Proċedura : 2019/2930(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B9-0209/2019

Testi mressqa :

RC-B9-0209/2019

Dibattiti :

Votazzjonijiet :

PV 28/11/2019 - 8.7
CRE 28/11/2019 - 8.7
Spjegazzjoni tal-votazzjoni

Testi adottati :

P9_TA(2019)0078

<Date>{26/11/2019}26.11.2019</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B9-0209/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0212/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0220/2019</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 150kWORD 44k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B9-0209/2019 (Renew)

B9-0212/2019 (S&D)

B9-0220/2019 (GUE/NGL)</TablingGroups>


<Titre>dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali</Titre>

<DocRef>(2019/2930(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Miriam Dalli, Jytte Guteland</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Pascal Canfin, Nils Torvalds</Depute>

<Commission>{Renew}f'isem il-Grupp Renew</Commission>

<Depute>Manuel Bompard, Mick Wallace, Idoia Villanueva Ruiz, Petros Kokkalis, Nikolaj Villumsen, Anja Hazekamp, Marisa Matias, José Gusmão, Clare Daly, Manon Aubry, Leila Chaibi, Anne-Sophie Pelletier, Stelios Kouloglou, Malin Björk, Silvia Modig, Pernando Barrena Arza, Marc Botenga, Dimitrios Papadimoulis, Elena Kountoura, Sira Rego, Manu Pineda, Martin Schirdewan, Miguel Urbán Crespo, Eugenia Rodríguez Palop</Depute>

<Commission>{GUE/NGL}f'isem il-Grupp GUE/NGL</Commission>

</RepeatBlock-By>


Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-emerġenza klimatika u ambjentali

(2019/2930(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (UNFCCC) u l-Protokoll ta' Kjoto anness magħha,

 wara li kkunsidra l-Ftehim adottat fil-21 Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (COP21) li saret f'Pariġi fit-12 ta' Diċembru 2015 (il-Ftehim ta' Pariġi),

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Diversità Bijoloġika (KDB),

 wara li kkunsidra l-aktar evidenza xjentifika reċenti u komprensiva dwar l-effetti ta' ħsara tat-tibdil fil-klima li tinsab fir-rapport speċjali tal-Grupp Intergovernattiv ta' Esperti dwar it-Tibdil fil-Klima (IPCC) bit-titlu "It-Tisħin Globali ta' 1,5 °C", il-ħames rapport ta' valutazzjoni tiegħu (AR5) u r-rapport ta' sintesi tiegħu, kif ukoll ir-rapport speċjali tiegħu dwar it-tibdil fil-klima u l-art, u r-rapport speċjali tiegħu dwar l-oċean u l-krijosfera fi klima li qed tinbidel,

 wara li kkunsidra t-theddida qawwija li ġejja mit-telf tal-bijodiversità kif deskritta fis-sintesi għal dawk li jfasslu l-politika tar-rapport ta' valutazzjoni globali dwar il-bijodiversità u s-servizzi tal-ekosistema tal-Pjattaforma Intergovernattiva tal-Politika tax-Xjenza dwar il-Bijodiversità u s-Servizzi tal-Ekosistema tad-29 ta' Mejju 2019,

 wara li kkunsidra l-25 Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC (COP25) li se ssir f'Madrid, Spanja mit-2 sat-13 ta' Diċembru 2019,

 wara li kkunsidra s-26 Konferenza tal-Partijiet għall-UNFCCC li se ssir f'Diċembru 2020 u l-fatt li l-Partijiet kollha għall-UNFCCC jeħtieġu jżidu l-kontribuzzjonijiet tagħhom stabbiliti fil-livell nazzjonali bi qbil mal-għanijiet tal-Ftehim ta' Pariġi,

 wara li kkunsidra l-15-il Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar id-Diversità Bijoloġika (COP15) li se ssir f'Kunming, iċ-Ċina, f'Ottubru 2020, fejn il-Partijiet jeħtieġ jiddeċiedu fuq il-qafas globali ta' wara l-2020 biex jitwaqqaf it-telf tal-bijodiversità,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tal-14 ta' Marzu 2019 dwar it-tibdil fil-klima – viżjoni strateġika Ewropea fit-tul għal ekonomija għanja, moderna, kompetittiva u newtrali għall-klima f'konformità mal-Ftehim ta' Pariġi[1],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar il-Konferenza tan-NU dwar it-Tibdil fil-Klima 2019 f'Madrid, Spanja (COP25)[2],

 wara li kkunsidra l-Artikolu 132(2) u (4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi huwa kruċjali li tittieħed azzjoni immedjata u ambizzjuża li tillimita t-tisħin globali għal 1,5 C u tipprevjeni t-telf tal-massa tal-bijodiversità;

B. billi din l-azzjoni trid tinkludi ċ-ċittadini u s-setturi kollha tas-soċjetà u tal-ekonomija, inkluża l-industrija, b'mod soċjalment ibbilanċjat u sostenibbli; billi trid tiġi akkumpanjata minn miżuri soċjali u inklużivi qawwija biex jiżguraw tranżizzjoni ġusta u ekwa mingħajr telf nett ta' impjiegi, filwaqt li jiġi rispettat il-bżonn ta' standard ta' benesseri għoli u ta' impjiegi u taħriġ ta' kwalità għolja;

C. billi din l-emerġenza qatt ma għandha tintuża biex tnawwar l-istituzzjonijiet demokratiċi jew biex timmina d-drittijiet fundamentali; billi l-miżuri kollha dejjem għandhom jiġu adottati permezz ta' proċess demokratiku;

1. Jiddikjara emerġenza klimatika u ambjentali; jistieden lill-Kummissjoni, lill-Istati Membri u lill-atturi globali kollha sabiex, b'mod urġenti jieħdu l-azzjoni konkreta meħtieġa sabiex jiġġieldu din it-theddida u jrażżnuha qabel ma jkun tard wisq, u jiddikjara l-impenn tiegħu favur dan il-għan;

2. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni l-ġdida tivvaluta bis-sħiħ l-impatt klimatiku u ambjentali tal-proposti leġiżlattivi u baġitarji rilevanti kollha, u tiżgura li dawn ikunu allinjati bis-sħiħ mal-għan li t-tisħin globali jinżamm taħt il-1,5 °C u li ma jkunux qed jikkontribwixxu għat-telf tal-bijodiversità;

3. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-gvernijiet u l-parlamenti tal-Istati Membri.

 

 

 

[1] Testi adottati, P8_TA(2019)0217.

[2] Testi adottati, P9_TA-PROV(2019)0000.

Aġġornata l-aħħar: 27 ta' Novembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza