Proċedura : 2019/2580(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B8-0177/2019

Testi mressqa :

RC-B8-0177/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 14/03/2019 - 11.13
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P8_TA(2019)0215

<Date>{13/03/2019}13.3.2019</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B8-0177/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0178/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0179/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0180/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B8-0181/2019</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 164kWORD 56k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B8-0177/2019 (Verts/ALE)

B8-0178/2019 (PPE)

B8-0179/2019 (ECR)

B8-0180/2019 (ALDE)

B8-0181/2019 (S&D)</TablingGroups>


<Titre>dwar reġim Ewropew ta' sanzjonijiet għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem </Titre>

<DocRef>(2019/2580(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Laima Liucija Andrikienė, Sandra Kalniete, Esther de Lange, Cristian Dan Preda, David McAllister, José Ignacio Salafranca Sánchez-Neyra, Dubravka Šuica, Elmar Brok, Lorenzo Cesa, Michael Gahler, Gunnar Hökmark, Tunne Kelam, Eduard Kukan, Jaromír Štětina, Fernando Ruas</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>Elena Valenciano, Victor Boştinaru, Knut Fleckenstein, Soraya Post, Pier Antonio Panzeri, Ana Gomes</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Charles Tannock, Ryszard Czarnecki, Anna Elżbieta Fotyga</Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

<Depute>Marietje Schaake, Petras Auštrevičius, Beatriz Becerra Basterrechea, Izaskun Bilbao Barandica, Gérard Deprez, Marian Harkin, Ivan Jakovčić, Ilhan Kyuchyuk, Valentinas Mazuronis, Louis Michel, Javier Nart, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa Ruiz, Carolina Punset, Jozo Radoš, Frédérique Ries, Jasenko Selimovic, Pavel Telička, Ivo Vajgl, Matthijs van Miltenburg, Hilde Vautmans</Depute>

<Commission>{ALDE}f'isem il-Grupp ALDE</Commission>

<Depute>Barbara Lochbihler, Heidi Hautala, Judith Sargentini, Margrete Auken, Bodil Valero</Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

</RepeatBlock-By>


Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar reġim Ewropew ta' sanzjonijiet għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem

(2019/2580(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu li talbu għal mekkaniżmu fil-livell tal-UE għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet immirati fil-konfront ta' individwi involuti fi ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 Diċembru 2010 dwar ir-Rapport Annwali 2009 dwar id-Drittijiet tal-Bniedem fid-Dinja u l-politika tal-UE dwar il-kwistjoni[1] u r-riżoluzzjoni tiegħu tal-11 ta' Marzu 2014 dwar il-qerda tat-tortura fid-dinja[2],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu fl-ambitu tal-Artikolu 135 tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu li talbu l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet immirati fil-konfront ta' individwi involuti fi ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem, inklużi dawk tad-19 Jannar 2017 dwar is-sitwazzjoni fil-Burundi[3], tal-5 ta' Lulju 2018 dwar il-Burundi[4], tat-18 ta' Mejju 2017 dwar is-Sudan t'Isfel[5], tal-14 ta' Ġunju 2017 dwar is-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo[6], tat-18 ta' Jannar 2018 dwar ir-Repubblika Demokratika tal-Kongo[7], tal-14 Settembru 2017 dwar il-Gabon: trażżin tal-oppożizzjoni[8], tal-5 Ottubru 2017 dwar is-sitwazzjoni fil-Maldivi[9], tal-5 ta' Ottubru 2017 dwar il-każijiet tal-mexxejja tat-Tatari tal-Krimea, Akhtem Chiygoz u Ilmi Umerov, u tal-ġurnalista Mykola Semena[10], tat-30 Novembru 2017[11] u tal-4 ta' Ottubru 2018[12] dwar is-sitwazzjoni fil-Jemen, tal-14 ta'Diċembru 2014 dwar il-Kambodja: b'mod partikolari x-xoljiment tal-Partit tas-Salvataġġ Nazzjonali tal-Kambodja (CNRP)[13], tal-14 ta' Diċembru 2017 dwar is-sitwazzjoni tar-Rohingya[14], tal-15 ta' Marzu 2018 dwar is-sitwazzjoni fis-Sirja[15], tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar is-sitwazzjoni fil-Venezwela[16], tat-13 ta' Settembru 2018 dwar il-Myanmar, b'mod partikolari l-każ tal-ġurnalisti Wa Lone u Kyaw Soe Oo[17], tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar is-sitwazzjoni fil-Baħar ta' Azov[18], tal-25 ta' Ottubru 2018 dwar il-qtil tal-ġurnalist Jamal Khashoggi fil-konsulat Sawdi f'Istanbul[19] u tal-14 ta' Frar 2019 dwar is-sitwazzjoni fiċ-Ċeċenja u l-każ ta' Oyub Titiev[20],

 wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tiegħu lill-Kunsill, tat-2 ta' April 2014, dwar l-istabbiliment ta' restrizzjonijiet komuni rigward il-viża għal uffiċjali Russi involuti fil-każ ta' Sergei Magnitsky[21];

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Diċembru 2018 dwar ir-rapport annwali dwar id-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija fid-dinja 2017 u l-politika tal-Unjoni Ewropea dwar il-kwistjoni[22],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-13 ta' Settembru 2017 dwar il-korruzzjoni u d-drittijiet tal-bniedem f'pajjiżi terzi[23],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Marzu 2019 dwar l-istat tar-relazzjonijiet politiċi UE-Russja[24],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-4 ta' Frar 2016 dwar il-qtil tal-massa sistematiku ta' minoranzi reliġjużi mill-hekk imsejħa 'ISIS/Da'esh'[25],

 wara li kkunsidra t-Titolu V, Kapitolu 2 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea (TUE), rigward l-adozzjoni ta' sanzjonijiet fl-ambitu tal-Politika Estera u ta' Sigurtà Komuni (PESK),

 wara li kkunsidra l-Artikolu 215 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) dwar l-adozzjoni ta' sanzjonijiet kemm fil-konfront ta' pajjiżi terzi kif ukoll fil-konfront ta' individwi, gruppi u entitajiet mhux statali,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni 25 tat-Trattat ta' Lisbona dwar il-ħtieġa li jiġu żgurati d-drittijiet ta' proċess ġust ta' individwi jew entitajiet ikkonċernati minn miżuri restrittivi tal-UE jew minn miżuri tal-UE fil-ġlieda kontra t-terroriżmu,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-protokolli tagħha,

 wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija (2015-2019),

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni fl-okkażjoni tad-Diskors dwar l-Istat tal-Unjoni mill-President Jean-Claude Juncker fit-12 ta' Settembru 2018 li fiha jipproponi li l-Istati Membri jagħmlu użu mir-regoli eżistenti tal-UE biex jimxu minn unanimità għal votazzjoni b'maġġoranza kwalifikata f'ċerti oqsma tal-PESK tal-UE, bħar-rispons kollettiv għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem u l-applikazzjoni ta' sanzjonijiet effikaċi,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-10 ta' Diċembru 2018 mill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) wara l-laqgħa tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE ta' Diċembru 2018,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tal-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa tat-22 ta' Jannar 2019 intitolata "Sergei Magnitsky and beyond – fighting impunity by targeted sanctions" (Sergei Magnitsky u każijiet simili – il-ġlieda kontra l-impunità permezz ta' sanzjonijiet immirati),

 wara li kkunsidra l-istudju tiegħu ta' April 2018 intitolat "Targeted sanctions against individuals on grounds of grave human rights violations – impact, trends and prospects at EU level" (Sanzjonijiet immirati fil-konfront ta' individwi responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem – l-impatt, ix-xejriet u l-prospetti fil-livell tal-UE),

 wara li kkunsidra l-proposta tal-14 ta' Novembru 2018 għal Kummissjoni Ewropea għall-Projbizzjoni fuq id-Dħul minħabba Ksur tad-Drittijiet tal-bniedem,

 wara li kkunsidra l-laqgħa tal-20 ta' Novembru 2018 fin-Netherlands dwar ir-reġim globali ta' sanzjonijiet tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem,

 wara li kkunsidra l-Artikolu 123(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-Artikolu 21 tat-TUE jistipula li l-azzjonijiet tal-Unjoni għandhom ikunu ggwidati mid-demokrazija, l-istat tad-dritt, l-universalità u l-indiviżibbiltà tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali, ir-rispett għad-dinjità tal-bniedem, il-prinċipji tal-ugwaljanza u tas-solidarjetà, u r-rispett għall-prinċipji tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti u tad-dritt internazzjonali;

