Proċedura : 2015/2839(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0846/2015

Testi mressqa :

RC-B8-0846/2015

Dibattiti :

PV 10/09/2015 - 5.2
CRE 10/09/2015 - 5.2

Votazzjonijiet :

PV 10/09/2015 - 8.2

Testi adottati :

P8_TA(2015)0315

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 194kWORD 104k
9.9.2015
PE565.814v01-00}
PE565.816v01-00}
PE565.821v01-00}
PE565.822v01-00}
PE565.825v01-00}
PE565.827v01-00}
PE565.829v01-00} RC1
 
B8-0846/2015}
B8-0848/2015}
B8-0853/2015}
B8-0854/2015}
B8-0857/2015}
B8-0859/2015}
B8-0861/2015} RC1

imressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura

li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:

ECR (B8‑0846/2015)

Verts/ALE (B8‑0848/2015)

PPE (B8‑0853/2015)

ALDE (B8‑0854/2015)

EFDD (B8‑0857/2015)

GUE/NGL (B8‑0859/2015)

S&D (B8‑0861/2015)


dwar l-Angola (2015/2839(RSP))


Cristian Dan Preda, Davor Ivo Stier, Elmar Brok, Tunne Kelam, Eduard Kukan, Patricija Šulin, Lorenzo Cesa, Brian Hayes, Claude Rolin, Giovanni La Via, Marijana Petir, Jiří Pospíšil, Bogdan Brunon Wenta, Andrej Plenković, Therese Comodini Cachia, Mariya Gabriel, Tomáš Zdechovský, Agnieszka Kozłowska-Rajewicz, Barbara Kudrycka, László Tőkés, Monica Macovei, Ivan Štefanec, Jaromír Štětina, David McAllister, Pavel Svoboda, Michaela Šojdrová, Tadeusz Zwiefka, Luděk Niedermayer, József Nagy, Francesc Gambús, Stanislav Polčák, Dubravka Šuica, Krzysztof Hetman, Gabrielius Landsbergis, Adam Szejnfeld, Elisabetta Gardini, Roberta Metsola f'isem il-Grupp PPE
Ana Gomes, Norbert Neuser, Victor Boştinaru, Knut Fleckenstein, Afzal Khan, Josef Weidenholzer, Maria Arena, Eric Andrieu, Nikos Androulakis, Zigmantas Balčytis, Richard Howitt, Pier Antonio Panzeri, Liisa Jaakonsaari, Hugues Bayet, Neena Gill, Miriam Dalli, Roberto Gualtieri, Victor Negrescu, Andrea Cozzolino, Eider Gardiazabal Rubial, David Martin, Brando Benifei, Andi Cristea, José Blanco López, Vilija Blinkevičiūtė, Biljana Borzan, Krystyna Łybacka, Vincent Peillon, Nicola Caputo, Cătălin Sorin Ivan, Doru-Claudian Frunzulică, Viorica Dăncilă, Tibor Szanyi, Nicola Danti, Sorin Moisă, Enrico Gasbarra, Kashetu Kyenge, Damiano Zoffoli, Javi López, Michela Giuffrida, Julie Ward, Maria Grapini, Flavio Zanonato, Demetris Papadakis, Jeppe Kofod, Marlene Mizzi, Claudia Tapardel, Alessia Maria Mosca, Tonino Picula, Miroslav Poche, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Daciana Octavia Sârbu, Elena Valenciano, Andrejs Mamikins, Elena Gentile, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Momchil Nekov, Emilian Pavel, Jutta Steinruck, Liliana Rodrigues f'isem il-Grupp S&D
Charles Tannock, Mark Demesmaeker, Angel Dzhambazki, Geoffrey Van Orden, Anna Elżbieta Fotyga, Ryszard Antoni Legutko, Tomasz Piotr Poręba, Ryszard Czarnecki, Karol Karski, Branislav Škripek f'isem il-Grupp ECR
Javier Nart, Frédérique Ries, Marietje Schaake, Marielle de Sarnez, Ramon Tremosa i Balcells, Izaskun Bilbao Barandica, Juan Carlos Girauta Vidal, Pavel Telička, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Petras Auštrevičius, Valentinas Mazuronis, Ivo Vajgl, Martina Dlabajová, Beatriz Becerra Basterrechea, Nedzhmi Ali, Dita Charanzová, Gérard Deprez f'isem il-Grupp ALDE
Marisa Matias, Patrick Le Hyaric, Marie-Christine Vergiat, Barbara Spinelli f'isem il-Grupp GUE/NGL
Judith Sargentini, Maria Heubuch, Heidi Hautala, Jordi Sebastià, Bart Staes, Michèle Rivasi, Barbara Lochbihler, Ernest Urtasun, Bodil Valero, Davor Škrlec f'isem il-Grupp Verts/ALE
Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo, Piernicola Pedicini, Laura Agea, Laura Ferrara, Rolandas Paksas f'isem il-Grupp EFDD

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Angola (2015/2839(RSP))  

Il-Parlament Ewropew,

–       wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Angola,

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-12 ta’ Mejju 2015 mill-kelliem tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar l-Angola,

–       wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tas-17 ta’ Ottubru 2014 wara l-ewwel Laqgħa Ministerjali Angola-Unjoni Ewropea,

–       wara li kkunsidra d-dokument bit-titolu “EU-Angola Joint Way Forward” tat-23 ta’ Lulju 2012,

–       wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u dwar il-Libertà tal-Espressjoni,

–       wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill ta’ Ġunju 2014 fl-10 anniversarju tal-Linji Gwida tal-UE,

–       wara li kkunsidra l-Artikolu 21 TUE u l-Qafas Strateġiku tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li fihom l-UE timpenja ruħha li “tkompli tappoġġa bis-sħiħ lid-difensuri tal-libertà, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kollha”,

–       wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija ta' Cotonou ffirmat f'Ġunju 2000,

–       wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948 u l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966,

–       wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli,

–       wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.     billi f’dawn l-aħħar xhur il-Gvern Angolan intensifika l-azzjoni tiegħu dwar kwalunkwe suspett ta’ sfida għall-awtorità tiegħu, u b’hekk qed jikser id-drittijiet tal-bniedem imnaqqxa fil-Kostituzzjoni tal-Angola; billi l-libertà ta’ assoċjazzjoni u l-libertà tal-għaqda fl-Angola jibqgħu jiġu mrażżna, u jeżisti tħassib li qed jikber li s-servizzi militari u s-servizzi sigrieti saru l-forzi tal-azzjonijiet wara l-arrest u l-prosekuzzjoni ta’ attivisti tad-drittijiet tal-bniedem;

B.     billi fl-14 ta’ Marzu 2015 l-attivist tad-drittijiet tal-bniedem José Marcos Mavungo ġie arrestat mingħajr mandat, u fit-28 ta’ Awwissu l-Prosekutur António Nito talab lill-Qorti fil-provinċja Angolana ta’ Cabinda tikkundanna lil Mavungo għal 12-il sena ħabs bl-akkuża ta’ tixwix għal ribelljoni, minkejja li ebda evidenza ma ġiet ippreżentata li huwa kien wettaq xi reat;

C.     billi l-avukat Arão Bula Tempo ġie arrestat fl-istess jum fuq allegazzjoni ta’ involviment fl-organizzazzjoni tal-istess protesta; billi Arão Bula Tempo sussegwentement inħeles fit-13 ta’ Mejju waqt li l-proċess tiegħu fuq akkużi ta’ sedizzjoni għadu pendenti;

D.     billi l-ġurnalist u attivist tad-drittijiet tal-bniedem Rafael Marques ġie kkundannat fit-28 ta’ Mejju 2015 għal 6 xhur ħabs sospiżi għal sentejn għall-pubblikazzjoni fl-2011 tal-ktieb, “Blood Diamonds: Corruption and Torture in Angola”, li ta dettalji dwar aktar minn 100 qtil u mijiet ta’ każijiet ta’ tortura li allegatament twettqu minn gwardji tas-sigurtà u suldati fil-kampijiet għat-tiftix tad-djamanti tar-reġjun ta’ Lundas; billi l-ilmenti mressqa minn Marques lill-Prosekutur Pubbliku rigward il-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fir-reġjun ta’ Lundas ma kinux suġġetti għal investigatzzjoni;

E.     billi 15-il attivist żagħżugħ ġew arrestati bejn l-20 u l-24 ta’ Ġunju 2015 b’konnessjoni ma’ diskussjoni politika privata; billi l-Kaptan Zenóbio Lázaro Muhondo Zumba ġie sussegwentament arrestat fit-30 ta’ Ġunju fuq raġunijiet ta’ rabtiet allegati mal-15-il attivist arrestat;

F.     billi dawk kollha detenuti ġew arrestati u akkużati illegalment u arbitrarjament li ħejjew ribelljoni u attentat ta’ kolp ta’ stat kontra l-President u membri oħra tal-gvern;

G.     billi l-15-il attivist detenuti huma miżmuma f’detenzjoni ta’ qabel il-proċess, ma ġewx mixlija formalment, huma mingħajr aċċess sħiħ għal parir legali u żjarat minn membri tal-familja li jippruvaw jipprovdu l-ikel, u qed jinżammu f’ċelel waħedhom;

H.     billi l-awtoritajiet arrestaw lill-attivisti u rrejdjawlhom djarhom ġew irrejdjati mingħajr ma ppreżentaw ebda mandat; billi ġie rrappurtat li kienu soġġetti għal tortura fiżika u psikoloġika kif ukoll theddid ta’ mewt;

I.      billi l-awtoritajiet qed jagħmlu theddid kontra l-ommijiet ta’ priġunieri żgħażagħ li qed jimmobilizzaw ruħhom, u l-partit MPLA li qed jiggverna żamm milli jsiru dimostrazzjonijiet minn persuni li jappoġġaw lill-attivisti biex jitolbu għall-ħelsien tagħhom; billi dimostrazzjoni paċifika minn qraba tal-priġunieri f’Luanda fit-8 ta’ Awwissu ntlaqgħet minn attakki u ripressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà fuq il-post;

J.      billi f’Lulju 2015 erba’ difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u korrispondent tad-Deutsche Welle ġew miżmuma temporanjament waqt li kienu qed iżuru attivisti oħra f’ħabs fil-provinċja ta’ Luanda fuq l-akkuża li kellhom l-intenzjoni li jagħmlu l-politika fil-ħabs;

K.     billi d-dritt tal-protesta paċifika u d-dritt ta’ assoċjazzjoni u ta’ espressjoni huma rikonoxxuti fil-kostituzzjoni Angolana;

L.     billi kien hemm rapporti ta’ massakru tas-segwaċi tas-setta reliġjuża Luz do Mundo fi Huambo f’April 2015 mill-forzi tal-pulizija; billi ċ-ċifri rrappurtati minn sorsi diverġenti jvarjaw minn tużżani għal eluf ta’ mwiet u ħafna persuni spustati; billi għal xhur il-Gvern naqas milli jindirizza l-urġenza li ssir investigazzjoni indipendenti, filwaqt li ċaħad feroċement iċ-ċifri għoljin; billi l-Ombudsman attwalment qed iħejji rapport dwar dawn l-avvenimenti;

M.    billi l-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem talab li ssir inkjesta internazzjonali dwar l-inċident, li ġiegħel lill-Gvern jiftaħ investigazzjoni ġudizzjarja;

N.     billi l-Gvern tal-Angola żied ukoll kemm it-tkeċċijiet sfurzati tal-massa u kif ukoll dawk fuq skala żgħira f’Luanda u fi bliet oħra sabiex persuni li jgħixu f’insedjamenti informali jitneħħew u jiġu eliminati n-negozjanti tat-triq, inklużi nisa tqal u nisa bi tfal;

