imressqa skond l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura minn
–
Fernando Fernández Martín, Daniel Hannan, Sérgio Marques, José Ribeiro e Castro, Bogusław Sonik, Charles Tannock, Zuzana Roithová u Bernd Posselt, f'isem il-Grupp PPE-DE
–
Jean-Marie Cavada, Sarah Ludford u Marios Matsakis, f'isem il-Grupp ALDE
–
Roberta Angelilli, Mieczysław Edmund Janowski, Wojciech Roszkowski, Marcin Libicki u Bogusław Rogalski, f'isem il-Grupp UEN
li tieħu post il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi li ġejjin:
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Venezuela
Il-Parlament Ewropew,
–
wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
A.
Billi l-pluraliżmu fil-midja u l-libertà ta' l-espressjoni jikkostitwixxu element indispensabbli tad-demokrazija;
B.
billi l-libertà tal-midja hija ta' importanza fundamentali għad-demokrazija u r-rispett tad-drittijiet fundamentali, peress li għandha rwol essenzjali fil-ganazija tal-libertà ta' l-espressjoni ta' l-opinjonijiet u l-ideat u fil-kontribuzzjoni għall-parteċipazzjoi effettiva tan-nies fil-proċessi demokratiċi,
C.
billi ma ġietx imġedda l-liċenzja għax-xandir tal-grupp awdjoviżiv privat Radio Caracas Televisión (RCTV), li ser tiskadi fis-27 ta' Mejju 2007, u dan jista' jfisser li din il-midja ser tisparixxi u t-3000 impjegat li hija tħaddem ser jitilfu xogħolhom;
D.
billi n-nuqqas ta' tiġdid tal-liċenzja ta' din il-midja awdjoviżiva, li hija waħda mill-eqdem u mill-iktar importanti fil-Venezuela, ser iċaħħad lil parti kbira mill-pubbliku minn informazzjoni pluralista u jmur kontra d-dritt ta' l-istampa li teffettwa l-irwol tagħha ta' kontro-poter,
E.
billi l-President tal-Venezuela, Hugo Chávez, ħabbar li ma kienx ser iġedded il-liċenzja ta' wieħed mill-istazzjonijiet ewlenin tat-televixin fil-pajjiż, jiġifieri Radio Caracas TV (RCTV)ul-liċenzja tiskadi fis-27 ta' Mejju 2007,
F.
billi Radio Caracas Televisión, meta jitqiesu d-dikjarazzjonijiet tal-gvern tal-Venezuela, hija l-unika midja kkonċernata minn din il-miżura li ma jiġix imġedded il-kuntratt;
G.
billi, fl-Artikoli 57 u 58 tagħha, il-Kostituzzjoni tal-Venezuela tiggarantixxi d-drittijiet għal-libertà ta' l-espressjoni, għall-komunikazzjoni u għall-informazzjoni,
H.
billi l-Venezuela huwa firmatarju tal-Patt Internazzjonali tad-Drittijiet Ċivli u Politiċi, tal-Patt Internazzjonali tad-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali u tal-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,
I.
billi l-Qorti Suprema tal-ġustizzja, li tressaq quddiemu appell min-naħa ta' l-RCTV, ma osservatx l-iskadenza legali biex huwa tagħti d-deċiżjoni tagħha;
J.
billi, jekk l-awtoritajiet iqisu li dan huwa neċessarju, l-imġiba li biha qed tiġi akkużata d-diriġenza ta' l-RCTV għandha tagħti lok għal proċedura ġudizzjarja ordinarja;
K.
billi l-avviż fir-rigward ta' din id-deċiżjoni infirex b'mod pubbliku fl-aħħar ta' Diċembru mill-istess Kap ta' l-Istat u jistabbilixxi preċedent allarmanti f'dak li għandu x'jaqsam mal-libertà ta' l-espressjoni f'dan il-pajjiż;
1.
Ifakkar lill-gvern tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezuela li huwa għandu jirrispetta u jiżgura r-rispett tal-libertà ta' l-espressjoni, il-libertà ta' l-opinjoni u l-libertà ta' l-istampa, hekk kif tobbligah il-Kostituzzjoni tiegħu stess, il-Karta Demokratika, il-Patt Internazzjonali tad-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li huwa ffirma;
2.
Jitlob lill-gvern tal-Venezuela sabiex, f'isem il-prinċipju ta' imparzjalità ta' l-Istat, jiggarantixxi trattament ġuridiku indaqs għall-midjas kollha, pubbliċi jew privati, indipendentement minn kwalunkwe konsiderazzjoni politika jew ideoloġika;
3.
Jitlob li jkun hemm djalogu bejn il-gvern u l-midjas privati tal-Venezuela filwaqt illi jiddispjaċih ħafna li l-awtoritajiet tal-Venezuela, b'mod ġenerali, ma juru l-ebda xewqa li jiddjalogaw, u b'mod partikulari fil-każ ta' l-RCTV;
4.
jitlob għalhekk lid-delegazzjonijiet u lill-kumitati kompetenti tal-Parlament Ewropew sabiex jieħdu f'idejhom din il-kwistjoni;
5.
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali ta' l-Organizzazzjoni ta' l-Istati Amerikani (OEA), lill-Assemblea Eurolat, lill-Parlament tal-Mercosur, kif ukoll lill-gvern tar-Repubblika Bolivarjana tal-Venezuela.