MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
20.6.2007
- –Geoffrey Van Orden, Charles Tannock, James Nicholson, Bernd Posselt, Thomas Mann, Eija-Riitta Korhola u Nirj Deva, f'isem il-Grupp PPE-DE
- –Glenys Kinnock, Marc Tarabella u Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, f'isem il-Grupp PSE
- –Marco Cappato, Marco Pannella, Marios Matsakis, Jules Maaten, Anneli Jäätteenmäki, Sajjad Karim, Lydie Polfer u Johan Van Hecke, f'isem il-Grupp ALDE
- –Gintaras Didžiokas, f'isem il-Grupp UEN
- –Frithjof Schmidt u Raül Romeva i Rueda, f'isem il-Grupp Verts/ALE
- –Vittorio Agnoletto u Umberto Guidoni, f'isem il-Grupp GUE/NGL
- –GUE/NGL (B6‑0248/2007)
- –ALDE (B6‑0253/2007)
- –UEN (B6‑0255/2007)
- –PSE (B6‑0256/2007)
- –PPE-DE (B6‑0258/2007)
- –Verts/ALE (B6‑0262/2007)
Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar Burma
Il-Parlament Ewropew,
– wara li kkunsidra l-ewwel sessjoni formali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti li saret fid-29 ta' Settembru 2006,
– wara li kkunsidra l-istqarrija tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti Ban Ki-Moon tal-25 ta' Mejju li titlob biex jitneħħew 'restrizzjonijiet fuq Daw Aung Suu Kyi u persuni politiċi oħra' ,
– wara li kkunsidra it-12-il samit ta' l-ASEAN li saret fil-Filippini fid-9 sal-15 ta' Jannar 2007,
– wara li kkunsidra t-tmien laqgħa ta' l-ASEM tal-Ministri ta’ l-Affarijiet Barranin tat-28 u d-29 ta’ Mejju li saret fil-Ġermanja,
– wara li kkunsidra l-ittra tal-15 ta' Mejju 2007 tal-Ġeneral Than Shwe, iffirmata minn 59 eks-kap ta' Stat, li titlob 'il-ħelsien' immedjat ta' l-unika rebbieħa tal-Premju Nobel li tinsab miżmuma fil-ħabs, Aung Suu Kyi',
– wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-12 ta' Mejju 2005, tas-17 ta' Novembru 2005, tal-14 ta' Diċembru 2006 f'Burma,
– wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummisjoni (KE) Nru 481/2007 li jġedded il-miżuri restrittivi fir-rigward ta' Burma,
– wara li kkunsidra s-17-il anniversarju tar-rebħa tal-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija (NLD) fl-elezzjonijiet parlamentari tas-27 ta' Mejju 1990,
– wara li kkunsidra l-Artikolu 115(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,
C. billi l-mexxejja ta' l-NLD, ir-rebbieħa tal-Premju Nobel għall-Paċi u r-rebbieħa tal-Premju Sakharov Aung San Suu Kyi qattgħet 11 mill-aħħar 17-il sena arrestata f'darha,
B. billi fil-25 ta' Mejju 2007 l-Kunsill ta' l-Istat għall-Paċi u l-Iżvilupp (SPDC) estenda d-detenzjoni illegali ta' Aung Suu Kyi għal sena oħra,
A. billi l-SPDC qed ikompli jgħaddi lin-nies ta' Burma minn abbużi tad-drittijiet tal-bniedem tal-biża', bħal ma huma xogħol furzat, persekuzzjoni tad-dissidenti, lieva għal suldati tfal u rilokazzjonijiet forzati,
D. billi 30% tal-popolazjoni tal-Burma, kważi 15-il miljun ruħ, għandhom livell ta' għajxien aktar baxx mil-livell tal-faqar,
B. billi l-Konvenzjoni Nazzjonali - li ltaqgħet għall-ewwel darba fl-1993 biex tfassal kostituzzjoni imma li ġiet sospiża ħafna drabi minn dak inhar - se titkompla fit-18 ta' Lulju 2007 għal sessjoni ta' l-aħħar, iżda billi din xorta għadha nieqsa minn leġittimità u kredibilità internazzjonali minħabba l-assenza ta' rappreżentanti eletti b'mod demokratiku, b'mod speċjali ta' l-NLD,
D. billi l-ASEAN bdiet tieħu pożizzjoni iżjed b'saħħitha kontra l-abbużi tar-reġim militari fil-Burma, u qed jinsistu li l-Burma ttejjeb is-sitwazzjoni tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem u taċċetta d-demokrazija,
G. billi fil-15 ta' Mejju 2007 ir-Russja u l-Burma iffirmaw ftehima biex jibnu reattur nukleari ta' riċerka fil-Burma minkejja t-tħassib internazzjonali dwar standards ta' sikurezza, sigurtà u dwar użu ieħor,
1. Jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta' Aung San Suu Kyi;
2. Jiddeplora li Aung San Suu Kyi soffriet snin twal ta' arrest f'darha, inkluż konfinament solitarju, u billi sa mill-2003 tħalliet biss toħroġ darba għal kura medika urġenti u biex ikollha laqgħa qasira mas-Sottosegretarju Ġenerali tan-NU għall-Affarijiet Politiċi;
3. Jikkundanna l-oppressjoni bla heda tal-poplu tal-Burma mill-SPDC u l-persekuzzjoni persistenti u l-priġunerija ta' attivisti favur id-demokrazija; jiġbed attenzjoni partikulari għall-każ ta' U Win Tin, ġurnalista anzjan ta' 77 li ilu miżmum bħala priġunier politiku għal kważi għoxrin sena għaliex kiteb ittra lin-NU dwar it-trattament ħażin ta' priġunieri politiċi u dar is-s-sitwazzjoni ħażina ta' għajxien li jgħixu fiha;
4. Jinsisti għal-ħelsien immedjat u bla kundizzjonijiet ta’ U Win Tin u l-priġinieri politiċi kollha – stmati li huma aktar minn 1200 – miżmuma mill-SPDC;
5. Jiddeplora l-fatt li minkejja l-istat li jinsab fih il-pajjiż u minkejja l-kritika reġjunali u internazzjonali u wara ħamsa u għerbin sena fil-poter l-SPDC ma rnexxilha tagħmel ebda progress sostanzjali lejn id-demokrazija;
6. Iħeġġeġ il-leġitmazzjoni tan-Konvenzjoni Nazzjonali billi jiġu inklużi l-NLD u l-partiti politiċi u gruppi oħrajn u biex il-Konvenzjoni Nazzjonali tippreżenta pjan direzzjonali lejn demokrazija li ġenwinament jirrifletti x-xewqat tan-nies tal-Burma minflok ma tiġi kkonsolidata il-ħakma militari fuq is-setgħa;
7. Jilqa' l-Istqarrija taċ-Chairman tat-12-il Samit ta' l-ASEAN li fiha mexxejja ta' l-ASEAN 'ħeġġew lil Myanmar biex jagħmel progress akbar lejn ir-rikonċiljazzjoni nazzjonali; u talbu għall-ħelsien ta' dawk li jinsabu f'detenzjoni u sabiex ikun hemm djalogu effettiv ma' kulmin hu konċernat u qablu dwar 'il-ħtieġa li tinżamm il-kredibilità ta' l-ASEAN bħala organizzazzjoni reġjunali effettiva billi turi l-kapaċità tagħha biex timmaniġġja kwistjonijiet importanti fir-reġjun';.
8. Madankollu jiddispjaċih li l-missjoni biex tistħarreġ il-fatti fil-Burma mill-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Malasja, fuq mandat tas-Sammit ta' l-ASEAN, għadha ma wasslitx għal miżuri aktar iebsa kontra l-ġunta militari tal-Burma u jittama li dan għad iseħħ;
9. Iħeġġeġ lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex ikomplu r-relazzjoni kostruttiva mal-pajjiżi ta' l-ASEAN u biex jiżguraw li n-neguzjati dwar kummerċ ħieles EU-ASEAN jintużaw bħala għodda biex tiżdied l-pressjoni fuq l-SPDC sabiex dan jistabbilixxi gvern ċivili u demokratiku;
10. Jiddispjaċih li l-Ministru għall-Affarijiet Barranin tal-Burma tħalla jattendi id-9 laqgħa tal-Ministri Barranin ta' l-ASEM fil-Ġermanja din is-sena, ftit ġranet biss wara li l-ġunta militari kienet estendiet għal sena oħra l-arrest f'darha ta' Aung San Sui Kyi; ifakkar li Nyan Win huwa inkluż fil-lista ta' indivdwi mill-Burma li għandhom projbizzjoni ta' vvjaġġar mill-UE u jitlob lill-Istati Membri biex jimplimentaw il-projbizzjonijiet ta' vvjaġġar ta' l-UE b'aktar forza;
11. Jinsisti li l-IAEA tissottometti kwalunkwe reattur ta' riċerka nukleari fil-Burma għal salvagwardi komprensivi sabiex jiġi żgurat li kwalinwke programm nukleari ċivili ma jinbidilx għal użu ta' skopijiet militari u jitlob lir-reġim tal-Burma biex jirrispetta l-obbligi tiegħu skond it-Trattat Kontra l-Proliferazzjoni Nukleari;
12. Iħeġġeġ liċ-Cina u lill-Indja biex jużaw il-piż politiku u ekonomiku konsiderevoli tagħhom kontra r-reġim tal-Burma sabiex jinkiseb progress sostanzjali fil-pajjiż u biex komunkwè ma jkomplux jissupplixu armamenti u riżorsi strateġiċi oħrajn;
13. Jitlob lill-intrapriżi li qed jinvestu fil-Burma biex jiżguraw li l-proġetti tagħhom jitwettqu fir-rispett ġenwin tad-drittijiet tal-bniedem u biex, jekk ikun hemm abbużi, jissospendu l-attività tagħhom fil-Burma; jesprimi d-diżappunt tiegħu li xi pajjiżi għażlu li jkabbru sostanzjalment l-investimenti tagħhom fil-Burma, minkejja s-sitwazzjoni ħażina ħafna tad-drittijiet tal-bniedem hemmhekk;
14. Jilqa' t-tiġdid tas-sanzjonijiet speċifiċi ta' l-UE imma jagħraf li dawn ma' rnexxilhomx ikollhom impatt fuq dawk li huma direttament risponsabbli għat-tbatija tal-poplu tal-Burma; jistieden lill-Kunsill biex jiżġura li l-Istati Membri kollha japplikaw b’mod riġoruż il-miżuri restrittivi eżistenti;
15. Jistieden lil Kunsill iwessa' l-iskop tas-sanzjonijiet u jkabbar il-lista ta' dawk fil-mira tagħhom sabiex tinkludi wkoll il-ministri kollha SPDC, id-deputati, il-membri, is-sapporters u l-ħaddiema, kif ujkoll il-membri tal-familja tagħhom, in-negozjanti u individwi prominenti oħra assoċjati mar-reġim;
16. Jinnota li kif titlob l-Pożizzjoni Komuni ta' l-UE, l-appoġġ huwa limitat għall-għajnuna umanitarja u assistenza għal dawk l-aktar fil-bżonn; jinsisti li kull għajnuna mmirata lejn il-Burma trid tingħata permezz ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi ġenwini u trid tilħaq lin-nies li għalihom hi intenzjonata bl-inqas indħil possibbli mill-SPDC;
17. Rigward dan jissuġġerixxi li għandu jsir kull sforz sabiex jissaħħu l-kuntatti u biex jitfasslu programmi li jiffukaw fuq is-soċjetà ċivili tal-Burma, b'mod speċjali fuq gruppi tan-nisa u minoritajiet etniċi;
18. Jiddispjaċih li ċ-Ċina, ir-Russja u l-Afrika ta' Isfel ivvutaw kontra l-abbozz ta' riżoluzzjoni tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU dwar il-Burma u jitlob lill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU biex jirdoppja l-isforzi tiegħu sabiex jinkiseb appoġġ unaminu għal riżoluzzjoni li torbot li titlob il-ħelsien ta' priġunieri politiċi, inkluża Aung San Suu Kyi;
19. Jilqa' l-ħatra ta' Ibrahim Gambari bħala Konsulent Speċjali dwar il-Burma għas-Segretarju Ġenerali tan-NU, ħatra li tiġi f'waqt kritiku għall-approċċ tan-NU dwar il-Burma, u jitlob lill-SPDC biex tikkopera bis-sħiħ man-NU u biex ma tfixkilx ix-xogħol tagħha;
20. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex iressaq din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet ta' l-Istati Membri, lill-gvernijiet tan-nazzjonijiet ASEAN, lil-Lega Nazzjonali għad-Demokrazija, lill-Kunsill ta' l-Istat għall-Paċi u l-Iżvilupp u, lill-Gvern tar-Repubblika Popolari taċ-Ċina, lill-Gvern ta' l-Indja, lill-Gvern tar-Russja, lid-Direttur Ġenerali ta' l-Aġenzija Atomika Internazzjonali u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.