O.     billi ġiet introdotta leġiżlazzjoni ġdida f’Marzu 2015 li tiddelinja żieda fil-kontroll fuq l-organizzazzjonijiet mhux governattivi;

P.     billi s-soċjetà ċivili kemm-il darba ddenunzjat ir-rabta bejn il-korruzzjoni, it-tnaqqis u l-miżapproprjazzjoni tar-riżorsi naturali mill-élite li tiggverna u abbużi tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa kontra dawk li huma ta’ theddida għall-istatus quo u jiddenunzjawh;

Q.     billi, minkejja l-impenji li ħa l-Gvern tal-Angola biex jintensifika l-isforzi biex itejjeb is-sistema tiegħu ta’ kontra l-ħasil tal-flus/il-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu (AML/CFT) u l-ftit progress li sar, it-Task Force ta’ Azzjoni Finanzjarja – organizzazzjoni intergovernattiva li twaqqfet fl-1989 fuq l-inizjattiva tal-G7 biex jiġu żviluppati politiki għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus – tkompli tidentifika nuqqasijiet strateġiċi fis-sistema AML/CFT tal-Angola;

R.     billi rapporti indipendenti stabbilixxew li d-dħul miż-żejt, ir-riżorsa ewlenija tal-Gvern, ma ġiex indirizzat lejn żvilupp sostenibbli jew komunitajiet lokali, filwaqt li l-élite li qed tiggverna saret aktar sinjura;

S.     billi l-Angola għandha riżervi minerali u taż-żejt vasti u hija waħda mill-ekonomiji li l-aktar qed jikbru malajr fid-dinja, b’mod speċjali minn tmiem il-gwerra ċivili; billi t-tkabbir ekonomiku tagħha huwa ferm inugwali, bil-maġġoranza tal-ġid nazzjonali kkonċentrat f’settur sproporzjonatament żgħir tal-popolazzjoni;

T.     billi l-kriżi ekonomika fil-pajjiż wara l-waqgħa drastika fid-dħul miż-żejt x’aktarx li tagħti spinta lil aktar inkwiet soċjali u protesti kontra l-gvern;

U.     billi f’Ottubru 2014 l-Angola tenniet l-impenn tagħha favur djalogu politiku u kooperazzjoni miftiehma fid-dokument EU-Angola Joint Way Forward, li fih il-governanza tajba, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem huma pilastri essenzjali;

V.     billi, f’konformità mal-Artikolu 8 tal-Ftehim ta’ Cotonou bejn l-UE u l-Angola, l-iskambju ta’ informazzjoni dwar governanza tajba u d-drittijiet tal-bniedem iseħħ fil-qafas ta’ djalogu politiku formali mill-inqas darba fis-sena fil-qafas tad-dokument EU-Angola Joint Way Forward;

1.      Jinsab imħasseb profondament dwar is-sitwazzjoni li qed tiddeterjora malajr f’termini ta’ drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-ispazju demokratiku fl-Angola, kif ukoll l-abbużi serji mill-forzi tas-sigurtà u n-nuqqas ta’ indipendenza tal-ġudikatura;

2.      Jistieden lill-awtoritajiet tal-Angola biex immedjatament u b’mod inkundizzjonat jeħilsu lid-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż Marcos Mavungo u l-15 + 1 attivist li ġew arrestati f’Ġunju 2015, u li jwaqqgħu l-akkużi kollha kontrihom; jitlob ukoll għall-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjoni ta’ kull attivist ieħor, kull priġunier tal-kuxjenza jew kull avversarju politiku arrestat u detenut arbitrarjament unikament għall-fehmiet politiċi, ix-xogħol ġurnalistiku tiegħu jew il-parteċipazzjoni tiegħu f’attivitajiet paċifiċi;

3.      Iħeġġeġ lill-awtoritajiet biex jiżguraw li ma jitwettaq l-ebda att ta’ tortura jew trattament ħażin ta’ detenuti u biex jiggarantixxu protezzjoni u aċċess sħaħ għall-familji u l-avukati tagħhom;

