Proċedura : 2016/2992(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-1261/2016

Testi mressqa :

RC-B8-1261/2016

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 24/11/2016 - 8.3

Testi adottati :

P8_TA(2016)0446

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA
PDF 162kWORD 47k
23.11.2016
PE593.695v01-00}
PE593.698v01-00}
PE593.701v01-00}
PE593.704v01-00}
PE593.707v01-00} RC1
 
B8-1261/2016}
B8-1264/2016}
B8-1267/2016}
B8-1270/2016}
B8-1273/2016} RC1

imressqa skont l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura

li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni mressqa mill-gruppi:

Verts/ALE (B8-1261/2016)

ECR (B8-1264/2016)

PPE (B8-1267/2016)

S&D (B8-1270/2016)

ALDE (B8-1273/2016)


dwar il-każ ta' Ildar Dadin, priġunier minħabba twemmin fir-Russja  (2016/2992(RSP))


Cristian Dan Preda, Elmar Brok, Jaromír Štětina, Roberta Metsola, Andrey Kovatchev, Eva Paunova, Jarosław Wałęsa, Tunne Kelam, Tomáš Zdechovský, Luděk Niedermayer, Lefteris Christoforou, József Nagy, Marijana Petir, Claude Rolin, Milan Zver, Pavel Svoboda, Patricija Šulin, Dubravka Šuica, Michaela Šojdrová, László Tőkés, Bogdan Brunon Wenta, Laima Liucija Andrikienė, Eduard Kukan, Stanislav Polčák, Adam Szejnfeld, Tadeusz Zwiefka, Csaba Sógor, Anna Maria Corazza Bildt, Therese Comodini Cachia, Ivan Štefanec, David McAllister, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Bogdan Andrzej Zdrojewski, Ramona Nicole Mănescu, Inese Vaidere f'isem il-Grupp PPE
Elena Valenciano, Pier Antonio Panzeri, Josef Weidenholzer, Victor Boştinaru, Clara Eugenia Aguilera García, Eric Andrieu, Maria Arena, Francisco Assis, Zigmantas Balčytis, Hugues Bayet, Brando Benifei, José Blanco López, Vilija Blinkevičiūtė, Biljana Borzan, Soledad Cabezón Ruiz, Nicola Caputo, Nicola Danti, Isabella De Monte, Doru-Claudian Frunzulică, Elena Gentile, Lidia Joanna Geringer de Oedenberg, Sylvie Guillaume, Sergio Gutiérrez Prieto, Cécile Kashetu Kyenge, Krystyna Łybacka, Vladimír Maňka, Costas Mavrides, Sorin Moisă, Alessia Maria Mosca, Victor Negrescu, Demetris Papadakis, Pina Picierno, Tonino Picula, Kati Piri, Miroslav Poche, Liliana Rodrigues, Tibor Szanyi, Marc Tarabella, Julie Ward, Damiano Zoffoli, Carlos Zorrinho f'isem il-Grupp S&D
Charles Tannock, Mark Demesmaeker, Geoffrey Van Orden, Ryszard Antoni Legutko, Ryszard Czarnecki, Tomasz Piotr Poręba, Karol Karski, Anna Elżbieta Fotyga, Angel Dzhambazki, Monica Macovei, Raffaele Fitto, Jana Žitňanská, Ruža Tomašić, Zdzisław Krasnodębski, Arne Gericke f'isem il-Grupp ECR
Johannes Cornelis van Baalen, Ramon Tremosa i Balcells, Izaskun Bilbao Barandica, Ilhan Kyuchyuk, Pavel Telička, Marietje Schaake, Beatriz Becerra Basterrechea, Petras Auštrevičius, Dita Charanzová, Fredrick Federley, Marielle de Sarnez, Gérard Deprez, Martina Dlabajová, José Inácio Faria, María Teresa Giménez Barbat, Nathalie Griesbeck, Marian Harkin, Ivan Jakovčić, Petr Ježek, Louis Michel, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Carolina Punset, Frédérique Ries, Jasenko Selimovic, Hannu Takkula, Hilde Vautmans, Paavo Väyrynen, Cecilia Wikström, Valentinas Mazuronis f'isem il-Grupp ALDE
Heidi Hautala, Rebecca Harms f'isem il-Grupp Verts/ALE

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-każ ta' Ildar Dadin, priġunier minħabba twemmin fir-Russja  (2016/2992(RSP))  

Il-Parlament Ewropew,

–  wara li kkunsidra r-rapporti u r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja, b'mod partikolari r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2012 dwar restrizzjonijiet komuni rigward il-viżi għal uffiċjali Russi involuti fil-każ ta' Sergei Magnitsky(1), tat-13 ta' Ġunju 2013 dwar l-istat tad-dritt fir-Russja(2), tat-13 ta' Marzu 2014 dwar ir-Russja: kundanna tad-dimostranti involuti fil-ġrajjiet tal-Pjazza Bolotnaya(3), ir-rakkomandazzjoni lill-Kunsill tat-2 ta' April 2014 dwar l-istabbiliment ta' restrizzjonijiet komuni rigward il-viża għal uffiċjali Russi involuti fil-każ ta' Sergei Magnitsky(4); u r-riżoluzzjonijiet tiegħu tat-23 ta' Ottubru 2014 dwar l-għeluq tal-NGO "Memorial" (rebbieħ tal-Premju Sakharov 2009) fir-Russja(5), tat-12 ta' Marzu 2015 dwar l-omiċidju tal-kap tal-oppożizzjoni Russu Boris Nemtsov u l-istat tad-demokrazija fir-Russja(6), tal-10 ta' Ġunju 2015 dwar l-istat tar-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja(7), u tal-10 ta' Settembru 2015 dwar ir-Russja, b'mod partikolari l-każijiet ta' Eston Kohver, Oleg Sentzov u Alexander Kolchenko(8),

–  wara li kkunsidra r-riżultati tas-Samit bejn l-UE u r-Russja tat-3 u l-4 ta' Ġunju 2013 u l-konsultazzjonijiet dwar id-drittijiet tal-bniedem tad-19 ta' Mejju 2013,

–  wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni Russa, u b'mod partikolari l-Artikolu 29 tagħha, li jipproteġi l-libertà ta' espressjoni, u l-Artikolu 31, li jinkludi d-dritt għall-għaqda paċifika,

–  wara li kkunsidra l-Artikoli 135(5) u 123(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A.  billi fil-bidu ta' Diċembru 2015 l-attivist Russu tal-oppożizzjoni Ildar Dadin ġie kkundannat għal tliet snin ħabs wara li organizza għadd ta' protesti u għaqdiet paċifiċi kontra l-gwerra, u dan għamlu bħala l-ewwel persuna fir-Russja li nstabet ħatja taħt liġi dwar l-għaqda pubblika iebsa adottata fl-2014;

B.  billi Ildar Dadin ġie kkundannat għal tliet snin ħabs, kundanna li tmur lilhinn mis-sentenza rakkomandata mill-prosekuzzjoni ta' sentejn ħabs; billi s-sentenza tnaqqset b'appell għal sentejn u nofs;

C.  billi matul il-priġunerija tiegħu li għadha għaddejja, is-Sur Dadin allegatament sofra tortura, swat, trattament inuman u theddid ta' qtil ripetuti min-naħa tal-awtoritajiet Russi, fil-kolonja penali numru 7 f'Karelia;

D.  billi l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem (QEDB) approvat it-talba tal-avukat tas-Sur Dadin u obbligat lill-Federazzjoni Russa tiżgura investigazzjoni effettiva, tressaq lis-Sur Dadin f'penitenzjarju differenti u tiżgura l-komunikazzjoni tiegħu mar-rappreżentant legali tiegħu;

E.  billi l-każ ta' Ildar Dadin mhuwiex iżolat, u rapporti kredibbli dwar id-drittijiet tal-bniedem jindikaw l-użu sistematiku tat-tortura, trattament ħażin u trattament inuman fis-sistema penali Russa; billi dawk li jwettqu u li huma responsabbli mit-tortura u l-abbuż ta' dawk fil-ħabs jew f'faċilitajiet penali u ta' detenzjoni ta' spiss igawdu minn impunità;

F.  billi fit-3 ta' Novembru 2016, Thorbjørn Jagland, is-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, esprima t-tħassib tiegħu dwar l-allegazzjonijiet ta' trattament ħażin tas-Sur Dadin lil Alexander Konovalov, Ministru tal-Ġustizzja tal-Federazzjoni Russa;

G.  billi n-numru ta' priġunieri politiċi fir-Russja żdied b'mod sinifikanti f'dawn l-aħħar snin u, skont il-Memorial Human Rights Centre, issa huwa ta' 102 priġunier, fosthom Alexander Kostenko Fedorovic, Ivan Nepomnyaschih, Dmitry Buchenkov, Vladimir Ionov, Maxim Panfilov u oħrajn; billi fl-2015 ir-Russja nstabet li kisret il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem 109 darbiet, fi kliem ieħor aktar minn kwalunkwe pajjiż ieħor;

H.  billi kienu rreġistrati 197 mewta fil-kustodja tal-pulizija fl-2015, inklużi 109 dovuti għal "deterjorament f'daqqa tal-kundizzjonijiet tas-saħħa" u 62 suwiċidju, u dan jista' jindika abbuż, tortura u trattament ħażin mifruxa ta' priġunieri fis-sistema penitenzjarja tal-Federazzjoni Russa;

I.  billi fis-26 ta' Ottubru 2016 qorti f'Moska imponiet multa ta' 300 000 rubli liċ-Ċentru Analitiku Yuriy Levada (Ċentru Levada), waħda mit-tliet organizzazzjonijiet prinċipali li jistudjaw l-opinjoni pubblika fir-Russja, minħabba li dan kien naqas milli jirreġistra bħala "aġent barrani";

J.  billi l-President Putin dan l-aħħar iffirma digriet li bih ir-Russja minn issa 'l quddiem tirrifjuta li tipparteċipa fl-Istatut ta' Ruma tal-Qorti Kriminali Internazzjonali (QKI); billi f'dikjarazzjoni, il-Ministeru għall-Affarijiet Barranin Russu iddeskriva x-xogħol tal-QKI bħala "ineffiċjenti u parzjali" u esprima tħassib dwar l-investigazzjoni tagħha rigward l-avvenimenti ta' Awwissu 2008 fl-Ossezja tan-Nofsinhar; billi l-prosekuturi tal-QKI ressqu rapport fuq il-websajt tal-qorti li jiddikjara li "l-okkupazzjoni Russa kienet akkumpanjata minn fastidju u intimidazzjoni tat-Tatari tal-Krimea";

K.  billi f'Ottubru 2016 il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li ma jerġax jeleġġi lir-Russja bħala membru, wara li aktar minn 80 organizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u tal-għajnuna internazzjonali ffirmaw ittra li tħeġġeġ lill-membri tan-NU jimblukkaw l-elezzjoni tar-Russja f’dan il-korp;

1.  Jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta' Ildar Dadin u ta' dawk kollha li ġew arrestati fuq akkużi foloz jew mhux sostanzjati jew għaliex użaw id-dritt tagħhom tal-libertà tal-espressjoni u tal-għaqda;

2.  Huwa mħasseb profondament li l-Kodiċi Kriminali tal-Federazzjoni Russa ġie emendat permezz ta' artikolu li jqiegħed restrizzjonijiet ġodda fuq il-laqgħat pubbliċi u jipprovdi biex tali laqgħat jitqiesu bħala att kriminali;

3.  Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jwettqu investigazzjoni dettaljata u trasparenti dwar l-allegazzjonijiet magħmula minn Ildar Dadin ta' tortura u trattament ħażin, bil-parteċipazzjoni ta' esperti indipendenti dwar id-drittijiet tal-bniedem; jitlob li ssir investigazzjoni indipendenti dwar l-allegazzjonijiet ta' tortura, abbuż u trattament degradanti u inuman min-naħa ta' uffiċjali tal-Istat Russu f'faċilitajiet ta' detenzjoni, kampijiet tax-xogħol u ħabsijiet;

4.  Jistieden lill-Federazzjoni Russa, f'dan ir-rigward, biex twettaq reviżjoni fil-fond tas-sistema penitenzjarja tagħha bl-għan li tinbeda riforma profonda tas-sistema, u li jiġu implimentati bis-sħiħ l-istandards maqbula skont il-konvenzjonijiet internazzjonali rilevanti;

5.  Jesprimi s-solidarjetà tiegħu ma' dawk li ġew arrestati fir-Russja u fit-territorji okkupati temporanjament tal-Ukrajna, inklużi t-Tatari tal-Krimea, abbażi ta' akkużi foloz u mhux sostanzjati, u jitlob il-ħelsien immedjat tagħhom;

6.  Ifakkar lir-Russja dwar l-importanza tal-konformità sħiħa mal-obbligi legali internazzjonali tagħha, bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa u tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, u mad-drittijiet fundamentali tal-bniedem u mal-istat tad-dritt kif minquxa f'diversi trattati u ftehimiet internazzjonali li r-Russja iffirmat u hija firmatarja tagħhom; jenfasizza li l-Federazzjoni Russa tista' titqies bħala sieħeb affidabbli fil-qasam tal-kooperazzjoni internazzjonali unikament jekk timxi mal-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali; f'dan ir-rigward, jesprimi t-tħassib tiegħu dwar id-digriet presidenzjali li jirtira lir-Russja mill-Istatut ta' Ruma tal-QKI;

7.  Jistieden lill-gvern tar-Russja biex jieħu passi konkreti u immedjati biex jikkonforma mas-sentenzi kollha tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem kontra r-Russja; f'dan ir-rigward jiddispjaċih dwar il-fatt li l-Federazzjoni Russa, b'leġiżlazzjoni ġdida adottata f'Diċembru 2015, tat is-setgħa lill-Qorti Kostituzzjonali tagħha li tbiddel is-sentenzi tal-QEDB;

8.  Iħeġġeġ lill-Kunsill jiżviluppa politika komuni fir-rigward tar-Russja li timpenja lit-28 Stat Membru tal-UE u lill-istituzzjonijiet tal-UE li jibagħtu messaġġ komuni qawwi dwar ir-rwol tad-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja u r-rispett tad-dritt internazzjonali; jistieden lill-VP/RGħ biex, flimkien mas-SEAE u l-Kummissjoni, tiżviluppa strateġija sostantiva u konkreta li tappoġġa lis-soċjetà ċivili u lill-organizzazzjonijiet Russi, bl-użu tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u d-Drittijiet tal-Bniedem;

9.  Jistieden lill-Kunsill jadotta sensiela ta' sanzjonijiet immirati biex jikkastigaw lil dawk responsabbli għal dan it-trattament ħażin ta' Ildar Dadin u ta' attivisti oħra tad-drittijiet tal-bniedem;

10.  Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lis-SEAE, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, u lill-President, lill-Gvern u l-Parlament tal-Federazzjoni Russa.

 

(1)

ĠU C 68E, 7.3.2014, p. 13.

(2)

ĠU C 65, 19.2.2016, p. 150.

(3)

Testi adottati, P7_TA(2014)0253.

(4)

Testi adottati, P7_TA(2014)0258.

(5)

Testi adottati, P8_TA(2014)0039.

(6)

Testi adottati, P8_TA(2015)0074.

(7)

Testi adottati P8_TA(2015)0225.

(8)

Testi adottati P8_TA(2015)0314.

Avviż legali - Politika tal-privatezza