Proċedura : 2016/2755(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0754/2016

Testi mressqa :

RC-B8-0754/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 09/06/2016 - 4.3

Testi adottati :

P8_TA(2016)0276

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 172kWORD 101k
8.6.2016
PE596.920v01-00}
PE582.769v01-00}
PE582.773v01-00}
PE582.775v01-00}
PE582.777v01-00}
PE582.779v01-00} RC1
 
B8-0754/2016}
B8-0757/2016}
B8-0761/2016}
B8-0763/2016}
B8-0765/2016}
B8-0767/2016} RC1

imressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura

li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:

EFDD (B8-0754/2016)

ECR (B8-0757/2016)

Verts/ALE (B8-0761/2016)

S&D (B8-0763/2016)

PPE (B8-0765/2016)

ALDE (B8-0767/2016)


dwar il-Vjetnam (2016/2755(RSP))


Cristian Dan Preda, Elmar Brok, Jeroen Lenaers, Andrej Plenković, Davor Ivo Stier, József Nagy, Elisabetta Gardini, Romana Tomc, Jarosław Wałęsa, Bogdan Brunon Wenta, Tunne Kelam, Lefteris Christoforou, Tomáš Zdechovský, Marijana Petir, Ivana Maletić, Dubravka Šuica, Stanislav Polčák, Pavel Svoboda, Patricija Šulin, Therese Comodini Cachia, Csaba Sógor, Sven Schulze, Andrey Novakov, Ramona Nicole Mănescu, Roberta Metsola, Ivan Štefanec, Adam Szejnfeld, Milan Zver, Michaela Šojdrová, Luděk Niedermayer, Claude Rolin, Jaromír Štětina, Eduard Kukan, Jiří Pospíšil, Thomas Mann, Brian Hayes, Andrey Kovatchev, Eva Paunova, Krzysztof Hetman, László Tőkés, David McAllister f'isem il-Grupp PPE
Pier Antonio Panzeri, Josef Weidenholzer, Victor Boştinaru, Neena Gill, Zigmantas Balčytis, Hugues Bayet, Brando Benifei, José Blanco López, Vilija Blinkevičiūtė, Simona Bonafè, Nicola Caputo, Andrea Cozzolino, Andi Cristea, Isabella De Monte, Elena Gentile, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Michela Giuffrida, Sylvie Guillaume, Cătălin Sorin Ivan, Jeppe Kofod, Krystyna Łybacka, Vladimír Maňka, David Martin, Costas Mavrides, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Victor Negrescu, Momchil Nekov, Demetris Papadakis, Pina Picierno, Tonino Picula, Kati Piri, Inmaculada Rodríguez-Piñero Fernández, Monika Smolková, Tibor Szanyi, Claudia Țapardel, Marc Tarabella, Julie Ward, Damiano Zoffoli f'isem il-Grupp S&D
Monica Macovei, Angel Dzhambazki, Raffaele Fitto, Charles Tannock, Mark Demesmaeker, Arne Gericke, Ruža Tomašić, Julie Girling, Pirkko Ruohonen-Lerner, Valdemar Tomaševski, Anna Elżbieta Fotyga, Karol Karski, Ryszard Czarnecki, Ryszard Antoni Legutko, Tomasz Piotr Poręba, Notis Marias f'isem il-Grupp ECR
Frédérique Ries, Ramon Tremosa i Balcells, Izaskun Bilbao Barandica, Marielle de Sarnez, Filiz Hyusmenova, Pavel Telička, Ilhan Kyuchyuk, Valentinas Mazuronis, Beatriz Becerra Basterrechea, Nedzhmi Ali, Dita Charanzová, Martina Dlabajová, José Inácio Faria, Fredrick Federley, Nathalie Griesbeck, Marian Harkin, Ivan Jakovčić, Louis Michel, Javier Nart, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Carolina Punset, Robert Rochefort, Marietje Schaake, Jasenko Selimovic, Hannu Takkula, Ivo Vajgl, Hilde Vautmans, Cecilia Wikström, Paavo Väyrynen, María Teresa Giménez Barbat, Urmas Paet, Petras Auštrevičius f'isem il-Grupp ALDE
Barbara Lochbihler, Heidi Hautala, Bodil Valero, Maria Heubuch, Ernest Urtasun, Bronis Ropė, Igor Šoltes, Davor Škrlec f'isem il-Grupp Verts/ALE
Ignazio Corrao, Isabella Adinolfi, Fabio Massimo Castaldo f'isem il-Grupp EFDD

