabiex jirrispettaw b'mod rett il-Kodiċi ta' Imġieba ta' l-Esportazzjoni ta' l-Armi f'dak li jirrigwarda l-konsenja ta' l-armi lir-reġjun; (6, Verts - part)
12. Jistieden lill-Unjoni Ewropea biex tinvolvi ruħha f'ħidma mal-partijiet kollha kkonċernati u tappella lil dawn ta' l-aħħar sabiex jirrispettaw b'mod skrupluż l-impenji tagħhom għall-implimentazzjoni sħiħa tar-Rizoluzzjoni 1701 tal-UNSC, b'mod li jippermettu l-aċċess għall-għajnuna umanitarja b'urġenza u r-ritorn ta' persuni spustati taħt l-aħjar kundizzjonijiet ta' sigurtà; f'dan ir-rigward, jitlob b'insistenza t-tneħħija ta' l-imblukkar bil-baħar u bl-ajru fuq il-Libanu (9, ALDE) u, fid-dawl tad-dispożizzjonijiet tar-Riżoluzzjoni 1701 tal-UNSC, ifakkar li l-ħolqien ta' miżuri effettivi, fil-qasam ta' l-armi, ta' materjal relatat, ta' taħriġ u assistenza, huwa prijorità (ġdid);
13. Jinnota li sforzi qawwija, urġenti u effettivi huma neċessarji għar-rikostruzzjoni tal-Libanu; jilqa' b'sodisfazzjon, f'dan ir-rigward, il-konklużjonijiet tal-Konferenza ta' Stokkolma għar-Rikostruzzjoni tal-Libanu f'Qasir Żmien li saret fil-31 ta' Awwissu, fejn pajjiżi donaturi ddeċidew li jikkontribwixxu għall-bini mill-ġdid tal-pajjiż, u l-Kummissjoni u l-Istati Membri ħabbru li se jagħtu 120 miljun ewro f'għajnuna umanitarja; (11, Verts - mod)
14. Jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex ikomplu bl-isforzi tagħhom biex jistabbilixxu sħubija ħajja mal-forzi politiċi demokratiċi u mas-soċjetà ċivili sabiex jappoġġjaw demokrazija akbar fil-Libanu wara l-ġrajjiet ta' Marzu 2005; (11, PSE)
15. Jistieden b'urġenza lill-Iran u lis-Sirja biex ikollhom irwol kostruttiv, b'mod speċjali fir-rigward ta' l-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjonijiet 1559 u 1701; jistieden partikolarment lis-Sirja biex issaħħaħ il-kontrolli fuq in-naħa tagħha tal-fruntiera Libaniża-Sirjana bi qbil mar-Riżoluzzjoni 1701, li tobbliga lill-pajjiżi ġirien li jżommu milli armi jiġu forniti lil entitajiet mhux governattivi; (22, EPP- part)
16. Jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni biex jerġgħu jibdew djalogu ġenwin mas-Sirja sabiex idaħħlu dan il-pajjiż fl-isforzi għall-paċi għal soluzzjoni komprensiva tal-konflitt; jistenna li r-rapport tas-Segretarju Ġenerali tan-NU previst fir-Riżoluzzjoni 1701 dwar id-delineazzjoni tal-fruntieri internazzjonali fil-Libanu, inkluża l-kwistjoni dwar ir-reġjun ta' l-irziezet ta' Shebaa, jikkontribwixxi għall-progress f'din il-kwistjoni; (13, PSE - mod)
17. Jitlob li ssir inkjesta komprensiva internazzjonali u ta' livell għoli, taħt il-patroċinju tas-Segretarju Ġenerali tan-NU, fil-Libanu u l-Iżrael bil-mandat li tinvestiga rapporti dwar ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem, it-tbatija tal-vittmi, il-ksur tal-liġi umanitarja; (30, Verts -mod, 3 GUE - mod, 15 PSE - mod,)
18. Iqis f'dan il-kuntest li l-Unjoni Ewropea, bħala donatur prinċipali, u l-komunita internazzjonali għandhom jistudjaw il-metodi għal kundizzjonijiet possibbli ta' responsabilità; (16, PSE - mod)
19. Jilqa' b'sodisfazzjon l-azzjoni bikrija taċ-ċentru ta' monitorjar u ta' informazzjoni tal-Kummissjoni Ewropea biex jittratta l-problema taż-żejt li kkontamina aktar minn 50km tal-kosta Libaniża; (33, Verts) Jenfasizza l-bżonn li jittieħdu miżuri għall-ġlieda kontra t-tniġġis ta' ċerti reġjuni u speċjalment kontra l-impatt diżastruż tat-safef ta' żejt max-xatt tal-Libanu; Jistieden l-Istati Membri u l-Kummissjoni biex jipprovdu assistenza u reazzjoni fi ħdan il-qafas tal-Protokoll dwar il-prevenzjoni ta' u r-reazzjoni għat-tniġġis tal-Konvenzjoni ta' Barċellona u ċ-Ċentru Reġjonali għal Reazzjoni Urġenti għat-Tniġġis tal-Baħar għall-Mediterran (REMPEC) li topera fi ħdan il-qafas tal-Pjan ta' Azzjoni għall-Mediterran; (18, EPP)
20. Jiddeplora bil-qawwa s-sitwazzjoni deterjoranti tal-popolazzjoni u l-infrastruttura ċivili f'Gaza u fix-Xatt tal-Punent; Jitlob lin-naħat kollha biex iwaqqfu ċ-ċirku vizzjuż ta' attakki u kontrattakki li rriżultaw f'mijiet ta' mwiet u fi ħsarat estensivi fl-infrastruttura ċivili; (ġdid)
21. Jenfasizza l-bżonn li l-Proċess ta' Paċi għall-Lvant Nofsani jerġa' jitpoġġa fuq nett fl-aġenda politika internazzjonali; Jistieden lill-Kwartett biex jerġa' jqajjem mill-ġdid ir-Roadmap (10, GUE - mod) fid-dawl ta' l-Assemblea Ġenerali annwali tan-NU ta' Settembru (ġdid); jirrijafferma li s-soluzzjoni ta' żewġ stati, bi stat Iżraeljan u stat Palestinjan jeżistu ma ġenb xulxin fil-paċi u s-sigurtà, hija kundizzjoni essenzjali għal soluzzjoni paċifika u dejjiema fil-Lvant Nofsani; (21, PSE - mod)
22. Jistieden lill-Kunsill u l-Kummissjoni sabiex ikomplu jiggarantixxu mal-komunità internazzjonali l-għajnuna umanitarja essenzjali għall-popolazzjoni Palestinjana; jitlob li l-Mekkaniżmu Internazzjonali Temporanju (TIM) jiġi msaħħaħ u estiż fiż-żmien u fir-riżorsi; jistieden lill-gvern Israeljan biex jerġa' jistabbilixxi b'urġenza t-trasferiment tat-taxxi u d-dħul mid-dwana Palestinjani miżmuma; (19, PSE) jistieden l-Iżrael sabiex jippermetti l-moviment ta' persuni fir-rispett tal-Ftehim dwar il-Moviment u l-Aċċess f'Refah u bejn il-fruntieri f'Gaza; (26, Verts - part, mod)
23. Itenni l-appoġġ tiegħu għall-President ta' l-Awtorità Palestinjana, Mahmoud Abbas, fl-isforzi tiegħu li jippromwovi djalogu nazzjonali bejn il-partiti Palestinjani differenti, bil-għan li jistabbilixxi gvern ġdid Palestinjan; (20, PSE - mod)
24. Iqis li l-preżenza ta' forza multinazzjonali fil-Libanu tista' titqies bħala mudell li għandu jservi ta' eżempju fil-proċess ta' negozjati għal soluzzjoni tal-konflitt bejn Iżrael u l-Palestina; (22, PSE - mod)
25. Jistieden lill-Kunsill sabiex jagħmel kull sforz biex isejjaħ għal konferenza internazzjonali għall-paċi - bħall-Konferenza ta' Madrid ta' l-1991 - biex tinstab soluzzjoni komprensiva, dejjiema u vijabbli għall-problemi fir-reġjun, ibbażata fuq riżoluzzjonijiet rilevanti tal-Kunsill ta' Sigurtà tan-NU, li jinkludu d-dritt ta' Iżrael li jgħix f'konfini sikuri u rikonoxxuti u d-dritt ta' stat vijabbli għall-Palestinjani bbażat fuq it-Territorji Okkupati u jittrattaw kwistjonijiet dwar is-sigurtà u diżarm b'mod komprensiv; (23, Verts - mod; 9, GUE - part); jikkunsidra li approċċ unilaterali mill-partijiet kollha konċernati għandu jiġi miċħud (29, PSE part);
26. Jikkunsidra essenzjali, f'dan il-kuntest, l-involviment tal-Lega Għarbija (27, PSE); jikkunsidra li l-"Pjan ta' Bejrut" ta' l-2002, li sar qbil dwaru fost il-Pajjiżi Membri tal-Lega Għarbija, u l-Inizjattiva ta' Ġinevra bħala kontribuzzjonijiet għan-negozjati li għandhom jiġu kkunsidrati b'mod xieraq; (24, Verts - mod)
27. Jikkunsidra li l-Assemblea Parlamentari Ewro-Mediterranea (APEM), l-unika istituzzjoni parlamentari tal-Proċess ta' Barċellona li tgħaqqad il-membri eletti tal-poplu tax-xatt ta' nofsinhar tal-Mediterran u l-Unjoni Ewropea, għandha tassumi r-responsabilità bil-ħsieb li tiffaċilita d-djalogu u l-koperazzjoni bejn il-partijiet konċernati mis-sitwazzjoni tal-Lvant Nofsani; jappoġġa t-talba tal-Bureau ta' l-EMPA biex isejjaħ laqgħa straordinarja tal-Kunsill tal-Euromed tal-Ministri ta' l-Affarijiet Barranin tal-Proċess ta' Barċellona kemm jista' jkun malajr; (32, Verts)
28. Jemmen li fi żmien medju u twil, il-bini ta' istituzzjonijiet li jgħaqqdu l-pajjiżi tal-baċir Mediterran, bħal Bank għall-Iżvilupp Ewro-Mediterranju, ikunu l-aqwa garanzija għal paċi dejjiema u żvilupp uman; u jistieden lill-Istati Membri biex iħabirku għall-ħolqien ta' istituzzjonijiet bħal dawn, pjuttost milli jfittxu ftehimiet bilaterali; (28, ALDE)
29. Jiddeċiedi li jibgħat delegazzjoni investigattiva l-Libanu, il-Palestina u Iżrael sabiex timmonitorja s-sitwazzjoni, u tiffoka b'mod speċjali fuq il-kundizzjonijiet umanitarji u politiċi; (26, EPP - mod)
30. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Gvernijiet u l-Parlamenti ta' l-Istati Membri, lill-Gvernijiet u l-Parlamenti ta' Iżrael, tal-Libanu u ta' l-Awtorità Palestinjana, lis-Sirja u l-Iran, lill-Istati Uniti ta' l-Amerika u lir-Russja, lis-segretarju Ġenerali tal-Lega Għarbija. (31, PSE - mod)