Proċedura : 2016/2754(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0755/2016

Testi mressqa :

RC-B8-0755/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 09/06/2016 - 4.2

Testi adottati :

P8_TA(2016)0275

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 450kWORD 99k
8.6.2016
PE596.921v01-00}
PE582.770v01-00}
PE582.772v01-00}
PE582.774v01-00}
PE582.778v01-00}
PE582.781v01-00}
PE582.782v01-00} RC1
 
B8-0755/2016}
B8-0758/2016}
B8-0760/2016}
B8-0762/2016}
B8-0766/2016}
B8-0769/2016}
B8-0770/2016} RC1

imressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura

li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:

Verts/ALE (B8-0755/2016)

EFDD (B8-0758/2016)

ECR (B8-0760/2016)

S&D (B8-0762/2016)

PPE (B8-0766/2016)

GUE/NGL (B8-0769/2016)

ALDE (B8-0770/2016)


dwar it-Taġikistan: is-sitwazzjoni tal-priġunieri minħabba twemmin (2016/2754(RSP))


Cristian Dan Preda, Elmar Brok, Tunne Kelam, Andrej Plenković, Davor Ivo Stier, József Nagy, Elisabetta Gardini, Romana Tomc, Bogdan Brunon Wenta, Lefteris Christoforou, Tomáš Zdechovský, Marijana Petir, Ivana Maletić, Dubravka Šuica, Stanislav Polčák, Pavel Svoboda, Patricija Šulin, Therese Comodini Cachia, Csaba Sógor, Sven Schulze, Andrey Novakov, Ramona Nicole Mănescu, Jeroen Lenaers, Roberta Metsola, Ivan Štefanec, Adam Szejnfeld, Milan Zver, Luděk Niedermayer, Claude Rolin, Jaromír Štětina, Eduard Kukan, Jiří Pospíšil, Thomas Mann, Brian Hayes, Andrey Kovatchev, Eva Paunova, László Tőkés, David McAllister f'isem il-Grupp PPE
Pier Antonio Panzeri, Victor Boştinaru, Josef Weidenholzer, Zigmantas Balčytis, Hugues Bayet, Brando Benifei, José Blanco López, Vilija Blinkevičiūtė, Nicola Caputo, Andrea Cozzolino, Andi Cristea, Miriam Dalli, Elena Gentile, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Michela Giuffrida, Sylvie Guillaume, Cătălin Sorin Ivan, Jeppe Kofod, Marju Lauristin, Krystyna Łybacka, Vladimír Maňka, Costas Mavrides, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Victor Negrescu, Momchil Nekov, Demetris Papadakis, Pina Picierno, Tonino Picula, Kati Piri, Liliana Rodrigues, Monika Smolková, Tibor Szanyi, Claudia Țapardel, Marc Tarabella, Julie Ward, Damiano Zoffoli f'isem il-Grupp S&D
Raffaele Fitto, Branislav Škripek, Monica Macovei, Angel Dzhambazki, Valdemar Tomaševski, Ruža Tomašić, Charles Tannock, Mark Demesmaeker, Karol Karski, Ryszard Czarnecki, Ryszard Antoni Legutko, Tomasz Piotr Poręba, Notis Marias, Anna Elżbieta Fotyga, Arne Gericke f'isem il-Grupp ECR
Urmas Paet, Izaskun Bilbao Barandica, Marielle de Sarnez, Ilhan Kyuchyuk, Valentinas Mazuronis, Beatriz Becerra Basterrechea, Petras Auštrevičius, Filiz Hyusmenova, Pavel Telička, Nedzhmi Ali, Dita Charanzová, Martina Dlabajová, José Inácio Faria, Fredrick Federley, Nathalie Griesbeck, Marian Harkin, Ivan Jakovčić, Louis Michel, Javier Nart, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Carolina Punset, Frédérique Ries, Robert Rochefort, Marietje Schaake, Jasenko Selimovic, Hannu Takkula, Ivo Vajgl, Hilde Vautmans, Cecilia Wikström, Paavo Väyrynen, María Teresa Giménez Barbat, Ulrike Müller f'isem il-Grupp ALDE
Lola Sánchez Caldentey, Helmut Scholz, Tania González Peñas, Xabier Benito Ziluaga, Estefanía Torres Martínez, Miguel Urbán Crespo, Merja Kyllönen, Barbara Spinelli f'isem il-Grupp GUE/NGL
Tamás Meszerics, Heidi Hautala, Barbara Lochbihler, Ernest Urtasun, Igor Šoltes, Bronis Ropė, Bodil Valero, Davor Škrlec f'isem il-Grupp Verts/ALE
Ignazio Corrao, Fabio Massimo Castaldo, Daniela Aiuto, Isabella Adinolfi, Beatrix von Storch f'isem il-Grupp EFDD
EMENDI

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar it-Taġikistan: is-sitwazzjoni tal-priġunieri minħabba twemmin (2016/2754(RSP))  

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 7, 8 u 9 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Settembru 2009 dwar il-konklużjoni ta' Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni bejn il-Komunitajiet Ewropej u l-Istati Membri tagħhom, min-naħa l-waħda, u r-Repubblika tat-Taġikistan, min-naħa l-oħra(1),

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-15 ta' Diċembru 2011 dwar l-istat tal-implimentazzjoni tal-istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali(2),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill tat-22 ta' Ġunju 2015 dwar l-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali,

–  wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' April 2016 dwar implimentazzjoni u riezami tal-Istrateġija tal-UE għall-Asja Ċentrali(3),

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-UE tat-18 ta' Frar 2016 lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa dwar il-proċedimenti kriminali fit-Taġikistan tal-Partit tar-Rinaxximent Iżlamiku tat-Taġikistan (IRPT),

–  wara li kkunsidra l-konklużjonijiet taż-żjara lejn it-Taġikistan mir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Asja Ċentrali tat-18 ta' Settembru 2015,

–  wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tat-3 ta' Ġunju 2016 tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà dwar is-sentenza tal-Qorti Suprema tat-Taġikistan lill-viċi mexxejja tal-Partit tar-Rinaxximent Iżlamiku għal għomor il-ħabs,

–  wara li kkunsidra l-osservazzjonijiet preliminari maħruġa mir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar id-dritt għal-libertà ta' opinjoni u espressjoni tad-9 ta' Marzu 2016 fi tmiem iż-żjara tiegħu lejn it-Taġikistan,

–  wara li kkunsidra r-rakkomandazzjonijiet tal-Eżami Perjodiku Universali magħmula lit-Taġikistan fil-25 sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tas-6 ta' Mejju 2016,

–  wara li kkunsidra d-Djalogi annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem UE-Taġikistan,

–  wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966, li jiggarantixxi l-libertà ta' espressjoni, il-libertà ta' għaqda, id-dritt għar-rispett għall-ħajja personali, privata u tal-familja tal-individwi u d-dritt għall-ugwaljanza, u jipprojbixxi d-diskriminazzjoni fit-tgawdija ta' dawk id-drittijiet,

–  wara li kkunsidra l-Konferenza Reġjonali dwar il-Prevenzjoni tat-Tortura tas-27 sad-29 ta' Mejju 2014 u l-Konferenza Reġjonali dwar ir-Rwol tas-Soċjetà fil-Prevenzjoni tat-Tortura ta' bejn il-31 ta' Mejju u t-2 ta' Ġunju 2016,

–  wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tat-Taġikistan ta' Awwissu 2013 għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Kumitat kontra t-Tortura,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fis-17 ta' Settembru 2009, il-Parlament Ewropew ta l-approvazzjoni tiegħu għal Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni (FSK) bejn il-Komunità Ewropea u r-Repubblika tat-Taġikistan; billi l-FSK ġie ffirmat fl-2004 u daħal fis-seħħ fl-1 ta' Jannar 2010; billi, b'mod partikolari, l-Artikolu 2 jiddikjara li "r-rispett għall-prinċipji demokratiċi u d-drittijiet fundamentali u tal-bniedem [...] huma l-bażi tal-linji politiċi interni u esterni tal-Partijiet u huma parti essenzjali minn dan il-Ftehim";

B.  billi, mill-1992, il-kooperazzjoni UE-Taġikistan espandiet għal firxa wiesgħa ta' oqsma, inklużi d-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija, li huma l-bażi vera ta' kwalunkwe sħubija;

C.  billi l-UE għandha interess kruċjali li tintensifika l-kooperazzjoni politika, ekonomika u ta' sigurtà kif ukoll l-iżvilupp sostenibbli u l-kooperazzjoni ta' paċi mar-reġjun tal-Asja Ċentrali permezz ta' relazzjoni UE-Taġikistan b'saħħitha u miftuħa bbażata fuq l-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem;

D.  billi n-negozjant u l-kritiku tal-gvern magħruf ħafna Abubakr Azizkhodzhaev ilu detenut minn Frar 2016 wara li qajjem tħassib kritiku dwar prattiki korrotti ta' negozju; billi hu ġie akkużat permezz tal-Artikolu 189 tal-Kodiċi Kriminali tat-Taġikistan b'inċitament għall-mibegħda nazzjonali, razzjali, reġjonali u reliġjuża;

E.  billi membri tal-oppożizzjoni politika tat-Taġikistan tpoġġew fil-mira sistematikament; billi f'Settembru 2015 il-Partit tar-Rinaxximent Iżlamiku tat-Taġikistan (IRPT) ġie pprojbit wara li ġie marbut ma' tentattiv ta' kolp ta' stat aktar kmieni dak ix-xahar immexxi minn ġeneral, Abdukhalim Nazarzoda, li nqatel flimkien ma' 37 sostenitur tiegħu; billi l-awtoritajiet diġà arrestaw madwar 200 membru tal-IRPT;

F.  billi fi Frar 2016, il-Qorti Suprema bdiet tisma' kawżi kontra 13-il membru tal-Kunsill Politiku tal-IRPT, kif ukoll erba' individwi oħrajn assoċjati mal-partit, li ġew akkużati b'offiżi ta' "estremiżmu" minħabba l-involviment allegat tagħhom fl-attakki ta' Settembru 2015; billi ħafna membri tal-IRPT ġew arrestati u jiffaċċjaw proċedimenti kriminali mingħajr il-garanzija ta' proċess ġust; billi Zaid Saidov, negozjant u persunaġġ tal-oppożizzjoni magħruf ħafna, kien ikkundannat għal 29 sena ħabs fi prosekuzzjonijiet marbuta mal-ħruġ tiegħu għall-elezzjonijiet presidenzjali ta' Novembru 2013; billi Umarali Kuvatov inqatel f'Istanbul f'Marzu 2015 u attivist ieħor, Maksud Ibragimov, qala' daqqiet ta' sikkina u nħataf fir-Russja qabel ma rritorna lejn it-Taġikistan u ġie kkundannat għal 17-il sena ħabs f'Lulju 2015;

G.  billi fit-2 ta' Ġunju 2016 il-Qorti Suprema f'Dushanbe ikkundannat lil Mahmadali Hayit u lil Saidumar Hussaini, viċi mexxejja tal-IRPT ipprojbit, għal għomor il-ħabs fuq akkużi li fl-2015 kienu l-moħħ wara attentat ta' kolp ta' stat; filwaqt li 11-il membru ieħor tal-IRPT ingħataw sentenza ta' ħabs; billi tlett iqraba tal-mexxej tal-IRPT, Muhiddin Kabiri, intefgħu l-ħabs talli naqsu milli jirrappurtaw delitt mhux speċifikat; billi l-proċedimenti fil-qorti ma kinux trasparenti u kisru d-drittijiet tal-akkużat għal proċess ġust;

