Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta - RC-B6-0166/2009Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta
RC-B6-0166/2009

    MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA

    30.3.2009

    imressqa skont l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura minn
    li tieħu post il-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi li ġejjin: dwar l-irwol tal-kultura fl-iżvilupp tar-reġjuni Ewropej

    Proċedura : 2009/2570(RSP)
    Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
    Ċiklu relatat mad-dokument :  
    RC-B6-0166/2009
    Testi mressqa :
    RC-B6-0166/2009
    Dibattiti :
    Testi adottati :

    Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-irwol tal-kultura fl-iżvilupp tar-reġjuni Ewropej

    Il-Parlament Ewropew,

    –  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni u l-Promozzjoni tad-Diversità tal-Espressjonijiet Kulturali,

    –  wara li kkunsidra l-Konklużjonijiet tal-Kunsill tal-24 ta’ Mejju 2007 dwar il-kontribut tas-settur kulturali u dak kreattiv għall-kisba tal-obbjettivi ta’ Liżbona,

    –  wara li kkunsidra l-azzjoni fil-qasam tal-kultura, fil-kuntest tal-programm Kultura 2007 (2007-2013),

    –  wara li kkunsdra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ April 2008 dwar l-aġenda Ewropea għall-kultura f’dinja li qiegħda ssir waħda globalizzata,

    –  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-10 ta’ April 2008 dwar l-industriji kulturali fl-Ewropa,

    –  wara li kkunsidra l-Artikolu 108(5) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

    A.   billi r-ruħ kulturali tal-Ewropa qed issir dejjem iżjed importanti bħala mezz li jġib lill-Ewropej flimkien filwaqt li jirrispetta l-identitajiet kulturali u lingwistiċi differenti tagħhom,

    billi l-kulturi tal-Ewropa huma fatturi strateġiċi fl-iżvilupp tal-Ewropa f'livelli lokali, reġjonali u nazzjonali, kif ukoll fil-livell tal-istituzzjonijiet ċentralizzati Ewropej,

    C.   billi l-ibliet u reġjuni qegħdin isiru atturi Ewropej hekk kif jagħmlu tagħhom l-idea tal-Ewropa u jikkontribwixxu għall-iżvilupp tal-Unjoni Ewropea,

    D.   billi proġetti kulturali msejsa fuq inizjattivi tas-soċjetà ċivili jidhru li huma effettivi fit-tisħiħ u l-iżvilupp tar-reġjuni,

    E.   billi l-konferenzi reġjonali huma mod eċċellenti li permezz tiegħu gruppi ta' inizjattiva ċivika jistgħu jressqu proġetti u proposti, jaqsmu l-aħjar prattiki u jmexxu djalogu bejn il-partijiet responsabbli,

    1.  Jenfasizza li l-istrateġiji ta' żvilupp reġjonali u lokali li jinkorporaw il-kultura, l-kreattività u l-arti jagħtu kontribut kbir lejn it-titjib tal-kwalità tal-ħajja fir-reġjuni u l-ibliet Ewropej billi jrawmu d-diversità kulturali, id-demokrazija, il-parteċipazzjoni u d-djalogu interkulturali;

    2.   Jitlob lill-Kummissjoni biex tippreżenta l-Green Paper b'għażla ta' miżuri possibbli għall-attivitajiet kulturali kontemporanji mmirati biex isaħħu l-iżvilupp kulturali fir-reġjuni Ewropej;

    3.  Jitlob lill-Kummissjoni biex tappoġġa l-konferenzi reġjonali, flimkien mal-awtoritajiet reġjonali u s-soċjetà ċivili lokali;

    4.  Jitlob azzjoni u kampanji ta' informazzjoni dwar l-irwol tal-proġetti kulturali għall-iżvilupp reġjonali;

    5.  Jitlob lill-partijiet ikkonċernati sabiex jaħdmu għall-implimentazzjoni bil-ħeffa u effiċjenti ta' proġetti bħal dawn;

    6.  Jistenna lill-Kummissjoni tippreżenta l-istudju dwar l-influwenza tal-kultura fil-livelli reġjonali u lokali lill-Parlament mal-ewwel opportunità, flimkien mal-konklużjonijiet u l-azzjonijiet li l-Kummissjoni beħsiebha tagħmel abbażi tiegħu;

    7.   Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu sabiex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kummissjoni u lill-Kumitat tar-Reġjuni.