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Vjetnam (2016/2755(RSP))  

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-sitwazzjoni fil-Vjetnam,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-18 ta' Diċembru 2015 mill-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna dwar l-arrest tal-avukat Nguyễn Văn Đài,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kapijiet ta' Stat jew ta' Gvern tas-7 ta' Marzu 2016,

–  wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-Kelliem tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem tat-13 ta' Mejju 2016 f'Ġinevra, dwar it-Turkija, il-Gambja u l-Vjetnam,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-3 ta' Ġunju 2016 mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin, Heiner Bielefeldt, u r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-tortura, Juan E. Méndez, li ġiet endorsjata mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, Michel Forst, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-drittijiet għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni, Maina Kiai, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tad-dritt għal-libertà ta' opinjoni u espressjoni, David Kaye, ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-vjolenza kontra n-nisa, il-kawżi u l-konsegwenzi tagħha, Dubravka Šimonović, u l-Grupp ta' Ħidma dwar id-Detenzjoni Arbitrarja,

–  wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn l-UE u l-Vjetnam iffirmat fis-27 ta' Ġunju 2012 u d-djalogu annwali UE-Vjetnam dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-Gvern tal-Vjetnam, li l-aħħar laqgħa tiegħu nżammet fil-15 ta' Diċembru 2015,

–  wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem,

–  wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), li l-Vjetnam aderixxa miegħu fl-1982,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni kontra n-Nisa, li tagħha l-Vjetnam huwa parti stat kontraenti sa mill-1982,

–  wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura, li ġiet irratifikata mill-Vjetnam fl-2015,

–  wara li kkunsidra l-Eżitu tal-Eżami Perjodiku Universali dwar il-Vjetnam mill-Kunsill tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem tat-28 ta' Jannar 2014,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi l-UE tqis li l-Vjetnam huwa sieħeb importanti fl-Asja; billi fl-2015 seħħ il-25 anniversarju tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-Vjetnam; billi dawn ir-relazzjonijiet ġew estiżi rapidament mill-kummerċ u l-għajnuna għal relazzjoni aktar globali;

B.  billi l-Vjetnam ilu Stat b'partit wieħed sa mill-1975, fejn il-Partit Komunista tal-Vjetnam (CPV) ma jippermetti l-ebda kontestazzjoni għat-tmexxija tiegħu u jikkontrolla l-Assemblea Nazzjonali u l-qrati;

C.  billi l-awtoritajiet Vjetnamiżi ħadu miżuri ħorox b'reazzjoni għal serje ta' dimostrazzjonijiet li seħħew fil-pajjiż kollu f'Mejju 2016, li kienu organizzati insegwitu ta' katastrofu ekoloġiku li qered l-istokkijiet tal-ħut tal-pajjiż;

D.  billi avukat u attivist tad-drittijiet tal-bniedem Vjetnamiż Lê Thu Hà, ġie arrestat fis-16 ta' Diċembru 2016, fl-istess waqt li ġie arrestat għal twettiq ta' propaganda kontra l-istat, sieħbu Nguyễn Văn Đài, avukat prominenti fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem; billi fit-22 ta' Frar 2016, id-difensur tad-drittijiet tal-bniedem Trần Minh Nhật ġie attakkat minn uffiċjal tal-pulizija f'daru fid-distrett ta' Lâm Hà fil-Provinċja ta' Lâm Đồng; billi Trần Huỳnh Duy Thức, li ntbagħat il-ħabs fl-2009 wara proċess mingħajr difiża effettiva, ġie kkundanat b'sentenza ta' 16-il sena segwiti minn ħames snin ta' arrest domiċiljarju; billi hemm tħassib serju għall-qagħda tas-saħħa li sejra għall-agħar tad-dissident Buddist Thích Quảng Độ, li bħalissa qiegħed taħt arrest domiċiljarju;

E.  billi partiti politiċi indipendenti, trejdjunjins u organizzazzjonijiet għad-drittijiet tal-bniedem huma pprojbiti fil-Vjetnam, u hemm bżonn ta' approvazzjoni uffiċjali għal-laqgħat pubbliċi; billi xi protesti paċifiċi ġew kontrollati sew mill-pulizija, u l-attivisti prominenti nżammu taħt arrest domiċiljari, filwaqt li dimostrazzjonijiet oħra ġew sfrattati jew ġew projbiti għalkollox milli jsiru;

F.  billi l-miżuri b'firxa wiesgħa tal-pulizija biex jipprevjenu u jikkastigaw il-parteċipazzjoni fid-dimostrazzjonijiet irriżultaw f'għadd ta' vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi t-tortura u trattamenti jew pieni oħra krudili, inumani jew degradanti, kif ukoll fi vjolazzjonijiet tad-drittijiet bażiċi ta' għaqda paċifika u ta' libertà ta' moviment; billi l-kundizzjonijiet tad-detenzjoni u t-trattament tal-priġunieri huma ħorox, b'rapporti ta' mill-inqas seba' mwiet fil-kustodja tal-pulizija fl-2015 li fir-rigward tagħhom tqajmu suspetti ta' każijiet ta' tortura jew forom oħra ta' trattament ħażin mill-pulizija;

G.  billi, minkejja li aċċetta 182 mill-227 rakkomandazzjoni ppreżentati mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fl-eżami perjodika tagħha ta' Ġunju 2014, il-Vjetnam irrifjuta r-rakkomandazzjonijiet bħalma huma l-ħelsien tal-priġunieri politiċi u l-persuni detenuti mingħajr akkuża jew proċess, ir-riforma legali biex tintemm il-priġunerija politika, il-ħolqien ta' istituzzjoni nazzjonali indipendenti għad-drittijiet tal-bniedem u miżuri oħra mmirati lejn il-promozzjoni tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku; billi, madankollu, il-Vjetnam reċentement ippermetta gruppi internazzjonali għad-drittijiet tal-bniedem jiltaqgħu mar-rappreżentanti tal-oppożizzjoni u uffiċjali tal-gvern għall-ewwel darba mit-tmiem tal-Gwerra tal-Vjetnam;

H.  billi l-Vjetnam jibqa' jinvoka dispożizzjonijiet fil-kodiċi kriminali relatati mas-"sigurtà nazzjonali", ifformulati b'mod vag bħal pereżempju "propaganda kontra l-istat", "sovversjoni" jew "abbuż tal-libertajiet demokratiċi" sabiex jinkrimina u jsikket lid-dissidenti politiċi, lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u lil dawk li jitqiesu kritiċi fil-konfronti tal-gvern;

I.  billi f'Mejju 2016, il-korrispondent tal-BBC, Jonathan Head, ġie allegatament ipprojbit milli jkopri ż-żjara tal-President Obama fil-Vjetnam u ġie privat mill-akkreditazzjoni, mingħajr ma ngħatatlu raġuni uffiċjali; billi l-liċenzja ta' ġurnalist ta' Kim Quốc Hoa, l-eks Kap Editur tal-gazzetta Người Cao Tuổi, ġiet revokata fil-bidu tal-2015 u aktar tard ġie mħarrek bis-saħħa tal-Artikolu 258 tal-kodiċi kriminali għal abbuż tal-libertajiet demokratiċi, wara li l-gazzetta esponiet għadd ta' uffiċjali korrotti;

J.  billi fil-klassifika tal-2016 tal-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-organizzazzjoni Reporters mingħajr fruntieri, il-Vjetnam jinsab fil-175 post minn 180 pajjiż u billi l-midja tal-istampa u tax-xandir hija kkontrollata mill-partit CPV, mill-militari jew entitajiet oħra tal-gvern; billi d-Digriet 72 tal-2013 ikompli jillimita d-diskors fuq blogs u l-midja soċjali, u d-Digriet 174 tal-2014 japplika pieni ħorox fuq il-midja soċjali u l-utenti tal-internet li jesprimu "propaganda kontra l-istat" jew "ideoloġiji reazzjonarji";

K.  billi l-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin hija ripressa u ħafna minoranzi reliġjużi qed isofru persekuzzjoni reliġjuża ħarxa, inklużi membri tal-Knisja Kattolika u reliġjonijiet mhux rikonoxxuti bħalma huma l-Knisja Buddista Unifikata tal-Vjetnam, għadd ta' knejjes Protestanti u membri tal-minoranza etniko-reliġjuża Montagnard, kif osserva r-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar il-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin meta żar il-Vjetnam;

L.  billi f'April 2016, il-Vjetnam adotta Liġi dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni u Liġi dwar l-Istampa emendata li jirrestrinġu l-libertà ta' espressjoni u jsaħħu ċ-ċensura, kif ukoll regolamenti li jipprojbixxu dimostrazzjonijiet barra mill-qrati waqt li jkunu għaddejjin il-proċessi;

M.  billi fl-Indiċi ta’ Disparità bejn is-Sessi tal-Forum Ekonomiku Dinji, il-Vjetnam niżel mit-42°post fl-2007 għat-83 post fl-2015, u billi l-Konvenzjoni tan-NU dwar l-Eliminazzjoni tad-Diskriminazzjoni kontra n-Nisa kkritikat lill-awtoritajiet Vjetnamiżi talli naqsu milli jihfmu "il-kunċett ta' ugwaljanza sostantiva tal-ġeneru"; billi minkejja li sar xi progress, il-vjolenza domestika, it-traffikar ta' nisa u bniet, il-prostituzzjoni, l-HIV/AIDS u l-ksur tad-drittijiet sesswali u riproduttivi għadhom jirrappreżentaw problema fil-Vjetnam;

N.  billi l-Ftehim Komprensiv ta' Sħubija u Kooperazzjoni għandu l-għan li jistabbilixxi sħubija moderna, b'bażi estensiva u ta' benefiċċju reċiproku, abbażi ta' interessi u prinċipji kondiviżi bħalma huma l-ugwaljanza, ir-rispett reċiproku, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem;

O.  billi l-UE faħħret lill-Vjetnam għall-progress kontinwu fil-qasam tad-drittijiet soċjoekonomiċi, filwaqt li tesprimi tħassib persistenti dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet politiċi u ċivili; billi, madankollu, fid-djalogu annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem, l-UE qajmet il-kwistjonijiet dwar ir-restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' espressjoni, il-libertà tal-midja u l-libertà ta' għaqda;

P.  billi l-UE hija l-akbar suq ta' esportazzjoni tal-Vjetnam; billi l-UE flimkien mal-Istati Membri tagħha hija l-akbar fornitur ta' għajnuna uffiċjali għall-iżvilupp lill-Vjetnam, u billi se jkun hemm żieda fil-baġit tal-UE ta' 30% għal dan il-għan għal EUR 400 miljun fl-2014-2020;

1.  Jilqa' b'sodisfazzjon it-tisħiħ tas-sħubija u d-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-Vjetnam; ifaħħar ir-ratifika mill-Vjetnam fis-sena preċedenti tal-Konvenzjoni tan-NU kontra t-Tortura;

2.  Jistieden lill-Gvern tal-Vjetnam iwaqqaf minnufih kull fastidju, intimidazzjoni, u persekuzzjoni tal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, tal-attivisti soċjali u ta' dawk ambjentali; jinsisti li l-Gvern għandu jirrispetta d-dritt ta' dawn l-attivisti għal protesti paċifiċi u għandu jillibera lil dawk li għadhom inġustament miżmuma; jitlob ir-rilaxx immedjat ta' dawk kollha li ġew indebitament arrestati u ntbagħtu l-ħabs bħal Lê Thu Hà, Nguyễn Văn Đài, Trần Minh Nhật, Trần Huỳnh Duy Thức u Thích Quảng Độ;

3.  Jesprimi tħassib serju dwar il-livelli dejjem akbar ta' vjolenza li qed titwettaq kontra dimostranti Vjetnamiżi li jkunu qed jesprimu r-rabja tagħhom dwar l-imwiet tal-massa tal-ħut matul il-kosta ċentrali tal-pajjiż; jitlob għall-pubblikazzjoni tar-riżultati tal-investigazzjonijiet fuq id-diżastru ambjentali u biex dawk responsabbli jagħtu kont ta' għemilhom; jitlob lill-Gvern tal-Vjetnam jirrispetta d-dritt għal-libertà ta' għaqda f'konformità mal-obbligi internazzjonali tiegħu fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem;

4.  Jikkundanna l-kundanni u l-pieni ħorox mogħtija lill-ġurnalisti u l-bloggers fil-Vjetnam bħalma huma Nguyễn Hữu Vinh u l-kollega tiegħu Nguyễn Thị Minh Thúy, u Đặng Xuân Diệu, u jappella għall-ħelsien tagħhom;

5.  Jiddeplora l-ksur kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam, inkużi l-intimidazzjoni politika, il-fastidju, l-aggressjoni, l-arresti arbitrarji, il-pieni ħorox ta' priġunerija u l-proċessi inġusti, imwettaq kontra attivisti politiċi, ġurnalisti, bloggers, dissidenti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, kemm onlajn kif ukoll offlajn, ksur li jmur biċ-ċar kontra l-obbligi internazzjonali tal-Vjetnam fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem;

6.  Jesprimi tħassib dwar il-kunsiderazzjoni mill-Assemblea Nazzjonali ta' Liġi dwar l-Għaqdiet u ta' Liġi dwar it-Twemmin u r-Reliġjon li huma inkompatibbli man-normi internazzjonali tal-libertà ta' għaqda u l-libertà ta' reliġjon jew ta' twemmin;

7.  Iħeġġeġ lill-Vjetnam isaħħaħ aktar il-kooperazzjoni mal-mekkaniżmi tad-drittijiet tal-bniedem u jtejjeb il-konformità ma' mekkaniżmi ta' rappurtar tal-korpi previsti mit-trattati; itenni l-appell tiegħu għal progress fl-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Eżami Perijodiku Universali;

8.  Itenni t-talba tiegħu għar-reviżjoni ta' artikoli speċifiċi fil-kodiċi kriminali Vjetnamiż li huma użati biex titrażżan il-libertà ta' espressjoni; iqis li huwa ta' dispjaċir li l-ebda wieħed mit-18 000 priġunier li ngħataw amnestija fit-2 ta' Settembru 2015 ma kien priġunier politiku; jikkundanna l-kundizzjonijiet ta' detenzjoni u fil-ħabsijiet tal-Vjetnam u jitlob li l-awtoritajiet Vjetnamiżi jiggarantixxu l-aċċess bla restrizzjonijiet għal konsulenza legali;

9.  Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Vjetnam jistabbilixxi mekkaniżmi ta' responsabbiltà effikaċi għall-forzi tal-pulizija u għall-aġenziji ta' sigurtà tiegħu, bl-għan li jitwaqqaf l-abbuż kontra l-priġunieri u d-detenuti;

10.  Jitlob lill-awtoritajiet itemmu l-persekuzzjoni reliġjuża u jemendaw il-leġiżlazzjoni tagħhom dwar l-istatus tal-komunitajiet reliġjużi bil-għan li jerġa' jiġi stabbilit l-istatus ġuridiku tar-reliġjonijiet mhux rikonoxxuti; Jitlob lill-Vjetnam jirtira l-ħames abbozz tal-Liġi dwar it-Twemmin u r-Reliġjon, li bħalissa għaddejja minn dibattitu fl-Assemblea Nazzjonali, u jħejji abbozz ġdid li jkun konformi mal-obbligi tal-Vjetnam fis-sens tal-Artikolu 18 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi; jappella għall-ħelsien tal-mexxejja reliġjużi, inklużi l-Pastor Nguyễn Công Chính, Trần Thị Hồng u Ngô Hào;

11.  Jitlob li l-Vjetnam jiġġieled lid-diskriminazzjoni kontra n-nisa billi jintroduċi leġiżlazzjoni kontra t-traffikar u billi jieħu passi effettivi biex irażżan il-vjolenza domestika u l-ksur tad-drittijiet riproduttivi;

12.  Ifaħħar lill-Vjetnam għar-rwol ewlieni tiegħu fl-Asja fir-rigward tal-iżvilupp tad-drittijiet tal-persuni leżbjani, gay, bisesswali, transġeneri u intersesswali (LGBTI), b'mod partikolari l-liġi adottata reċentement dwar iż-żwieġ u l-familja li tippermetti ċerimonji taż-żwieġ bejn persuni tal-istess sess;

13.  Jitlob lill-Kummissjoni Intergovernattiva tal-ASEAN għad-Drittijiet tal-Bniedem teżamina s-sitwazzjoni dwar il-qagħda tad-drittijiet tal-bniedem fil-Vjetnam, b'enfasi speċjali fuq il-libertà ta' espressjoni, u toħroġ rakkomandazzjonijiet lill-pajjiż;

14.  Jistieden lill-Gvern Vjetnamiż joħroġ stedina permanenti għall-Proċeduri Speċjali tan-NU, u b'mod partikolari stediniet lir-Rapporteur Speċjali dwar il-libertà ta' espressjoni u lir-Rapporteur Speċjali dwar is-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

15.  Jitlob lill-UE żżid id-djalogu politiku tagħha dwar id-drittijiet tal-bniedem mal-Vjetnam fil-qafas tal-Ftehim Komprensiv ta' Sħubija u Kooperazzjoni;

16.  Jitlob lid-Delegazzjoni tal-UE tuża l-għodod u l-istrumenti xierqa kollha biex takkumpanja lill-Gvern tal-Vjetnam f'dawn il-passi u jappoġġjaw u jipproteġu lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jenfasizza l-importanza tad-djalogu dwar id-drittijiet tal-bniedem bejn l-UE u l-awtoritajiet Vjetnamiżi, b'mod partikolari jekk dan id-djalogu jiġi segwit minn implimentazzjoni reali; jisħaq li dan id-djalogu għandu jkun effikaċi u orjentat lejn ir-riżultati;

17.  Jirrikonoxxi l-isforzi tal-Gvern Vjetnamiż fit-tisħiħ tar-relazzjonijiet bejn l-UE u l-ASEAN u l-appoġġ tiegħu għas-sħubija tal-EU mas-Summit tal-Asja tal-Lvant;

18.  Ifaħħar lill-Vjetnam talli laħaq għadd sinifikanti ta' Għanijiet ta' Żvilupp tal-Millennju, u jistieden lill-Kummissjoni u lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni jkomplu jipprovdu appoġġ kontinwu lill-awtoritajiet Vjetnamiżi u lill-organizzazzjonijiet mhux governattivi u lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fil-pajjiż fl-ambitu tal-Aġenda għall-Iżvilupp ta' wara l-2015;

19.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Assemblea Nazzjonali tal-Vjetnam, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-istati membri tal-ASEAN, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

 

Avviż legali - Politika tal-privatezza