H.  billi bosta avukati li applikaw biex jaġixxu bħala avukati tad-difiża għall-imputati tal-IRPT irċevew theddid ta' mewt u ġew arrestati, detenuti u ntefgħu l-ħabs; billi l-arresti ta' Buzurgmehr Yorov, Nodira Dodajanova, Nuriddin Mahkamov, Shukhrat Kudratov u Firuz u Daler Tabarov iqajmu tħassib serju dwar il-konformità mal-istandards internazzjonali dwar l-indipendenza tal-avukati, il-proċessi bil-magħluq u l-aċċess limitat għal rappreżentazzjoni ġuridika; billi diversi ġurnalisti ġew ukoll detenuti, intimidati u ġarrbu fastidju; billi l-libertà ta' espressjoni, l-aċċess għall-midja u l-pluraliżmu politiku u ideoloġiku, inkluż fil-qasam tar-reliġjon, iridu jiġu rikonoxxuti skont il-kostituzzjoni tat-Taġikistan;

I.  billi l-Liġi tal-2015 dwar l-Advokatura kienet teħtieġ ċertifikazzjoni sħiħa mill-ġdid tal-avukati difensuri u introduċiet għadd ta' restrizzjonijiet dwar min jista' jippratika l-liġi, u hija għaldaqstant konduċenti għal interferenza possibbli fl-indipendenza tax-xogħol tal-avukati;

J.  billi l-emendi reċenti fil-Liġi dwar l-Assoċjazzjoni Pubblika, li daħlu fis-seħħ fl-2015, ifixklu l-operat tas-soċjetà ċivili billi jimponu l-iżvelar finanzjarju tas-sorsi ta' finanzjament tal-NGOs;

K.  billi fid-dikjarazzjoni tagħha, id-delegazzjoni tal-Parlament Ewropew għall-osservazzjoni ta' elezzjonijiet għall-elezzjonijiet parlamentari fit-Taġikistan tat-2 ta' Marzu 2015 enfasizzat nuqqasijiet sinifikanti;

L.  billi l-istampa, is-siti web, il-midja soċjali u l-fornituri tal-internet fit-Taġikistan joperaw f'ambjent restrittiv fejn hija mifruxa l-awtoċensura; billi l-gvern juża leġiżlazzjoni u regolamentazzjoni tal-midja restrittivi biex joħnoq rappurtar indipendenti u b'mod regolari jimblokka l-mezzi tal-midja online u n-netwerks tal-midja soċjali;

M.  billi fi Frar 2015 ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar it-tortura u trattament jew pieni krudili, inumani jew degradanti oħra qajjem tħassib dwar it-tortura, it-trattament ħażin u l-impunità li għaddejjin bħalissa fir-rapport ta' segwitu dwar il-missjoni tiegħu lejn it-Taġikistan ta' Frar 2014;

N.  billi l-klassifikazzjoni tal-indiċi ta' korruzzjoni tat-Taġikistan jibqa' għoli b'mod inkwetanti;

O.  billi l-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem (EIDHR) huwa għodda importanti ta' finanzjament bil-għan li jappoġġja l-istat tad-dritt, il-governanza tajba u d-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż kif ukoll fir-reġjun;

P.  billi fit-22 ta' Mejju 2016, it-Taġikistan kellu referendum dwar bidliet kostituzzjonali li jippermettu lill-president fil-kariga Emomali Rahmon joħroġ mill-ġdid għall-elezzjoni b'mod indefinit;

1.  Jappella għall-ħelsien ta' dawk kollha li ġew mitfugħa l-ħabs fuq akkużi motivati politikament, inklużi Abubakr Azizkhodzhaev, Zaid Saidov, Maksud Ibragimov, il-viċi mexxejja tal-IRPT Mahmadali Hayit u Saidumar Khusaini, u 11-il membru ieħor tal-IRPT;

2.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Taġikistani jannullaw is-sentenzi, u jirrilaxxaw lill-prokuraturi u lill-avukati, inklużi Buzurgmehr Yorov, Nodira Dodajanova, Nuriddin Mahkamov, Shukhrat Kudratov u Firuz u Daler Tabarov;

3.  Jenfasizza l-importanza ta' relazzjonijiet bejn l-UE u t-Taġikistan u tat-tisħiħ tal-kooperazzjoni fl-oqsma kollha; jenfasizza l-interess tal-UE f'relazzjoni sostenibbli mat-Taġikistan f'dak li jikkonċerna l-kooperazzjoni politika u ekonomika; jenfasizza li r-relazzjonijiet politiċi u ekonomiċi mal-UE huma marbuta fil-fond mal-kondiviżjoni tal-valuri dwar ir-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, kif previst mill-Ftehim ta' Sħubija u Kooperazzjoni;

4.  Jinsab imħasseb ħafna dwar iż-żieda fl-għadd ta' detenzjonijiet u arresti ta' avukati tad-drittijiet tal-bniedem, membri tal-oppożizzjoni politika u l-qraba tagħhom, restrizzjonijiet fuq il-libertà tal-midja u l-internet u l-komunikazzjoni mobbli, u l-limitazzjoni ta' espressjoni reliġjuża;

5.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tat-Taġikistan jipprovdu lill-prokuraturi tad-difiża u lill-persunaġġi politiċi bi proċessi ġusti, miftuħa u trasparenti biex jipprovdu protezzjonijiet sustantivi u garanziji proċedurali skont l-obbligi internazzjonali tat-Taġikistan u jawtorizzaw l-investigazzjoni mill-ġdid mill-organizzazzjonijiet internazzjonali tal-ksur kollu rrappurtat kontra d-dinjità u d-drittijiet tal-bniedem; jappella biex dawk kollha mitfugħa l-ħabs jew detenuti jingħataw aċċess għal servizzi ġuridiċi indipendenti, flimkien mad-dritt li jiltaqgħu mal-membri tal-familja tagħhom b'mod regolari; ifakkar li, għal kull sentenza maħruġa, trid tiġi ppreżentata evidenza ċara li tiġġustifika l-akkużi kriminali miġjuba kontra l-imputat;

6.  Jistieden lill-Gvern Taġikistani jippermetti lil gruppi tal-oppożizzjoni joperaw liberament u jeżerċitaw il-libertajiet ta' għaqda, assoċjazzjoni, espressjoni u reliġjon, f'konformità ma' normi internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem u l-kostituzzjoni tat-Taġikistan;

7.  Jenfasizza li l-ġlieda leġittima kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti m'għandhiex tintuża bħala skuża biex trażżan l-attività tal-oppożizzjoni, timpedixxi l-libertà tal-espressjoni jew ixxekkel l-indipendenza tal-ġudikatura; ifakkar li l-libertajiet fundamentali taċ-ċittadini kollha Taġikistani jridu jiġu ggarantiti, u jinżamm l-istat tad-dritt;

8.  Jappella lill-parlament Taġikistani jieħu kont tal-fehmiet tal-midja indipendenti u tas-soċjetà ċivili fil-kunsiderazzjonijiet tiegħu tal-emendi proposti lil-Liġi dwar il-Midja fir-rigward tal-liċenzji tal-midja; jappella lill-awtoritajiet Taġikistani jieqfu milli jkomplu jimblukkaw is-siti web tal-aħbarijiet;

9.  Jappella lill-awtoritajiet Taġikistani jikkonformaw mad-dritt internazzjonali, b'mod partikolari fir-rigward tal-Liġi dwar l-Assoċjazzjonijiet Pubbliċi u l-Liġi dwar it-Tribunal u l-Prattika tal-Liġi; jappella lill-Gvern Taġikistani jiżgura li l-avukati kollha, inklużi dawk li jiddefendu lill-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem, lill-membri IRPT, lill-vittmi tat-tortura u lill-klijenti akkużati b'estremiżmu, ikunu kapaċi jwettqu l-ħidma tagħhom b'mod liberu, mingħajr biża' ta' theddid jew fastidju;

10.  Jilqa' numru ta' passi pożittivi li ħa l-Gvern Taġikistani, bħad-dekriminalizzazzjoni tal-malafama u l-insult fl-2012, u jitlob li jkun hemm implimentazzjoni xierqa tal-Kodiċi Kriminali tal-pajjiż; jilqa' l-iffirmar tal-leġiżlazzjoni li tintroduċi emendi lill-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali (CPC) u l-Liġi dwar il-Proċeduri ta' Detenzjoni u l-Kundizzjonijiet għas-Suspettati, il-Persuni Akkużati u l-Imputati, u jappella lill-awtoritajiet Taġikistani jiżguraw li dawn id-dispożizzjonijiet leġiżlattivi huma implimentati mingħajr dewmien;

11.  Jilqa' b'sodisfazzjon id-Djalogi annwali dwar id-Drittijiet tal-Bniedem UE-Taġikistan, li għandhom jindirizzaw ukoll il-kontenut ta' din ir-riżoluzzjoni; jenfasizza l-importanza ta' djalogi dwar id-drittijiet tal-bniedem li huma effikaċi u orjentati lejn ir-riżultati bejn l-UE u l-awtoritajiet Taġikistani bħala għodda li tiffaċilita it-tnaqqis ta' tensjoni fis-sitwazzjoni politika fil-pajjiż kif ukoll it-tnedija ta' riformi komprensivi;

12.  Jitlob lill-UE, u b'mod partikolari lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, iwettqu monitoraġġ mill-qrib tal-implimentazzjoni tal-istat tad-dritt fit-Taġikistan, speċjalment id-dritt ta' assoċjazzjoni u d-dritt li jiġu ffurmati partiti politiċi, fil-kuntest tal-elezzjonijiet parlamentari li jmiss fl-2020, iqajmu tħassib mal-awtoritajiet Taġikistani fejn meħtieġ, joffru assistenza u jirrappurtaw b'mod regolari lill-Parlament; jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE f'Dushanbe tkompli twettaq rwol attiv;

13.  Jinkoraġġixxi lill-awtoritajiet tat-Taġikistan jiżguraw segwitu xieraq u implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet tal-Eżami Perjodiku Universali;

14.  Jesprimi tħassib serju dwar l-użu mifrux tat-tortura, u jħeġġeġ lill-Gvern Taġikistani jimplimenta l-Pjan ta' Azzjoni tiegħu ta' Awwissu 2013 għall-implimentazzjoni tar-rakkomandazzjonijiet maħruġa mill-Kumitat kontra t-Tortura;

15.  Jieħu nota tal-konklużjonijiet tal-missjoni ta' osservazzjoni mibgħuta mill-Uffiċċju għall-Istituzzjonijiet Demokratiċi u d-Drittijiet tal-Bniedem tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa għall-elezzjonijiet parlamentari tal-1 ta' Marzu 2015 fit-Taġikistan, li jiddikjaraw li dawk l-elezzjonijiet "seħħew fi spazju politiku ristrett u ma rnexxilhomx jassiguraw kundizzjonijiet ekwi għall-kandidati", u jappella lill-awtoritajiet Taġikistani jindirizzaw fi żmien xieraq ir-rakkomandazzjonijiet kollha mressqa f'dawn il-konklużjonijiet;

16.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika tas-Sigurtà, lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, lir-Rappreżentant Speċjali tal-UE għall-Asja Ċentrali, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, u lill-Gvern u l-President tat-Taġikistan Emomali Rahmon.

 

 

(1)

ĠU C 224 E, 19.8.2010, p. 12.

(2)

ĠU C 168 E, 14.6.2013, p. 91.

(3)

Testi adottati, P8_TA(2016)0121.

Avviż legali - Politika tal-privatezza