4.      Jistieden lill-awtoritajiet tal-Angola biex iwaqqfu immedjatament il-każijiet ta’ arrest arbitrarju, detenzjonijiet illegali u tortura mill-pulizija u l-forzi tas-sigurtà; itenni li investigazzjonijiet immedjati, imparzjali u bir-reqqa għandhom jitwettqu dwar l-allegazzjonijiet kollha ta’ ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża t-tortura, mill-forzi tal-pulizija u tas-sigurtà u li dawk li wettqu r-reati jitressqu quddiem il-ġustizzja;

5.      Huwa serjament imħasseb dwar tentattivi kontinwi ta’ limitazzjoni tal-libertà ta’ espressjoni u l-libertà tal-midja, l-għaqda u l-assoċjazzjoni paċifika, u ż-żieda fil-vjolazzjonijiet ta’ dawn il-libertajiet mill-awtoritajiet, u jistieden lill-awtoritajiet Angolani jiżguraw ir-rispett immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta’ dawn il-libertajiet; jistedinhom ukoll jimplimentaw bis-sħiħ id-dispożizzjonijiet tad-Dikjarazzjoni tan-NU dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli u strumenti internazzjonali u reġjonali oħrajn tad-drittijiet tal-bniedem ratifikati mill-Angola;

6.      Jitlob lid-Delegazzjoni tal-UE f’Luanda sabiex tikseb riżultat mill-impenji tas-SEAE biex tappoġġja u tipproteġi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem (HRDs) madwar id-dinja kollha permezz ta’ passi konkreti u viżibbli li b’mod speċjali jinkludu osservazzjoni tal-proċess, appoġġ politiku u materjali għall-HRDs, l-avukati u l-familji tagħhom u l-kooperazzjoni sistematika mill-UE u l-Istati Membri tagħha mal-awtoritajiet tal-Angola dwar id-drittijiet tal-bniedem fil-livelli kollha tar-relazzjonijiet, inkluż fl-ogħla livell; jitlob ukoll lid-delegazzjoni biex iżżid id-djalogu politiku mal-Gvern Angolan fir-relazzjonijiet politiċi u kummerċjali kollha kif ukoll dawk rigward l-iżvilupp, sabiex tiżgura li jirrispetta l-impenji nazzjonali u internazzjonali tiegħu tad-drittijiet tal-bniedem kif imwiegħed matul l-1 Laqgħa Ministerjali UE-Angola ta’ Ottubru 2014; iħeġġu biex juża kull għodda u strument xieraq, inkluż l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem, biex jagħmel dan;

7.      Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jirrikonoxxu l-livell għoli ta’ korruzzjoni mill-awtoritajiet tal-Angola li timmina serjament ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp, sabiex jimplimentaw il-prinċipji tal-approċċ tas-sett ta’ għodod tad-drittijiet tal-bniedem qabel ma jinnegozjaw mal-Angola, u biex jirrevedu s-setturi ċentrali tal-Programm Indikattiv Nazzjonali tagħha taħt il-11-il FEŻ;

8.      Jiddispjaċih dwar il-fatt li minkejja li tlesta stħarriġ nazzjonali fl-2007 u programm kbir ta’ azzjoni dwar il-mini, il-kobor tat-theddida mill-APL/ERW għadu mhux magħruf konfidenzjalment; iIħeġġeġ lill-UE sabiex tissorvelja, tikkontrolla u tevalwa l-użu effettiv tal-fondi u sabiex tiżgura li l-baġit allokat jintuża b’mod effiċjenti u mmirat sabiex l-art tkun ikklirjata kif għandu jkun;

9.      Iħeġġeġ lill-awtoritajiet ġudizzjarji Angolani jasserixxu l-indipendenza tagħhom minn kwalunkwe strumentalizzazzjoni politika u sabiex jiżguraw il-protezzjoni tad-drittijiet rikonoxxuti minn strumenti legali, bħall-aċċess għall-ġustizzja u d-dritt għal proċess ġust;

10.    Iħeġġeġ lill-Gvern Angolan iwettaq inkjesta urġenti, trasparenti u kredibbli dwar il-massakru ta’ Huambo, u li jipprovdi appoġġ lil dawk li ħelsuha u li ġew spustati; itenni l-appelli tan-NU għal investigazzjoni internazzjonali u indipendenti komplementari;

11.    Jibqa’ mħasseb dwar il-fatt li l-miżuri biex tiġi miġġielda l-vjolenza kontra n-nisa u t-tfal ma ġewx implimentati; jistieden lill-awtoritajiet biex isaħħu l-ġlieda kontra prattiki tradizzjonali li jagħmlu l-ħsara, bħall-istigmatizzazzjoni ta’ tfal akkużati bis-seħer;

12.    Ifakkar fl-impenn li ħadet l-Angola fil-qafas tal-Ftehim ta' Cotonou li tirrispetta d-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-prinċipji tad-drittijiet tal-bniedem, li jinkludu l-libertà ta' espressjoni u l-libertà tal-midja, il-governanza tajba u t-trasparenza f'karigi politiċi; iħeġġeġ lill-Gvern Angolan jirrispetta dawn id-dispożizzjonijiet f’konformità mal-Artikoli 11(b), 96 u 97 tal-Ftehim ta' Cotonou u, fin-nuqqas ta' dan, jitlob lill-Kummissjoni Ewropea tagħti bidu għall-proċedura rilevanti skont l-Artikoli 8, 9 u 96 tal-Ftehim ta' Cotonou;

13.    Iħeġġeġ lill-UE u lill-Istati Membri jindirizzaw it-trasparenza tal-kummerċ tar-riżorsi naturali kollha, inkluż iż-żejt, u b’mod partikolari biex jimplimentaw u jimmonitorjaw bis-sħiħ il-leġiżlazzjoni eżistenti dwar rappurtar pajjiż b’pajjiż; jistieden lill-awtoritajiet Angolani u lill-kumpaniji barranin jgħinu fit-tisħiħ tal-governanza fl-industrija estrattiva billi jżommu mal-Inizjattiva għat-Trasparenza tal-Industriji Estrattivi u jirrevedu l-implimentazzjoni tal-Proċess ta’ Kimberley; jistieden ukoll lill-Gvern Angolan jippreżenta pjan biex jissieħeb fis-Sħubija ta’ Gvern Miftuħ u minn hawn ’il quddiem jistabbilixxi pjan konkret biex jiġġieled il-korruzzjoni, iżid it-trasparenza u jsaħħaħ ir-responsabilità pubblika;

14.    Jinkoraġġixxi lill-UE u lill-Istati Uniti jikkooperaw u jikkoordinaw dwar l-implimentazzjoni tas-Sezzjoni 1504 tad-Dodd-Frank Act;

15.    Jistieden lill-amministrazzjonijiet nazzjonali u l-awtoritajiet ta’ superviżjoni tal-Istati Membri iżidu l-viġilanza ta’ konformità mal-leġiżlazzjoni Ewropea kontra l-ħasil tal-flus inklużi l-prinċipji normattivi tad-diliġenza dovuta u analiżi tar-riskju xierqa, speċjalment bl-involviment ta’ Persuni Politikament Esposti li joriġinaw mill-Angola;

16.    Jilqa’ r-rikonoxximent min-naħa tal-Gvern Angolan ta’ problemi f’dak li jirrigwarda l-kumpens f’każijiet ta’ konfiska tal-art, u jilqa’ r-rapporti tal-midja li jindikaw li l-mekkaniżmi ta’ distribuzzjoni u kumpens qed jitjiebu; iħeġġeġ lill-Gvern ikompli bl-isforzi tiegħu f’din id-direzzjoni;

17.    Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Unjoni Afrikana, lill-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, lill-gvernijiet tal-pajjiżi tar-reġjun SADC, lill-President u lill-Parlament tal-Angola, lill-Gvern tal-Istati Uniti, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE.

 

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza