Proċedura : 2019/2880(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B9-0138/2019

Testi mressqa :

RC-B9-0138/2019

Dibattiti :

PV 24/10/2019 - 3.2
CRE 24/10/2019 - 3.2

Votazzjonijiet :

PV 24/10/2019 - 8.2

Testi adottati :

P9_TA(2019)0043

<Date>{23/10/2019}23.10.2019</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B9-0138/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0139/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0141/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0143/2019</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 175kWORD 53k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B9-0138/2019 (Verts/ALE)

B9-0139/2019 (GUE/NGL)

B9-0141/2019 (Renew)

B9-0143/2019 (S&D)</TablingGroups>


<Titre> dwar l-Eġittu </Titre>

<DocRef>(2019/2880(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute> Kati Piri, Maria Arena </Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Petras Auštrevičius, Atidzhe Alieva-Veli, Phil Bennion, Izaskun Bilbao Barandica, Olivier Chastel, Anna Júlia Donáth, Valter Flego, Luis Garicano, Barbara Ann Gibson, Klemen Grošelj, Svenja Hahn, Martin Hojsík, Antony Hook, Irena Joveva, Karin Karlsbro, Elsi Katainen, Ondřej Kovařík, Ilhan Kyuchyuk, Karen Melchior, Javier Nart, Jan-Christoph Oetjen, Urmas Paet, Maite Pagazaurtundúa, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Michal Šimečka, Susana Solís Pérez, Ramona Strugariu, Viktor Uspaskich, Hilde Vautmans</Depute>

<Commission>{Renew}f'isem il-Grupp Renew</Commission>

<Depute> Hannah Neumann, Monika Vana, Gina Dowding, Katrin Langensiepen, Salima Yenbou, Erik Marquardt, Ernest Urtasun, Pär Holmgren, Alice Kuhnke, Mounir Satouri, Ellie Chowns </Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

<Depute> Miguel Urbán Crespo, Marisa Matias, Idoia Villanueva Ruiz, Eugenia Rodríguez Palop, Anne-Sophie Pelletier, Manuel Bompard </Depute>

<Commission>{GUE/NGL}f'isem il-Grupp GUE/NGL

<Depute>Rosa D’Amato, Fabio Massimo Castaldo, Laura Ferrara, Ignazio Corrao, Daniela Rondinelli, Piernicola Pedicini</Depute>

</Commission>

</RepeatBlock-By>

EMENDI

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-Eġittu

(2019/2880(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Eġittu, b'mod partikolari dawk tas-17 ta' Lulju 2014 dwar il-libertà ta' espressjoni u ta' għaqda fl-Eġittu[1], tal-15 ta' Jannar 2015 dwar is-sitwazzjoni fl-Eġittu[2], tal-10 ta' Marzu 2016 dwar l-Eġittu, b'mod partikolari l-każ ta' Giulio Regeni[3], tat-8 ta' Frar 2018 dwar l-eżekuzzjonijiet fl-Eġittu[4], u tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar l-Eġittu, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem[5],

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill Affarijiet Barranin tal-UE (KAB) dwar l-Eġittu ta' Awwissu 2013 u Frar 2014,

 wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-2001, li daħal fis-seħħ fl-2004, u kien konsolidat permezz tal-Pjan ta' Azzjoni tal-2007; wara li kkunsidra l-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu 2017-2020, adottati formalment fil-25 ta' Lulju 2017, id-dikjarazzjoni konġunta maħruġa wara l-Kunsill ta' Assoċjazzjoni UE-Eġittu tal-2017, u d-dikjarazzjoni konġunta maħruġa wara s-sitt laqgħa tas-Sottokumitat UE-Eġittu dwar Kwistjonijiet Politiċi, id-Drittijiet tal-Bniedem u d-Demokrazija f'Ġunju 2019,

 wara li kkunsidra l-Punt 4 tad-Dikjarazzjoni tal-UE fil-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tad-19 ta' Settembru li jsemmi l-Eġittu,

 wara li kkunsidra l-Qafas Strateġiku u l-Pjan ta' Azzjoni ġodda tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li għandhom l-għan li jqiegħdu l-protezzjoni u s-sorveljanza tad-drittijiet tal-bniedem fil-qalba tal-politiki kollha tal-UE,

 wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-Piena tal-Mewt, dwar it-Tortura, dwar il-Libertà ta' Espressjoni u dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

 wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali (ICESCR), il-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, u l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal, li kollha kienu ratifikati min-naħa tal-Eġittu,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-27 ta' Settembru 2019 mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem Michelle Bachelet dwar il-protesti fl-Eġittu,

 wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Eġittu, b'mod partikolari l-Artikolu 52 (dwar il-projbizzjoni tat-tortura fil-forom u t-tipi kollha), l-Artikolu 73 (dwar il-libertà ta' għaqda) u l-Artikolu 93 (dwar in-natura vinkolanti tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem),

 wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli tal-1981, ratifikata mill-Eġittu fl-20 ta' Marzu 1984,

 wara li kkunsidra l-Karta Għarbija dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li l-Eġittu huma parti fiha,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2473 (2019) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU adottata f'Ġunju 2019 li ġġedded il-miżuri maħsuba li jimplimentaw l-embargo fuq l-armi kontra l-Libja,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi huwa rrappurtat li fil-ġimgħat li għaddew l-awtoritajiet Eġizzjani arrestaw b'mod arbitrarju aktar minn 4 300 persuna (kważi 3 000 minnhom għadhom f'detenzjoni ta' qabel il-proċess), fosthom mill-inqas 114-il mara – u mill-inqas 111-il tifel u tifla skont l-Amnesty International u l-Belady Foundation – bi tweġiba għal dimostrazzjonijiet paċifiċi li bdew fl-20 ta' Settembru 2019; billi ġie rrappurtat li kienet intużat forza eċċessiva mis-servizzi tal-pulizija u tas-sigurtà biex iferrxu d-dimostranti;

B. billi d-dimostrazzjonijiet kontra l-gvern kienu bi protesta kontra l-miżuri ta' awsterità, il-korruzzjoni endemika tal-gvern u r-repressjoni sistematika, u kienu qed jitolbu r-riżenja tal-President Eġizzjan Abdel Fattah al-Sisi;

C. billi l-azzjonijiet reċenti mill-awtoritajiet Eġizzjani jimminaw il-libertajiet fundamentali ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda, li huma kollha minquxa fil-Kostituzzjoni Eġizzjana, kif ukoll fid-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem; billi dan jifforma parti minn trażżin usa' fuq is-soċjetà ċivili u fuq id-drittijiet fundamentali fl-Eġittu, b'mod partikolari l-libertà ta' espressjoni kemm online kif ukoll offline, il-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda, il-pluraliżmu politiku u l-istat tad-dritt;

D. billi l-awtoritajiet Eġizzjani komplew irażżnu lill-partiti tal-oppożizzjoni demokratika paċifika fl-Eġittu, bi ksur tad-drittijiet ta' parteċipazzjoni f'affarijiet pubbliċi u tal-libertà ta' espressjoni, inkluża d-detenzjoni arbitrarja ta' għexieren ta' ċittadini fl-ambilu tal-"Hope Case" u l-arrest ta' għexieren ta' membri oħra ta' partiti politiċi paċifiċi minn Settembru 2019 ‘l hawn;

E. billi l-avukati tad-drittijiet tal-bniedem, il-ġurnalisti, l-attivisti u l-membri tal-oppożizzjoni ġew arrestati fuq akkużi serji, inkluż fuq reati relatati mat-terroriżmu; billi d-dissidenti paċifiċi, l-attivisti favur id-demokrazija u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem jitqiegħdu fil-periklu meta jiġu ttikkettati bħala terroristi; billi dawn l-arresti huma relatati biss mal-ħidma paċifika u leġittima tagħhom fid-difiża tad-drittijiet tal-bniedem;

F. billi l-għajbien furzat tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem qed isir prattika sistematika tal-awtoritajiet Eġizzjani, qabel ma dawn jerġgħu jidhru quddiem il-Prosekuzzjoni tal-Istat, u dan huwa l-każ ta' Alaa Abdel Fattah, Asmaa Daabes, Esraa Abdel Fattah, Eman Al-Helw, Mohamed Ibrahim, Abdelrahman Tarek, Ezzat Ghoneim, Haytham Mohamadeen u Ibrahim Metwally Hegazy; billi oħrajn, inkluż Ibrahim Ezz El-Din, għadhom ma reġgħux dehru;

G. billi qed isir użu eċċessiv ta' detenzjoni preventiva ta' qabel il-proċess u miżuri ta' prekawzjoni sabiex difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-avukati tagħhom bħal Mahienour El-Masry, Mohamed El-Baqer, Esraa Abdel Fattah u Mohamed Ramadan ma jitħallewx iwettqu l-ħidma leġittima tagħhom dwar id-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu;

H. billi l-awtoritajiet Eġizzjani xekklu l-progress fl-investigazzjoni u l-iżvelar tal-verità madwar il-ħtif, it-tortura u l-qtil tal-assistent tar-riċerka Taljan Giulio Regeni; billi l-Parlament Taljan issospenda r-relazzjonijiet diplomatiċi tiegħu mal-Parlament Eġizzjan u talab lill-parlamenti tal-Istati Membri biex jagħmlu l-istess b'solidarjetà;

I. billi Reporters Mingħajr Fruntieri ddokumentaw mill-inqas 31 ħaddiem tal-media li bħalissa jinsabu detenuti fl-Eġittu minħabba x-xogħol tagħhom, fuq il-bażi ta' prosekuzzjoni msejsa fuq il-politika u diversi ksur tal-proċess dovut; billi sitta minn dawn il-ġurnalisti ġew arrestati fir-rigward tal-protesti reċenti; billi l-ħaddiema tal-media barranin jinsabu wkoll fil-mira, u diversi korrispondenti tal-media internazzjonali ġew deportati jew miżmuma milli jidħlu fl-Eġittu; billi l-organizzazzjonijiet internazzjonali ddokumentaw l-imblukkar ta' siti web tal-aħbarijiet u l-imblukkar jew ir-restrizzjoni tal-aċċess għal applikazzjonijiet ta' messaġġi online, b'mod partikolari matul l-aħħar ġimgħat;

J. billi, filwaqt li l-Liġi tal-2019 dwar l-NGO tal-Eġittu tneħħi s-sentenzi ta' ħabs u twarrab l-aġenzija ta' sigurtà qawwija preċedentement magħżula biex tapprova u timmonitorja l-finanzjament barrani, madankollu thedded li tillimita b'mod sinifikanti lis-soċjetà ċivili, tqiegħed aktar restrizzjonijiet problematiċi fuq id-dritt għal-libertà ta' assoċjazzjoni u tillimita b'mod sinifikanti l-attivitajiet kemm ta' NGOs domestiċi kif ukoll ta' dawk barranin;

K. billi d-difensuri nisa tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu jkomplu jiffaċċjaw diversi forom ta' fastidju mmexxi mill-Istat, b'mod partikolari fil-forma ta' kampanji ta' malafama u prosekuzzjoni ġudizzjarja; billi l-attivisti li jiddefendu d-drittijiet tal-persuni LGBTQI u n-nisa jiffaċċjaw repressjoni kontinwa, inkluż taħt il-pretest tal-preservazzjoni tal-"morali pubbliku";

L. billi ksur gravi tad-dritt għall-ħajja qed ikompli fl-Eġittu permezz tal-ġudikatura, li ħarġet u implimentat numru għoli bla preċedent ta' sentenzi tal-mewt kontra bosta individwi – anke sentenzi kontra tfal – inkluż wara proċessi militari u tal-massa li ma kellhomx garanziji minimi ta' proċess ġust; billi l-qrati kriminali u militari ħarġu aktar minn 3 000 sentenza tal-mewt mill-2014 u 50 persuna jinsabu f'riskju imminenti ta' eżekuzzjoni;

M. billi l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti (NU OHCHR) iddikjara li diversi kawżi ta' individwi kkundannati abbażi ta' evidenza allegatament miksuba taħt tortura jinsabu pendenti fil-qrati u li dawn qed jiffaċċjaw il-piena tal-mewt; billi dawn il-kundanni jidhru li qed jiksru b'mod dirett kemm il-liġi u kemm il-proċedura Eġizzjana kif ukoll dik internazzjonali;

N. billi l-obbligu ta' rendikont għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem mill-forzi tas-sigurtà Eġizzjani jibqa' kważi kompletament ineżistenti, u m'hemm l-ebda investigazzjoni xierqa ta' allegazzjonijiet ta' korruzzjoni kontra l-militar;

O. billi mill-inqas 900 persuna nqatlu mill-forzi tas-sigurtà Eġizzjani matul il-protesti fi Pjazza Rabaa fl-2013; billi, filwaqt li bosta irregolaritajiet ġew ikkundannati matul il-proċess sussegwenti, u l-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem iddeskrivih bħala nuqqas serju ta' ġustizzja, l-ebda wieħed minn dawk responsabbli għall-massakru ma ġie mressaq;

P. billi l-proċess tal-Eżami Perjodiku Universali (EPU) tal-Eġittu quddiem il-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU, li jibda f'Novembru 2019, joffri opportunità unika biex il-komunità internazzjonali tiskrutinizza r-rekord tad-drittijiet tal-bniedem tal-Eġittu u tressaq rakkomandazzjonijiet għal titjib;

Q. billi ħafna attivisti tad-drittijiet tal-bniedem huma soġġetti għal miżuri repressivi, xi wħud b'ritaljazzjoni talli pparteċipaw fl-EPU tal-2014 tal-Eġittu; billi għaxar difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u seba' NGOs imsemmija fil-Kawża 173/2011 (il-"Każ dwar il-Finanzjament Barrani") ġarrbu ffriżar debilitanti tal-assi; billi għad hemm il-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar fuq mill-inqas 31 difensur u persunal tal-NGOs tad-drittijiet tal-bniedem indipendenti Eġizzjani involuti fil-Kawża 173/2011, għalkemm 43 membru tal-persunal tal-organizzazzjonijiet barranin tas-soċjetà ċivili li nstabu ħatja fl-2013 fl-istess każ ġew illiberati;

R. billi l-Eġittu għadda minn diversi żviluppi diffiċli sa mir-rivoluzzjoni tal-2011 u l-komunità internazzjonali qed tappoġġa lill-pajjiż fl-indirizzar tal-isfidi multipli tiegħu; billi s-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Eġittu hija fraġli, b'riskju għoli ta' attakki terroristiċi fil-peniżola tas-Sinaj u bliet ewlenin madwar il-pajjiż minn diversi organizzazzjonijiet Iżlamiċi, minkejja l-użu mill-gvern ta' tattiċi aggressivi u kultant abbużivi biex jiġu miġġielda; billi l-attakki terroristiċi ħadu l-ħajja ta' għadd kbir ta' ċivili innoċenti, inklużi persuni Kopti; billi l-operazzjonijiet militari komplew jeskalaw fit-Tramuntana tas-Sinai sa minn l-aħħar parti tal-2013, u l-gvern wettaq demolizzjonijiet bil-massa u żgumbrament furzat ta' għexieren ta' eluf ta' residenti, filwaqt li ma ħalliex li jsir rappurtar indipendenti billi impona qtugħ assolut fuq il-media u restrizzjonijiet fuq il-movimenti fis-Sinaj u lil hinn minnha;

S. billi ma ġie ppreżentat l-ebda rispons uffiċjali, b'saħħtu u unit mill-UE u mill-Istati Membri tagħha għat-trażżin ta' Settembru-Ottubru 2019 fl-Eġittu; billi l-Prijoritajiet tas-Sħubija UE-Eġittu għall-2017-2020, adottati f'Ġunju 2017 huma ggwidati minn impenn komuni favur il-valuri universali tad-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem, u jikkostitwixxu qafas imġedded għal impenn politiku u kooperazzjoni msaħħa, inkluż dwar is-sigurtà, ir-riforma ġudizzjarja u l-ġlieda kontra t-terroriżmu, fuq il-bażi ta' rispett xieraq għad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; billi l-isforzi Ewropej biex l-Eġittu jiġi involut biex jindirizza l-aktar aspetti severi ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem ma tawx riżultati apprezzabbli;

 

T. billi l-Eġittu huwa sieħeb importanti għall-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha f'firxa wiesgħa ta' oqsma, inklużi l-kummerċ, is-sigurtà u l-kuntatti bejn il-persuni; billi fil-21 ta' Awwissu 2013 il-Kunsill Affarijiet Barranin inkariga lir-Rappreżentant Għoli biex teżamina mill-ġdid l-assistenza tal-UE lill-Eġittu; billi l-Kunsill iddeċieda li l-kooperazzjoni tal-UE mal-Eġittu għandha tkun aġġustata mill-ġdid skont l-iżviluppi fil-post; billi l-UE u l-Eġittu adottaw Prijoritajiet ta' Sħubija f'Ġunju 2017 li għandhom l-għan li jsaħħu l-kooperazzjoni f'firxa wiesgħa ta' oqsma, inkluża l-ġlieda kontra t-terroriżmu, bir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali;

U. billi l-konklużjonijiet tal-KAB tal-UE tal-21 ta' Awwissu 2013 iddikjaraw li "l-Istati Membri qablu wkoll li jissospendu l-liċenzji tal-esportazzjoni lejn l-Eġittu ta' kwalunkwe tagħmir li jista' jintuża għar-repressjoni interna u li jivvalutaw mill-ġdid il-liċenzji tal-esportazzjoni ta' tagħmir kopert mill-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK u jeżaminaw mill-ġdid l-assistenza tagħhom fil-qasam tas-sigurtà mal-Eġittu"; billi kumpaniji bbażati f'diversi Stati Membri tal-UE komplew jesportaw armi, teknoloġija ta' sorveljanza u tagħmir ieħor tas-sigurtà lejn l-Eġittu, u b'hekk iffaċilitaw il-hacking u l-malware kif ukoll forom oħra ta' attakki fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivisti tas-soċjetà ċivili kemm fiżikament kif ukoll online; billi din l-attività wasslet għar-repressjoni tal-libertà ta' espressjoni online;

1. Jikkundanna bil-qawwa t-trażżin reċenti u r-restrizzjonijiet kontinwi tad-drittijiet fundamentali fl-Eġittu, b'mod partikolari l-libertà ta' espressjoni kemm online kif ukoll offline, il-libertà ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda, il-pluraliżmu politiku u l-istat tad-dritt; jikkundanna l-użu eċċessiv ta' vjolenza kontra d-dimostranti u jfakkar lill-Eġittu li kwalunkwe reazzjoni mill-forzi tas-sigurtà għandha tkun konformi man-normi u l-istandards internazzjonali u mal-Kostituzzjoni tiegħu stess;

2. Jitlob li jieqfu minnufih l-atti kollha ta' vjolenza, inċitament, diskors ta' mibegħda, fastidju, intimidazzjoni, għajbien sfurzat u ċensura fil-konfront ta' difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, avukati, dimostranti, ġurnalisti, bloggers, sindakalisti, studenti, tfal, attivisti tad-drittijiet tan-nisa, persuni LGBTI, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, avversarji politiċi u minoranzi min-naħa tal-awtoritajiet tal-istat, il-forzi u s-servizzi tas-sigurtà u gruppi oħra fl-Eġittu; jitlob li ssir investigazzjoni indipendenti u trasparenti dwar il-ksur kollu tad-drittijiet tal-bniedem u li dawk li jwettquh jinżammu responsabbli; jissottolinja li r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem huwa l-uniku mod biex jiġu żgurati l-istabbiltà u s-sigurtà fit-tul tal-Eġittu;

3. Jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jeħilsu immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet lid-difensuri kollha tad-drittijiet tal-bniedem detenuti jew kundannati sempliċement talli wettqu l-ħidma leġittima u paċifika tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem, fosthom Eman Al-Helw, Mohamed Ibrahim, Mohamed Ramadan, Abdelrahman Tarek, Ezzat Ghoneim, Haytham Mohamadeen, Alaa Abdel Fattah, Ibrahim Metwally Hegazy, Mahienour El-Masry, Mohamed El-Baqer u Esraa Abdel Fattah, u biex jaċċertaw minnufih fejn jinsab Ibrahim Ezz El-Din; jitlob ukoll li jinħelsu difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, akkademiċi u oħrajn li jinsabu f'detenzjoni qabel il-proċess fl-ambitu tal-każ "Coalition Hope", fosthom Zyad el-Elaimy, Hassan Barbary u Ramy Shaath, kif ukoll membri tal-Bread and Freedom Party, il-partit Al-Dostour u l-Partit Soċjaldemokratiku Eġizzjan li ġew detenuti reċentement mingħajr raġunijiet kredibbli għal akkużi kriminali; sakemm jinħelsu, jistieden lill-Eġittu jiżvela fejn jinsabu, jippermettilhom aċċess sħiħ għall-familji tagħhom, l-avukati tal-għażla tagħhom u kura medika adegwata, u jwettqu investigazzjonijiet kredibbli dwar kwalunkwe allegazzjoni ta' trattament ħażin jew tortura;

4. Jenfasizza l-importanza li tiġi ggarantita l-ugwaljanza tal-Eġizzjani kollha, irrispettivament mill-fidi jew mit-twemmin tagħhom; jistieden lill-Eġittu jeżamina mill-ġdid il-liġijiet tiegħu dwar il-blasfemija sabiex jiżgura l-protezzjoni tal-minoranzi reliġjużi; jilqa' d-dikjarazzjonijiet li jitolbu tiġdid tad-diskors Iżlamiku biex jiġu sfidati l-estremiżmu u r-radikalizzazzjoni; jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani, inklużi l-forzi militari u tas-sigurtà, biex jirrispettaw id-drittijiet tal-Insara, jipproteġuhom mill-vjolenza u mid-diskriminazzjoni u jiżguraw li dawk responsabbli għal atti bħal dawn ikunu soġġetti għal proċeduri kriminali;

5. Jappoġġa l-aspirazzjonijiet tal-maġġoranza tal-poplu Eġizzjan li trid tistabbilixxi pajjiż liberu, stabbli, prosperu, inklużiv u demokratiku li jirrispetta l-impenji nazzjonali u internazzjonali tiegħu dwar id-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali; itenni li d-dritt ta' espressjoni paċifika ta' opinjoni u ta' kritika għandu jiġi ggarantit;

6. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet Eġizzjani biex ma jibqgħux jimblukkaw is-siti web ta' organizzazzjonijiet tal-aħbarijiet lokali u internazzjonali u ta' organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, u biex jeħilsu lill-ħaddiema tal-media kollha li ġew detenuti talli wettqu l-ħidma ġurnalistika tagħhom;

7. Jesprimi tħassib serju dwar ir-ritaljazzjonijiet kontra persuni li jikkooperaw jew jippruvaw jikkooperaw ma' organizzazzjonijiet internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem jew mal-korpi tad-drittijiet tal-bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti; jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani biex jagħlqu l-Kawża 173/2011 (il-"Kawża tal-Finanzjament Barrani"), biex ineħħu l-projbizzjonijiet kollha fuq l-ivvjaġġar imposti fuq mill-inqas 31 difensur tad-drittijiet tal-bniedem u membru tal-persunal ta' NGOs tad-drittijiet tal-bniedem fil-kawża – kif ukoll projbizzjonijiet oħra fuq l-ivvjaġġar imposti b'mod arbitrarju – u biex jippermettu lid-difensuri Eġizzjani tad-drittijiet tal-bniedem ibbażati fl-Eġittu jivvjaġġaw sabiex ikunu jistgħu jipparteċipaw personalment fl-Eżami Perjodiku Universali tal-Eġittu li jibda fit-13 ta' Novembru 2019;

8. Jitlob li l-liġi dwar l-NGOs li għadha kif ġiet adottata titħassar u li din tiġi sostitwita b'qafas leġiżlattiv ġdid, imfassal b'konsultazzjoni ġenwina mal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, li jkun konformi mal-Kostituzzjoni Eġizzjana u mal-istandards internazzjonali;

9. Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' investigazzjoni kredibbli dwar il-ħtif, it-tortura u l-qtil fl-2016 tal-assistent tar-riċerka Taljan Giulio Regeni, u li dawk responsabbli ma wiġbux għal għemilhom; itenni l-istedina tiegħu lill-awtoritajiet Eġizzjani biex jitfgħu dawl fuq iċ-ċirkustanzi li jirrigwardaw l-imwiet ta' Giulio Regeni u Eric Lang u biex dawk responsabbli jwieġbu għal għemilhom, b'kooperazzjoni sħiħa mal-awtoritajiet tal-Istati Membri kkonċernati minn dawn il-każijiet;

10. Jitlob b'insistenza li l-awtoritajiet jemendaw, jadottaw u jimplimentaw b'mod effettiv leġiżlazzjoni biex jiġu eliminati l-forom kollha ta' diskriminazzjoni u jiġu kriminalizzati l-forom kollha ta' vjolenza fuq in-nisa u l-bniet, inkluż bl-emendar tal-Liġi dwar l-Istatus Personali u bl-introduzzjoni ta' dispożizzjonijiet legali li jipprojbixxu l-vjolenza abbażi tal-ġeneru, kif ukoll il-fastidju sesswali, l-attakki u l-istupru; jistieden ukoll lill-awtoritajiet biex iwettqu b'mod effettiv l-Istrateġija Nazzjonali għall-Ġlieda Kontra l-Vjolenza fuq in-Nisa bi sħubija ma' organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili b'għarfien espert rikonoxxut fil-qasam;

11. Jesprimi tħassib li l-użu tal-piena tal-mewt fl-Eġittu żdied sew mindu l-President Sisi ħa l-poter; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Eġizzjani jordnaw moratorju fuq l-eżekuzzjonijiet bil-ħsieb li jabolixxu l-użu tal-piena tal-mewt fl-Eġittu, u jtenni l-istedina tiegħu lill-Eġittu biex jiffirma u jirratifika t-Tieni Protokoll Fakultattiv għall-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi bil-għan tal-abolizzjoni tal-piena tal-mewt;

12. Jibgħat il-kondoljanzi l-aktar sinċieri tiegħu lill-familji tal-vittmi tat-terroriżmu; jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-poplu Eġizzjan u jafferma mill-ġdid l-impenn tiegħu biex jiġġieled kontra t-tixrid ta' ideoloġiji radikali u gruppi terroristiċi; jistieden lill-awtoritajiet Eġizzjani jiżguraw li l-operazzjonijiet militari tagħhom li għaddejjin fis-Sinaj jitwettqu b'konformità mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, jinvestigaw bir-reqqa l-abbużi kollha u jiftħu immedjatament it-Tramuntana tas-Sinaj għal organizzazzjonijiet indipendenti ta' sokkors u għal osservaturi u ġurnalisti indipendenti;

13. Jiddispjaċih dwar in-nuqqas ta' reazzjoni uffiċjali mir-Rappreżentant Għoli jew mill-Istati Membri għall-mewġa reċenti ta' arresti; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jirreaġixxu b'mod magħqud u determinat għat-trażżin u l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem li qed iseħħ; jistenna li s-SEAE jagħti prijorità lis-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu u jirrapporta lura lill-Parlament dwar l-impenn tiegħu mal-Eġittu dwar dan, kif ukoll dwar il-każijiet individwali mqajma f'din ir-riżoluzzjoni; jistieden lill-VP/RGħ u lill-Istati Membri jużaw l-għodod kollha għad-dispożizzjoni tagħhom, inklużi l-għodod bilaterali u multilaterali, in-negozjati kummerċjali, il-Politika Ewropea tal-Viċinat, l-għajnuna u, fejn meħtieġ, miżuri restrittivi mmirati, biex iwaqqfu t-trażżin fil-pajjiż u jiżguraw progress konkret fir-rigward tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu;

14. Jitlob li ssir analiżi profonda u komprensiva tar-relazzjonijiet tiegħu mal-Eġittu; iqis li s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fl-Eġittu tirrikjedi reviżjoni serja tal-operazzjonijiet ta' appoġġ baġitarju tal-Kummissjoni, li għandhom ikunu ristretti primarjament għall-appoġġ tas-soċjetà ċivili;

15. Iħeġġeġ bil-qawwa li l-impenji li saru fil-Prijoritajiet ta' Sħubija bejn l-UE u l-Eġittu tal-2017-2020 jiġu rrispettati, u jitlob li jiġu implimentati b'mod sħiħ u xieraq; jitlob lill-UE, bil-ħsieb li jiġu nnegozjati prijoritajiet ta' sħubija ġodda, biex tistabbilixxi punti ta' riferiment ċari li jagħmlu l-kooperazzjoni ulterjuri mal-Eġittu soġġetta għal progress fir-riforma tal-istituzzjonijiet demokratiċi, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem, u biex it-tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem jiġi integrati fit-taħditiet kollha mal-awtoritajiet Eġizzjani; itenni li d-drittijiet tal-bniedem m'għandhomx jiġu kompromessi mill-ġestjoni tal-migrazzjoni jew mill-azzjonijiet kontra t-terroriżmu;

16. Itenni l-istediniet tiegħu lill-Istati Membri tal-UE biex jagħtu segwitu għall-konklużjonijiet tagħhom tal-21 ta' Awwissu 2013 li jħabbru s-sospensjoni tal-liċenzji tal-esportazzjoni għal kwalunkwe tagħmir li jista' jintuża għal repressjoni interna b'konformità mal-Pożizzjoni Komuni 2008/944/PESK, u jikkundanna n-nuqqas ta' konformità persistenti tal-Istati Membri tal-UE ma' dawn l-impenji; għaldaqstant, jistedinhom iwaqqfu l-esportazzjonijiet lejn l-Eġittu ta' armi, teknoloġija ta' sorveljanza u tagħmir ieħor ta' sigurtà li jistgħu jiffaċilitaw l-attakki fuq id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivisti tas-soċjetà ċivili, inkluż fuq il-media soċjali, kif ukoll kwalunkwe tip ieħor ta' repressjoni interna; jistieden lill-VP/RGħ tirrapporta dwar is-sitwazzjoni kurrenti tal-kooperazzjoni militari u tas-sigurtà tal-Istati Membri tal-UE mal-Eġittu; jitlob lill-UE timplimenta bis-sħiħ il-kontrolli tal-esportazzjoni tagħha lejn l-Eġittu, fir-rigward ta' oġġetti li jistgħu jintużaw għar-repressjoni, għat-tortura jew għall-piena kapitali;

17. Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat li kwalunkwe arranġament bejn l-UE u l-Eġittu dwar il-migrazzjoni jikkonforma strettament mal-istandards internazzjonali tad-drittijiet tal-bniedem, jirrispetta d-drittijiet fundamentali tal-migranti u r-refuġjati, u jiżgura livelli adegwati ta' trasparenza u akkontabilità;

18. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-parlamenti u lill-gvernijiet tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament Eġizzjan, u lill-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli.

 

 

[1] ĠU C 224, 21.6.2016, p. 5.

[2] ĠU C 300, 18.8.2016, p. 34.

[3] ĠU C 50, 9.2.2018, p. 42.

[4] ĠU C 463, 21.12.2018, p. 35.

[5] Testi adottati, P8_TA(2018)0526.

Aġġornata l-aħħar: 23 ta' Ottubru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza