Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta - RC-B6-0357/2007Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta
RC-B6-0357/2007

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA

26.9.2007

imressqa skond l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura minn
li tieħu post il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi li ġejjin: dwar moratorju universali għall-piena tal-mewt

Proċedura : 2007/2629(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
RC-B6-0357/2007
Testi mressqa :
RC-B6-0357/2007
Testi adottati :

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar moratorju universali għall-piena tal-mewt

Il-Parlament Ewropew,

-  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet tiegħu ta' l-1 ta' Frar 2007[1] u tas-26 ta' April 2007[2] dwar l-inizjattiva Taljana favur moratorju universali għall-piena tal-mewt,

-  wara li kkunsidra l-Linji Gwida tat-3 ta' Ġunju 1998 dwar il-politika ta' l-UE għal pajjiżi terzi fir-rigward tal-piena tal-mewt,

-  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni dwar it-tneħħija tal-piena tal-mewt li saret fid-19 ta' Diċembru 2006 fl-Assemblea Ġenerali tan-NU mill-Presidenza ta' l-UE, li ġiet iffirmata inizjalment minn 85 pajjiż mill-gruppi ġeografiċi kollha,

-  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni li nqrat mill-Presidenza ta' l-UE f'isem l-Unjoni Ewropea waqt ir-raba' sessjoni tal-Kunsill tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-29 ta' Marzu 2007,

-  wara li kkunsidra l-appoġġ għall-moratorju espress pubblikament mis-Segretarju Ġenerali tan-NU waqt iż-żjara reċenti tiegħu f'Ruma,

-  wara li kkunsidra t-twaqqif ta' Ġurnata Ewropea kontra l-Piena Kapitali fl-10 ta' Ottubru ta' kull sena, bl-appoġġ ukoll tal-Konferenza tal-Presidenti tiegħu tat-12 ta' Lulju 2007,

-  wara li kkunsidra l-Artikolu 2 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali ta' l-UE,

-  wara li kkunsidra l-Artikolu 103(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-appell għal moratorju universali għall-piena tal-mewt jirrappreżenta deċiżjoni politika ċara għat-tneħħija tal-piena tal-mewt fil-pajjiżi kollha,

B.  billi r-riżoluzzjonijiet tiegħu ta' l-1 ta' Frar 2007 u tas-26 ta' April 2007 ħeġġew lill-Presidenza ta' l-UE biex tressaq b'mod urġenti riżoluzzjoni lill-Assemblea Ġenerali attwali tan-NU u biex iżżomm lill-Parlament mgħarraf bir-riżultati miksuba; billi sa dan il-punt ma tressqet l-ebda riżoluzzjoni lill-Assemblea Ġenerali attwali tan-NU;

C.  billi d-dikjarazzjoni dwar il-piena tal-mewt imressqa mill-Unjoni Ewropea fl-Assemblea Ġenerali tan-NU fid-19 ta' Diċembru 2006 s'issa ġabret 95 firma ta' pajjiżi mill-gruppi ġeografiċi kollha;

D.  billi l-Presidenza ta' l-UE rċeviet mandat mill-Kunsill biex, b'koperazzjoni ma' l-Italja, tagħmel abbozz u tressaq għad-diskussjoni, test dwar moratorju internazzjonali fuq il-piena tal-mewt, biex jintbagħat lill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti,

1.  Ifakkar lill-Presidenza ta' l-UE u lill-Istati Membri li l-kontenut politiku ewlieni tar-riżoluzzjoni għandu jkun l-adozzjoni ta' moratorju dinji bħala pass kruċjali għat-tneħħija tal-piena tal-mewt;

2.  Iħeġġeġ lill-Presidenza ta' l-UE u lill-Istati Membri biex iressqu riżoluzzjoni dwar il-moratorju mal-ftuħ tat-62 Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti taħt it-titolu "Drittijiet tal-bniedem", sabiex tiġi adottata qabel tmiem din is-sena; itenni l-istedina tiegħu lill-Presidenza ta' l-UE biex iddaħħal kemm jista' jkun pajjiżi bħala kosponsors tar-riżoluzzjoni;

3.  Jistieden lill-Presidenza ta' l-UE biex tinkoraġġixxi lill-bqija tal-pajjiżi li għadhom ma ffirmawx u ma rratifikawx it-Tieni Protokoll Mhux Obbligatorju għall-Konvenzjoni Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi biex jagħmlu dan, u biex tinkoraġġixxi lil dawk l-Istati Membri li għadhom ma ffirmawx il-Protokoll Nru 13 għall-Konvenzjoni Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem dwar il-piena tal-mewt biex jagħmlu l-istess;

4.  Itenni l-appoġġ sħiħ tiegħu lill-istituzzjonijiet ta' l-UE u lill-Istati Membri biex jiddikjaraw, flimkien mal-Kunsill ta' l-Ewropa, l-10 ta' Ottubru ta' kull sena bħala l-Ġurnata Ewropea kontra l-Piena Kapitali; jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' unanimità fil-Kunsill dwar din il-kwistjoni u jistieden lill-Gvern Pollakk tal-ġejjieni biex jappoġġja b'ruħu u ġismu din l-inizjattiva li tirrifletti l-valuri bażiċi ta' l-Unjoni Ewropea; jistieden lill-istituzzjonijiet u lill-Istati Membri ta' l-UE, flimkien mal-Kunsill ta' l-Ewropa, biex ikomplu jappoġġjaw din l-azzjoni u jagħti mandat lill-President tiegħu biex jippromwovi din l-inizjattiva politika;

5.  Jistieden lill-Kunsill u lill-Kummissjoni biex jappoġġjaw it-twaqqif ta' koalizzjonijiet reġjonali favur il-moratorju u t-tneħħija tal-piena tal-mewt;

6.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri ta' l-UE, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Presidenza ta' l-Assemblea Ġenerali tan-NU u lill-Istati Membri tan-NU.