B. billi l-UE hija impenjata għall-implimentazzjoni sistematika ta' sanzjonijiet deċiżi mill-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU skont il-Kapitolu VII tal-Karta tan-NU, u fl-istess waqt timponi sanzjonijiet awtonomi fl-assenza ta' mandat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU f'każijiet fejn il-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU ma jkollux is-setgħa li jieħu azzjoni jew ikun imċaħħad milli jagħmel dan minħabba nuqqas ta' ftehim fost il-membri tiegħu;

C. billi matul dawn l-aħħar għoxrin sena s-sanzjonijiet tal-UE (magħrufa wkoll bħala miżuri restrittivi) saru parti integrali mis-sett ta' għodod tal-UE fil-qasam tar-relazzjonijiet barranin, b'aktar minn 40 miżura restrittiva differenti attwalment fis-seħħ fil-konfront ta' 34 pajjiż; billi huwa stmat li żewġ terzi tas-sanzjonijiet tal-UE speċifiċi għall-pajjiż ġew imposti b'appoġġ għal għanijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u tad-demokrazija;

D. billi s-sanzjonijiet immirati b'mod personali huma mfassla biex jimminimizzaw il-konsegwenzi negattivi għal dawk li mhumiex responsabbli għall-politiki jew l-azzjonijiet li wasslu għall-adozzjoni tagħhom, b'mod partikolari fuq il-popolazzjonijiet ċivili lokali u fuq attivitajiet leġittimi fil-pajjiż ikkonċernat jew mal-pajjiż ikkonċernat; billi dawn jolqtu b'mod dirett lill-persuni responsabbli għall-ksur, u jservu ta' deterrent;

E. billi s-sanzjonijiet kollha adottati mill-UE huma konformi għalkollox mal-obbligi skont id-dritt internazzjonali, inklużi dawk relatati mad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; billi s-sanzjonijiet għandhom jiġu rieżaminati b'mod regolari bl-għan li jiġi żgurat li qed jikkontribwixxu biex jintlaħqu l-objettivi ddikjarati tagħhom;

F. billi, minbarra s-sanzjonijiet speċifiċi għall-pajjiż li għandhom l-għan li jwasslu għal bidliet fl-imġiba tal-Istati, l-UE reċentement introduċiet miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta' armi kimiċi u l-attakki ċibernetiċi, kif ukoll miżuri speċifiċi biex jiġi miġġieled it-terroriżmu;

G. billi s-sanzjonijiet eżistenti tal-UE jolqtu kemm l-atturi statali kif ukoll dawk mhux statali, bħalma huma t-terroristi u l-gruppi terroristiċi;

H. billi f'dawn l-aħħar xhur kien hemm bosta każijiet ta' ksur tas-sanzjonijiet tal-Unjoni min-naħa ta' kumpaniji tal-UE jew saħansitra ta' Stati Membri tal-UE; billi dawn l-eżempji jispjegaw l-bżonn li jiġu ċċarati ulterjorment il-kamp ta' applikazzjoni u l-portata tas-sanzjonijiet attwalment fis-seħħ, kif ukoll jiġi ċċarat sa liema punt il-pajjiżi u l-kumpaniji huma responsabbli milli jiżguraw li l-użu finali jew id-destinazzjoni tal-prodotti u tas-servizz tagħhom ma jkunux sottoposti għal sanzjonijiet;

I. billi l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri tal-UE huma responsabbli mill-infurzar tas-sanzjonijiet, filwaqt li tali miżuri huma deċiżi f'livell Ewropew;

J. billi fl-2016 il-Kungress tal-Istati Uniti adotta il-Global Magnitsky Act, b'segwitu għas-Sergei Magnitsky Rule of Law Accountability Act tal-2012, li kien maħsub biex jissanzjona lill-persuni responsabbli mill-mewt ta' Sergej Magnitsky meta kien taħt arrest preventiv f'ħabs Russu qabel is-smigħ tal-kawża, wara li bata kundizzjonijiet diżumani, negliġenza deliberata u tortura;

K. billi l-Estonja, il-Latvja, il-Litwanja, ir-Renju Unit, il-Kanada u l-Istati Uniti adottaw liġijiet fil-materja ta' sanzjonijiet għal ksur tad-drittijiet tal-bniedem, jiġifieri l-liġijiet tat-tip Magnitsky; billi l-Parlament f'diversi okkażjonijiet talab li jitwaqqaf reġim globali simili ta' sanzjonijiet tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem li jkun jiżgura l-konsistenza u l-effikaċja tal-iffriżar tal-assi, tal-projbizzjonijiet ta' viża u ta' sanzjonijiet oħrajn imposti fuq il-persuni u l-entitajiet tal-Istati Membri u f'livell tal-UE;

L. billi l-Gvern Netherlandiż ta bidu għal diskussjoni fost l-Istati Membri tal-UE f'Novembru 2018 dwar l-opportunità politika ta' reġim ta' sanzjonijiet immirati fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem fil-livell tal-UE; billi għadhom għaddejjin diskussjonijiet preliminari fil-livell tal-grupp ta' ħidma tal-Kunsill;

1. Jikkundanna bil-qawwa kull ksur tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kollha; jistieden lill-Kunsill jistabbilixxi malajr reġim ta' sanzjonijiet awtonomu, flessibbli u reattiv fil-livell tal-UE, li jkun jippermetti li jiġu mmirati dawk il-persuni, l-atturi statali u mhux statali u entitajiet oħrajn responsabbli minn ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew involuti fih;

2. Jenfasizza li reġim ta' sanzjonijiet tal-UE għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem għandu jiżviluppa ulterjorment il-proposti għal riżoluzzjonijiet preċedenti, li fihom intalab mekkaniżmu fil-livell tal-UE għall-impożizzjoni ta' sanzjonijiet immirati; huwa tal-fehma li reġim ta' sanzjonijiet tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem dirett lejn il-persuni involuti fil-ksur tad-drittijiet tal-bniedem fi kwalunkwe parti tad-dinja għandu espliċitament u simbolikament iġib l-isem ta' Sergei Magnitsky; jilqa' pożittivament il-fatt li f'diversi pajjiżi ġiet attwata leġiżlazzjoni simili kontra dawk responsabbli minn ksur tad-drittijiet tal-bnidem fid-dinja kollha; jisħaq fuq il-bżonn ta' kooperazzjoni trans-Atlantika biex dawk responsabbli mill-ksur tad-drittijiet tal-bniedem jagħtu kont ta' għemilhom; iħeġġeġ lill-Istati l-oħra jiżviluppaw strumenti simili;

3. Jemmen bis-sħiħ li reġim bħal dan huwa parti essenzjali mis-sett ta' għodod eżistenti tal-UE fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem u l-politika barranija, u jkun isaħħaħ ir-rwol tal-UE bħala attur globali tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari fil-ġlieda tagħha kontra l-impunità u fl-appoġġ tagħha lill-vittmi ta' abbużi u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fid-dinja kollha;

4. Jisħaq fuq il-punt li dan ir-reġim għandu jippermetti l-impożizzjoni ta' miżuri restrittivi, b'mod partikolari l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet fuq id-dħul fl-UE, fil-konfront ta' kwalunkwe persuna jew entità responsabbli mill-ippjanar, mit-tmexxija jew mit-twettiq ta' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew abbużi u atti ta' korruzzjoni sistemika marbuta ma' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem jew li kienet involuta f'dawn l-atti, tat assistenza, iffinanzjathom jew tat kontribut fihom; jenfasizza l-bżonn li tiġi definita b'mod ċar il-portata tal-ksur kif ukoll li jiġu stabbiliti mezzi legali xierqa li permezz tagħhom ikun jista' jiġi kkontestat it-tniżżil f'lista;

5. Huwa konvint mill-effett pożittiv li dan ir-reġim il-ġdid se jkollu fuq l-imġiba tal-persuni u tal-entitajiet ikkonċernati, kif ukoll mill-effett ta' deterrent tiegħu; jenfasizza, għal dan l-għan, il-ħtieġa li l-Istati Membri kollha tal-UE jinterpretaw, jispjegaw u jinfurzaw l-applikazzjoni tas-sanzjonijiet bl-istess mod konsistenti; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni jsaħħu l-kooperazzjoni u l-kondiviżjoni tal-informazzjoni u jiżviluppaw mekkaniżmu Ewropew ta' sorveljanza u infurzar;

6. Jilqa' b'sodisfazzjon il-proposta tal-President tal-Kummissjoni biex imorru lil hinn mill-unanimità fil-proċess deċiżjonali tal-Kunsill fl-oqsma tal-PESK, u jħeġġeġ lill-Kunsill jadotta dan l-istrument ta' sanzjonijiet il-ġdid b'tali mod li l-impożizzjoni ta' sanzjonijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem tkun x'aktarx tista' tiġi adottata b'maġġoranza kwalifikata fil-Kunsill;

7. Jappoġġa d-diskussjonijiet preliminari fil-livell tal-Kunsill dwar l-istabbiliment ta' tali strument ta' sanzjonijiet; iħeġġeġ lir-RGħ u lis-servizzi tagħha jadottaw approċċ kostruttiv u proattiv biex dawn id-diskussjonijiet jaslu għal konklużjoni pożittiva qabel it-tmiem ta' din il-leġiżlatura u jistenna li tirrapporta lura lill-Parlament; jenfasizza l-importanza tar-rwol ta' skrutinju tal-Parlament fuq dan ir-reġim futur, b'mod partikolari fir-rigward tal-kamp ta' applikazzjoni u d-definizzjoni tal-kriterji għat-tniżżil fil-listi, kif ukoll il-possibbiltajiet għal rimedju ġudizzjarju;

8. Jistieden lill-Istati Membri kollha jiżguraw li l-awtoritajiet tagħhom, il-kumpaniji u l-atturi reġistrati fit-territorji tagħhom jikkonformaw b'mod sħiħ mad-deċiżjonijiet tal-Kunsill dwar miżuri restrittivi fil-konfront ta' persuni u entitajiet, u, b'mod partikolari, l-iffriżar tal-assi tal-persuni mniżżlin fil-listi u r-restrizzjonijiet fuq l-ammissjoni fit-territorji rispettivi tagħhom bħala konsegwenza ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem; jesprimi tħassib dwar rapporti reċenti ta' ksur ta' dawn id-deċiżjonijiet u jfakkar lill-Istati Membri fl-obbligu tagħhom, skont id-dritt internazzjonali, li jiżguraw l-arrest u l-prosekuzzjoni ta' dawk preżenti fit-territorju tagħhom li jkunu suspettati li wettqu reati li jinvolvu atroċitajiet;

9. Jissottolinja li kooperazzjoni akbar u kondiviżjoni akbar tal-informazzjoni bejn dawn l-awtoritajiet, kif ukoll mekkaniżmu Ewropew ta' infurzar, huma essenzjali biex jiġi żgurat li l-miżuri restrittivi tal-UE fis-seħħ jiġu infurzati u interpretati b'mod uniformi u li l-kumpaniji Ewropej ikunu jistgħu joperaw f'kundizzjonijiet ekwi;

10. Jinsisti fuq l-importanza tal-konsistenza u l-komplementarjetà tar-reġim ta' sanzjonijiet fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem mal-politiki eżistenti tal-UE u mal-miżuri restrittivi orizzontali u speċifiċi għall-pajjiż fis-seħħ; jinsisti, f'dan ir-rigward, li r-reġim il-ġdid ma għandux jissostitwixxi l-kamp ta' applikazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem tal-miżuri attwali speċifiċi għall-pajjiż; iqis, barra minn hekk, li kwalunkwe reġim futur jeħtieġ li jkun totalment komplementari u konsistenti mal-qafas internazzjonali eżistenti fil-qasam tas-sanzjonijiet, b'mod partikolari fir-rigward tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti;

11. Jissottolinja li l-kredibbiltà u l-leġittimità ta' dan ir-reġim jiddependu mill-konformità sħiħa tiegħu mal-ogħla standards possibbli f'termini ta' protezzjoni u rispett tad-drittijiet għal proċess ġust tal-persuni u tal-entitajiet ikkonċernati; jinsisti, f'dan ir-rigward, li d-deċiżjonijiet li persuni jew entitajiet jitniżżlu fil-listi, jew li jitħassru minnhom, ikunu bbażati fuq kriterji ċari, trasparenti u distinti u jkunu marbuta direttament mar-reat kommess, bil-għan li jiġu garantiti stħarriġ ġudizzjarju bir-reqqa u d-drittijiet għal rimedju; jitlob l-inklużjoni sistematika ta' parametri referenzjarji ċari u speċifiċi u ta' metodoloġija għat-tneħħija tas-sanzjonijiet u għat-tneħħija mil-lista;

12. Jisħaq fuq il-punt li l-prosekuzzjoni kriminali tal-awturi ta' ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem u atroċitajiet minn ġurisdizzjonijiet nazzjonali jew internazzjonali għandha tibqa' l-objettiv ewlieni tal-isforzi mwettqa mill-UE u mill-Istati Membri tagħha fil-ġlieda kontra l-impunità; itenni l-prinċipju tal-ġurisdizzjoni universali f'dan ir-rigward; jistieden lill-Kunsill jinkludi l-ksur transfruntier fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-reġim; jisħaq fuq il-bżonn ta' kooperazzjoni multilaterali koordinata biex tiġi evitata l-evażjoni tas-sanzjonijiet;

13. Jistieden lill-Kummissjoni tiddedika riżorsi u għarfien espert adegwati għall-infurzar u għall-monitoraġġ ta' dan ir-reġim ladarba dan ikun fis-seħħ, kif ukoll tagħti attenzjoni partikolari lill-komunikazzjoni pubblika dwar il-listi, kemm fl-UE kif ukoll fil-pajjiżi kkonċernati;

14. Jagħti ġieħ lill-isforzi bla heda tal-attivisti tas-soċjetà ċivili favur tali reġim; jinkoraġġixxi l-ħolqien ta' kumitat konsultattiv fil-livell tal-UE;

15. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa.

[1] ĠU C 169E, 15.6.2012, p. 81.

[2] ĠU C 378, 9.11.2017, p. 52.

[3] ĠU C 242, 10.7.2018, p. 10.

[4] Testi adottati, P8_TA(2018)0305.

[5] ĠU C 307, 30.8.2018, p. 92.

[6] ĠU C 331, 18.9.2018, p. 97.

[7] Testi adottati, P8_TA(2018)0015.

[8] ĠU C 337, 20.9.2018, p. 102.

[9] ĠU C 346, 27.9.2018, p. 90.

[10] ĠU C 346, 27.9.2018, p. 86.

[11] ĠU C 356, 4.10.2018, p. 104.

[12] Testi adottati, P8_TA(2018)0383.

[13] ĠU C 369, 11.10.2018, p. 76.

[14] ĠU C 369, 11.10.2018, p. 91.

[15] Testi adottati, P8_TA(2018)0090.

[16] Testi adottati, P8_TA(2018)0436.

[17] Testi adottati, P8_TA(2018)0345.

[18] Testi adottati, P8_TA(2018)0435.

[19] Testi adottati, P8_TA(2018)0434.

[20] Testi adottati, P8_TA(2019)0115.

[21] ĠU C 408, 30.11.2017, p. 43.

[22] Testi adottati, P8_TA(2018)0515.

[23] ĠU C 337, 20.9.2018, p. 82.

[24] Testi adottati, P8_TA-PROV(2019)0157.

[25] ĠU C 35, 31.1.2018, p. 77.

Aġġornata l-aħħar: 14 ta' Marzu 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza