MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
13.11.2006
- –Godelieve Quisthoudt-Rowohl, Ria Oomen-Ruijten u Maria Martens, f'isem il-Grupp PPE-DE
- –Antolín Sánchez Presedo, Jan Andersson, Erika Mann u Stephen Hughes, f'isem il-Grupp PSE
- –Jean-Louis Bourlanges u Bernard Lehideux, f'isem il-Grupp ALDE
- –Caroline Lucas u Jean Lambert, f'isem il-Grupp Verts/ALE
- –Helmuth Markov, f'isem il-Grupp GUE/NGL
- –Mieczysław Edmund Janowski, Eugenijus Maldeikis u Roberta Angelilli, f'isem il-Grupp UEN
- –GUE/NGL (B6‑0578/2006)
- –PPE-DE (B6‑0579/2006)
- –UEN (B6‑0580/2006)
- –Verts/ALE (B6‑0581/2006)
- –PSE (B6‑0582/2006)
- –ALDE (B6‑0583/2006)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-Sistema Ġeneralizzata ta' Preferenzi ta' l-Unjoni Ewropea
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005[1] tas-27 ta' Ġunju 2005 dwar l-applikazzjoni ta' skema ta' preferenzi għal tariffi ġeneralizzati,
– wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/924/KE[2] dwar il-lista ta' pajjiżi benefiċjarji li jikkwalifikaw mill-arranġamenti speċjali għal żvilupp sostenibbli u tmexxija tajba kif stipulat fl-Artikolu 26(e) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 980/2005 li japplika skema ġeneralizzata ta' preferenzi għal tariffi,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 103 (4) tar-Regoli ta' Proċedura,
A. billi l-arranġamenti għal inċentivi speċjali għal żvilupp sostenibbli u tmexxija tajba (GSP +) jinvolvu l-għoti ta' aċċess preferenzjali għas-swieq Ewropej għal prodotti li joriġinaw minn pajjiżi li qegħdin jiżviluppaw li jimplimentaw ċerti standards internazzjonali rigward drittijiet tal-bniedem u drittijiet għax-xogħol, protezzjoni ta' l-ambjent, il-ġlieda kontra d-drogi u t-tmexxija tajba;
B. billi l-kriterji biex jinkisbu preferenzi tariffarji skond il-GSP+ jinkludu r-ratifika u l-implimentazzjoni ta' konvenzjonijiet u ftehimiet fundamentali dwar l-ambjent tan-Nazzjonijiet Uniti u ta' l-ILO, kif imniżżla fl-Anness 111 tar-Regolament;
C. billi id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta' Diċembru 2005 tat arrangament speċjali għal inċentivi lill-Bolivja, il-Kolombja, il-Kosta Rika, l-Ekwador, il-Ġorġja, il-Gwatemala, il-Ħonduras, is-Siri Lanka, ir-Repubblika tal-Moldovja, il-Mongolja, in-Nikaragwa, il-Panama, il-Perừ, l-El Salvador u l-Venezwela;
D billi l-iskema l-ġdida GSP+ għandha tkun ta’ inċentiv għall-pajjiżi benefiċjarji sabiex jilħqu l-objettivi ta’ żvilupp, inkluż it-twaqqif ta’ istituzzjonijiet xierqa sabiex ikunu konformi b’mod sħiħ mad-drittijiet kontemplati fil-konvenzjonijiet tan-NU u ta' l-ILO;
E billi l-effikaċja ta' l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet relevanti tan-NU u ta' l-ILO għandhom jiġu evalwati skond il-konklużjonijiet tal-korpi ta' moniteraġġ relevanti, inkluż ir-rapport annwali ta' l-ILO "Rapport tal-Kumitat ta' esperti dwar l-applikazzjoni tal-konvenzjonijiet u tar-rakkomandazzjonijiet" u bl-attenzjoni xierqa għall-opinjoni tal-Parlament Ewropew;
F. billi skond l-Atikolu 16 tar-regolament tal-GSP, klawsoli ta' salvagwardja u irtirar temporanju jistgħu jiġu applikati għal pajjiżi li jikkommettu ksur serju u sistematiku tal-prinċipji stipulati fil-konvenzjoniet internazzjonali mniżżla fl-Anness III tar-Regolament (EK) Nru 980/2005;
1. Jinnota d-deċiżjoni tal-Kummissjont li tagħti preferenzi taħt l-iskema tal-GSP+ lill-pajjiżi msemmija fid-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2005/924/KE;
2. Jinnota li l-iżvilupp ekonomiku u l-integrazzjoni fis-sistema dinjija tal-kummerċ ta' pajjiżi li jibbenefikaw mill-GSP+ huma kruċjali biex jintlaħqu l-objettivi għall-żvilupp sostenibbli, inklużi l-istabbilità u t-tmexxija tajba;
3. Jitlob lill-Kummissjoni biex bil-koperazzjoni tal pajjiżi benefiċjarji ssaħħaħ l-impenn tagħha għall-promozzjoni u l-iżgurar ta' implimentazzjoni effettiva tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u tax-xogħol tal-konvenzjonijiet tan-NU/ILO f'pajjiżi li jibbenefikaw mill-GSP+, kif ukoll tal-konvenzjonijiet dwar l-ambjent u l-prinċipji tat-tmexxija; jistieden lill-Kummissjoni biex testendi l-impenn għar-rispett tar-regoli ta' l-ILO u tan-NU għall-pajjiżi l-benefiċjarji l-oħrajn tal-GSP, b'mod partikulari fejn jolqtu tħaddim tat-tfal u x-xogħol sfurzat; jemmen li bħala regola ġenerali l-għoti ta' preferenzi ta' aċċess lil pajjiżi li ma jirrispettawx id-drittijiet tal-bniedem, konvenzjonijiet internazzjonali u ftehimiet dwar l-ambjent, għandhom tendenza li jdgħajfu l-inċentiv biex pajjiżi jirrispettaw regoli ta' l-ILO u tal-NU;
4. Jinnota li minkejja r-ratifika tagħhom tal-konvenzjonijiet ta' l-ILO, gie rrapportat li sar ksur ripetut ta' drittijiet tal-ħaddiema f'bosta minn dawn il-pajjiżi u li jekk dan il-ksur jinstab li jikkostitwixxi vjolazzjoni serja u sistematika tad-drittijiet fundamentali tax-xogħol ta' l-ILO dan jista', kif stipulat fl-Artiklu 16 tar-Regolament, jagħti lok għal irtirar temporanju tal-preferenzi tal-GSP+;
5. Jistieden lill-Kummissjoni biex isaħħaħ il-moniteraġġ ta' l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet tal-ILO fil-pajjiżi benefiċjarji tal-GSP+, kif ukoll tal-konvenzjonijiet dwar l-ambjent u l-prinċipji ta' tmexxija tajba, u b'mod partikulari biex taqdi l-obbligi tagħha skond l-Artiklu 18 tar-Regolament, jiġifieri li tinforma lill-Kumitat għall-Preferenzi Ġeneralizzati tal-ksur ta' regoli dwar drittijiet tax-xogħol u konvenzjonijiet ambjentali, u biex tikkonsulta jekk għandux ikun hemm investigazzjoni jekk jeżistix ksur serju u sistematiku tal-konvenzjonijiet ta' l-ILO dwar drittijiet fuindamentali tax-xogħol, b'mod partikulari rigward it-tħaddim tat-tfal u x-xogħol sfurzat; annual
6. Jenfasizza b'mod partikulari il-ħtieġa ta' koperazzjoni effettiva f'dan il-qasam ma' l-ILO u ma' korpi oħra lokali relevanti; jitlob li l-Kummissjoni tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-gvernijiet benefiċjarji konċernati u li tisħaq fuq il-fatt li jekk jonqsu li juru progress għal implimentazzjoni effettiva dan għandu jirriżulta fl-irtirar temporanju tal-privileġġi tal-GSP+;
7. Jitlob lill-Kummissjoni biex iżomm lill-Parlament infurmat regolarment bir-riżultati tal-proċess ta' moniterjar tagħha dwar l-implimentazzjoni tal-konvenzjonijiet tan-NU u ta' l-ILO u dwar il-livell ta' konformità mill-pajjiżi benefiċjarji tal-GSP+, speċjalment fl-oqsma tal-libertà ta' assoċjazzjoni, neguzjar kollettiv, nuqqas ta' diskriminazzjoni fl-impjegar u l-eliminazzjoni tat-tħaddim tat-tfal u x-xogħol sfurzat, u biex tiddikjara b'mod partikulari jekk hemmx ksur ta' prinċipji serju u sistematiku tad-drittijiet tal-bniedem, ta' konvenzjonijiet internazzjonali tax-xogħol u ta' ftehimiet ambjentali f'xi pajjiż preżentament benefiċjarju tal-GSP+;
8. Jitlob lill-Kummissjoni biex tinforma kmieni lill-Parlament dwar rakkomandazzjonijiet biex ikun hemm irtirar temporanju tal-preferenżi skond l-Artikolu 16 tar-Regolament; jenfasizza li deċiżjoni tal-Kummissjoni biex tinforza irtirar temporanju ta' preferenzi f'każi serji ta' ksur ta' prinċipji stipulati mill-konvenzjonijiet ta' l-ILO għandha tkun ibbażati fuq il-konklużjonijiet li jaslu għalihom l-istituzzjonijiet relevanti ta' moniteraġġ ;
9. Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel evalwazzjoni ta' f'nofs it-terminu ta' l-istrument tal-GSP; jinsisti li evalwazzjoni ta' l-effettività ta' l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti tal-GSP+ għandha ssir qabel ma jsir xi tiġdid tal-preferenzi tal-GSP+ wara li fl-2008 jagħlaq ir-regolament attwali; jistieden lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex jiżguraw li jiġu kkunsidrati l-opinjonijiet tal-Parlament dwar l-estensjoni ta' l-iskema tal-GSP+ għal pajjiżi speċifiċi u dwar xi tiġdid tar-Regolament tal-GSP+ attwali fl-2008;
10. Jitlob lill-Kummissjoni biex tagħmel rapport estensiv dwar kull pajjiż, bid-dettalji, mhux biss tas-sitwazzjoni fil-pajjiżi benefiċjarji, imma wkoll b'indikazzjoni ta' l-azzjonijiet li jittieħdu mill-Kummissjoni;
11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni