Proċedura : 2019/2982(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B9-0258/2019

Testi mressqa :

RC-B9-0258/2019

Dibattiti :

PV 19/12/2019 - 2.3
CRE 19/12/2019 - 2.3

Votazzjonijiet :

PV 19/12/2019 - 6.3

Testi adottati :

P9_TA(2019)0108

<Date>{18/12/2019}18.12.2019</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B9‑0258/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0259/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0260/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0263/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0267/2019</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 173kWORD 50k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B9‑0258/2019 (ECR)

B9‑0259/2019 (Verts/ALE)

B9‑0260/2019 (S&D)

B9‑0263/2019 (Renew)

B9‑0267/2019 (PPE)</TablingGroups>


<Titre>dwar il-Liġi Russa dwar l-"Aġenti Barranin"</Titre>

<DocRef>(2019/2982(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Michael Gahler, Tomáš Zdechovský, Andrey Kovatchev, David McAllister, Antonio López‑Istúriz White, Andrius Kubilius, Rasa Juknevičienė, Eva Maydell, Magdalena Adamowicz, Milan Zver, Željana Zovko, Roberta Metsola, David Lega, Inese Vaidere, Tomas Tobé, Romana Tomc, Seán Kelly, Arba Kokalari, Vladimír Bilčík, Sandra Kalniete, Maria Walsh, Michaela Šojdrová, Luděk Niedermayer, Liudas Mažylis, Ioan‑Rareş Bogdan, Gheorghe‑Vlad Nistor, Jiří Pospíšil, Ivan Štefanec, Michal Wiezik</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>Kati Piri, Tonino Picula</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Antony Hook, Abir Al‑Sahlani, Petras Auštrevičius, Malik Azmani, José Ramón Bauzá Díaz, Phil Bennion, Stéphane Bijoux, Gilles Boyer, Sylvie Brunet, Olivier Chastel, Katalin Cseh, Jérémy Decerle, Anna Júlia Donáth, Engin Eroglu, Christophe Grudler, Bernard Guetta, Ivars Ijabs, Moritz Körner, Ondřej Kovařík, Nathalie Loiseau, Radka Maxová, Karen Melchior, Jan‑Christoph Oetjen, Dragoş Pîslaru, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Monica Semedo, Susana Solís Pérez, Ramona Strugariu, Irène Tolleret, Hilde Vautmans, Marie‑Pierre Vedrenne, Irina Von Wiese, Chrysoula Zacharopoulou</Depute>

<Commission>{Renew}f'isem il-Grupp Renew</Commission>

<Depute>Viola Von Cramon‑Taubadel, Bronis Ropė, Sergey Lagodinsky, Hannah Neumann</Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

<Depute>Anna Fotyga, Jacek Saryusz‑Wolski</Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

</RepeatBlock-By>


Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Liġi Russa dwar l-"Aġenti Barranin"

(2019/2982(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja u dwar ir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-Kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tat-23 ta' Novembru 2019 rigward l-emendi dwar il-liġi tal-"Aġenti Barranin" fil-Federazzjoni Russa, u tas-26 ta' Novembru 2017 dwar il-liġi Russa li tippermetti li l-midja barranija tiġi rreġistrata bħala "aġenti barranin",

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tad-Delegazzjoni tal-UE għall-Kunsill tal-Ewropa dwar l-emendi għal-liġi dwar l-"Aġenti Barranin" fil-Federazzjoni Russa tal-11 ta' Diċembru 2019,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, b'mod partikolari l-Artikolu 19 tagħha dwar id-dritt tal-opinjoni u tal-espressjoni u l-Artikolu 20 tagħha dwar id-dritt għal-libertà ta' għaqda paċifika u għal-libertà ta' assoċjazzjoni,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem, b'mod partikolari l-Artikolu 13 tagħha dwar il-libertà ta' assoċjazzjoni,

 wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR), b'mod partikolari l-Artikolu 22 tiegħu dwar id-dritt għal-libertà ta' assoċjazzjoni,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali (il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem),

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Protokolli tagħha, b'mod partikolari l-Artikolu 10 dwar id-dritt tal-espressjoni u l-Artikolu 11 dwar id-dritt għal-libertà ta' għaqda u għal-libertà ta' assoċjazzjoni,

 wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem,

 wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Federazzjoni Russa, b'mod partikolari l-Kapitolu 2 tagħha dwar id-drittijiet u l-libertajiet taċ-ċittadini,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-20 ta' Novembru 2019 mir-Rappreżentant tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) dwar il-Libertà tal-Midja,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tal-15 ta' Lulju 2013 tal-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa dwar il-"Leġiżlazzjoni tal-Federazzjoni Russa dwar l-Organizzazzjonijiet Mhux Kummerċjali fid-dawl tal-Istandards tal-Kunsill tal-Ewropa, u l-opinjoni aġġornata tiegħu dwar il-"Leġiżlazzjoni u l-Prattika fil-Federazzjoni Russa dwar l-Organizzazzjonijiet Mhux‑ Kummerċjali fid-dawl tal-Istandards tal-Kunsill tal-Ewropa: Aġġornament" maħruġa fid-9 ta' Lulju 2015,

 wara li kkunsidra l-opinjoni tas-27 ta' Ġunju 2014 tal-Kummissjoni Ewropea għad-Demokrazija permezz tad-Dritt (il-Kummissjoni ta' Venezja) dwar il-liġi federali dwar organizzazzjonijiet mhux kummerċjali (il-"Liġi dwar l-Aġenti Barranin"), l-opinjoni tat-13 ta' Ġunju 2016 dwar il-Liġi Federali Russa Nru 129-FZ (dwar attivitajiet mhux mixtieqa minn organizzazzjonijiet mhux governattivi barranin u internazzjonali), u r-rapport tal-Kummissjoni ta' Venezja tat-18 ta' Marzu 2019 dwar il-finanzjament ta' assoċjazzjonijiet,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi d-drittijiet għal-libertà tal-ħsieb u tal-kelma, tal-assoċjazzjoni u tal-għaqda paċifika huma minquxa fil-kostituzzjoni tal-Federazzjoni Russa;

B. billi l-Federazzjoni Russa hija firmatarja tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, u hija wkoll membru tal-Kunsill tal-Ewropa, u għaldaqstant impenjat ruħha li tirrispetta l-istandards u l-prinċipji li jirregolaw l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;

C. billi f'Lulju 2012, il-Parlament Russu adotta liġi dwar l-"aġenti barranin" li tirrikjedi li NGOs Russi jirreġistraw mal-Ministeru tal-Ġustizzja tal-Federazzjoni Russa bħala "organizzazzjonijiet li jwettqu l-funzjonijiet ta' aġenti barranin", f'każ li jirċievu finanzjament barrani u jipparteċipaw f'attivitajiet li huma deskritti b'mod vag bħala "attivitajiet politiċi"; billi f'Ġunju 2014 il-liġi ġiet emendata biex il-Ministeru tal-Ġustizzja jkun jista' jirreġistra l-NGOs bħala "aġenti barranin" fuq inizjattiva tiegħu stess; billi f'Novembru 2017 il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi ġie estiż biex jimponi l-użu tat-tikketta ta’ “aġenti barranin” fuq kwalunkwe midja barranija li, direttament jew indirettament, tirċievi finanzjament barrani;

D. billi l-aktar emendi riċenti għal-liġi dwar l-"aġenti barranin", li jestendu l-istatus ta' "aġenti barranin" għal persuni privati, inklużi bloggers u ġurnalisti indipendenti, ġew approvati mill-Parlament Russu fil-21 ta' Novembru 2019 u ġew ippromulgati fit-2 ta' Diċembru 2019 mill-President Vladimir Putin; billi l-liġi timponi rekwiżiti speċifiċi għar-reġistrazzjoni, il-kontabbiltà u t-tikkettar tal-pubblikazzjonijiet, u tagħmel in-nuqqas ta' konformità reat kriminali, inkluża l-possibbiltà ta' sanzjonijiet b'pieni amministrattivi kbar jew priġunerija sa massimu ta' sentejn;

E. billi taħt din il-liġi, kemm ir-Russi u kemm il-barranin li jaħdmu jew li jiddistribwixxu l-kontenut ta' aġenziji tal-aħbarijiet ittikkettati bħala "aġenti barranin", b’mod li potenzjalment jesponi lill-ġurnalisti, lis-sorsi tagħhom, u saħansitra lil dawk li jaqsmu l-materjal fuq in-networks soċjali għall-istigmatizzazzjoni bħala "aġenti barranin", u li potenzjalment jista' jwassal għal awtoċensura filwaqt li jiskoraġġihom mhux biss milli jippubblikaw iżda anki milli jaqsmu l-pubblikazzjonijiet tagħhom;

F. billi l-liġi Russa dwar l-"aġenti barranin" tikser il-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-ftehim internazzjonali tal-Kunsill tal-Ewropa, li jiddefendi, fost affarijiet oħra, il-libertà tal-espressjoni u tal-midja; billi r-Russja, għalhekk, mhijiex qed tissodisfa l-obbligi tagħha bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa; billi l-Kummissarju għad-Drittijiet tal-Bniedem tal-Kunsill tal-Ewropa qieset din il-liġi bħala mhux kompatibbli mal-istandards għad-drittijiet tal-bniedem internazzjonali u Ewropej; billi l-liġi dwar l-"aġenti barranin" tikser l-impenji tar-Russja bħala membru tal-OSKE u bħala firmatarja tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem; billi l-UE tistenna li l-Federazzjoni Russa, bħala membru permanenti tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti, tirrispetta bis-sħiħ l-impenji internazzjonali li ħadet;

G. billi għadd ta' organizzazzjonijiet u NGOs li jiddefendu d-drittijiet tal-bniedem, fosthom Amnesty International u Human Rights Watch jikkunsidraw li l-liġi emendata se tħalli impatt ta' ħsara fuq ambjent diġà restrittiv għall-ġurnaliżmu indipendenti fir-Russja, hekk li dan ikompli jdgħajjef il-libertà ta' espressjoni; billi l-midja ta' kwalità, li hija indipendenti minn strutturi governattivi jew progovernattivi, li taħdem flimkien ma' bosta korrispondenti Russi madwar il-pajjiż u li spiss hija l-unika sors ta' informazzjoni affidabbli u alternattiva għall-midja tal-istat f'reġjuni remoti, tinsab fil-mira tal-liġi, u b'hekk ixxekkel ħidmietha u, għaldaqstant, l-aċċess għal kopertura medjatika imparzjali;

H. billi, f'dawn l-aħħar xhur, ir-restrizzjonijiet leġiżlattivi u l-prosekuzzjonijiet immirati taħt il-liġi dwar l-aġenti barranin fir-Russja ħadu suriet aktar ripressivi, bir-riżultat li llimitaw l-aċċess għal finanzjament indipendenti mill-midja u mis-soċjetà ċivili, bi ħsara għar-reputazzjoni tagħhom u b'mod li jxekkel l-attivitajiet tagħhom, jirrestrinġi l-eżerċizzju tagħhom tal-libertajiet fundamentali u jnaqqas l-ispazju għal atturi indipendenti u dissidenti fir-Russja;

I. billi l-liġi dwar l-“aġenti barranin” hija parti minn kampanja usa' biex toħnoq id-dissens, l-oppożizzjoni u s-soċjetà ċivili madwar ir-Russja; billi l-ispazju jonqos għas-soċjetà ċivili indipendenti Russa u jippermetti l-preżenza msaħħa ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi  mhux indipendenti u organizzati mill-gvern (GONGOs); billi l-gvern Russu juża l-GONGOs biex jippromwovi l-politiki tiegħu stess filwaqt li jżomm l-apparenza ta' soċjetà ċivili indipendenti;

J. billi l-liġi dwar l-"aġenti barranin" s'issa kienet immirata prinċipalment lejn l-NGOs; billi total ta' madwar 80 NGO huma meqjusa bħala "aġenti barranin" taħt din il-liġi, inklużi kważi l-NGOs ewlenin kollha favur id-drittijiet tal-bniedem fir-Russja; billi 49 NGO Russu għandhom applikazzjonijiet pendenti quddiem il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, li fihom qed jargumentaw li l-liġi dwar l-"aġenti barranin" tikser għadd ta’ drittijiet tal-bniedem, inklużi d-drittijiet tal-libertà ta' espressjoni u ta' għaqda, u qed jipprotestaw kontra l-kwalità tal-liġi u kontra l-prosekuzzjoni tagħhom talli naqsu milli jirreġistraw bħala "aġenti barranin", kif ukoll kontra l-kontroll eċċessiv mill-istat;

K. billi sa mill-2014, għaxriet ta' organizzazzjonijiet li jaħdmu fuq kwistjonijiet ambjentali tqiegħdu bil-forza fuq il-lista ta' "aġenti barranin", minkejja d-deċiżjoni tal-Qorti Kostituzzjonali tar-Russja li teskludi l-gruppi ambjentali mill-ambitu ta' dik il-liġi; billi bosta mill-gruppi milquta kellhom jagħlqu biex jevitaw li jiġu ttikkettati bħala "aġenti barranin" jew għaliex ma setgħux iħallsu l-multi;

L. billi tul dawn l-aħħar għaxar snin feġġet xejra globali allarmanti li rat numru dejjem akbar ta' stati jintroduċu u jużaw liġijiet li jxekklu d-dritt tal-libertà ta' espressjoni, li tinkludi l-libertà li jirċievu u jikkomunikaw informazzjoni u ideat mingħajr interferenza mill-awtoritajiet pubbliċi u irrispettivament mill-fruntieri, kif ukoll il-libertà ta' għaqda u ta' assoċjazzjoni; billi tali liġijiet qed ixekklu wkoll il-ħidma tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tal-individwi;

M. billi l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, f'ħafna mid-deċiżjonijiet tagħha, enfasizzat li r-rwol ta' sorveljanza pubblika eżerċitat mill-NGOs huwa essenzjali f'soċjetà demokratika u huwa ta’ importanza simili għar-rwol tal-midja;

N. billi l-għan leġittimu li tiġi żgurata t-trasparenza tal-NGOs li jirċievu finanzjament barrani ma jiġġustifikax miżuri li jirrestrinġu l-attivitajiet tal-NGOs li joperaw fl-oqsma tad-demokrazija, tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt;

1. Jistieden lill-awtoritajiet Russi biex minnufih jirrevokaw il-liġi dwar l-"aġenti barranin" u biex jikkonformaw il-leġiżlazzjoni eżistenti mal-kostituzzjoni Russa u mal-obbligi tagħha skont id-dritt internazzjonali; iħeġġeġ lill-Federazzjoni Russa sabiex tieqaf milli deliberatament toħloq ambjent ostili għas-soċjetà ċivili u għaldaqstant jikkundanna l-użu tal-liġi dwar l-"aġenti barranin" bħala mezz ta' fastidju u ta' trażżin tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili li jikkooperaw ma' donaturi internazzjonali jew li jesprimu opinjonijiet politiċi;

2. Jikkundanna l-emendi li ġew approvati dan l-aħħar għal-liġi dwar l-"aġenti barranin" li jwessgħu konsiderevolment il-kamp ta' applikazzjoni tagħha u sejrin jippermettu li individwi jiġu stigmatizzati bħala "aġenti barranin", bi ksur tad-drittijiet tal-bniedem tagħhom, b'mod partikolari l-libertà ta' espressjoni u ta' għaqda, u d-drittijiet tagħhom bħala ċittadini, b'restrizzjoni tal-impenn u tal-kontribut tagħhom lejn is-soċjetà ċivili Russa u bit-tqegħid fil-periklu tas-sikurezza personali tagħhom minħabba li jkollhom tali stigma;

3. Jikkundanna l-isforzi kontinwi mill-awtoritajiet Russi biex jirrestrinġu d-dibattitu online u offline, kif ukoll il-ġurnaliżmu indipendenti; ifakkarhom li l-libertà tal-kelma hija dritt fundamentali tal-bniedem li jsaħħaħ id-drittijiet tal-bniedem l-oħrajn kollha, li jippermettu lis-soċjetà tiżviluppa u tagħmel progress; jistieden lill-Federazzjoni Russa tirrikonoxxi l-kontribut pożittiv għall-istat tad-demokrazija u għas-soċjetà, li jiġi minn soċjetà ċivili vibranti u attiva;

4. Iqis li din il-liġi u l-użu eċċessiv ta' multi u ħlasijiet kontra l-midja, l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u s-soċjetà ċivili għandhom l-għan aħħari li jisfurzawhom jiffukaw ir-riżorsi tagħhom fuq il-ħlas tal-multi u tal-pagamenti għad-difiża ġudizzjarja, biex b'hekk tiġi limitata l-libertà tal-espressjoni; jinsab imħasseb ħafna dwar l-attakki immirati fuq l-organizzazzjonijiet u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jkomplu jħassru s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, li sejra għall-agħar; jikkundanna, fost l-oħrajn, ix-xoljiment tal-moviment storikament importanti "Għad-Drittijiet tal-Bniedem";

5. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar ir-riskju ta' applikazzjoni selettiva tal-liġi biex jiġu attakkati individwi konkreti, partikolarment ġurnalisti indipendenti u attivisti politiċi tal-oppożizzjoni, minħabba n-nuqqas ta' kriterji ċari, kif ukoll inċertezzi legali abbażi tar-raġunijiet u l-konsegwenzi tal-applikazzjoni tagħha għal ċittadini normali; jappella lill-awtoritajiet Russi jistabbilixxu qafas ta' attivitajiet għal organizzazzjonijiet mhux kummerċjali (NGOs) li jkun ċar, koerenti u konsistenti u jkun konformi mal-istandards Ewropej u internazzjonali, partikolarment bl-użu ta' definizzjonijiet ċari, billi jiġi evitat kliem stigmatizzanti bħal "aġenti barranin" jew ta' dispożizzjonijiet diskriminatorji legali marbuta mas-sorsi ta' finanzjament, u billi jevitaw il-prosekuzzjoni kriminali tal-NGOs, tal-midja u l-bloggers, jew ta' persuni individwali li jwettqu attivitajiet għall-NGOs jew għall-midja; jesprimi t-tħassib tiegħu dwar l-esklużjoni‑ tal-organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili mill-NGOs organizzati mill-gvern; jinnota bi tħassib is-sitwazzjoni speċifika ta' Anastasiya Shevchenko f'Rostov-on-Don;

6. Jopponi bil-qawwa l-metodi tal-awtoritajiet Russi li jisfruttaw il-poter tal-istat biex joħonqu l-libertà ta' espressjoni u tal-kelma u b'hekk inisslu biża' fis-soċjetà; jappella lill-awtoritajiet Russi jappoġġjaw l-imparzjalità tal-midja, inklużi dawk ta' proprjetà tal-kumpaniji statali Russi, u jtejbu s-sikurezza u l-ambjent tax-xogħol tal-ġurnalisti fir-Russja, inkluż bl-avvanz tal-ħiliet professjonali tagħhom bl-użu tal-programmi internazzjonali eżistenti; jenfasizza l-bżonn li jiġu garantiti proċeduri ta' rikors legali għal dawk il-ġurnalisti li l-libertà ta' ħidma tagħhom ġiet mhedda, bil-għan li tiġi evitata l-awtoċensura;

7. Ifaħħar u jesprimi l-appoġġ tiegħu għall-individwi u l-organizzazzjonijiet kollha li għadhom qed iwettqu x-xogħol leġittimu u paċifiku tagħhom favur id-drittijiet tal-bniedem minkejja li sfaw fil-mira tar-ripressjoni; iħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jwaqqfu kull fastidju, intimidazzjoni u attakk diretti lejn is-soċjetà ċivili, il-midja u l-organizzazzjonijiet u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jikkundanna n-nuqqas min-naħa tal-awtoritajiet Russi li jipproteġu dawn l-atturi kontra l-attakki, il-fastidju u l-intimidazzjoni minn partijiet terzi jew li jinvestigaw l-attakki kontrihom b'mod imparzjali;

8. Jinnota li r-reġistru Russu ta' midja li huma “aġenti barranin” għandu għaxar entrati, li huma kollha aġenziji b'rabtiet ma' Radio Free Europe jew mal-Voice of America; ifakkar li l-gvern Russu kkritika midja barranija oħra talli rrappurtaw dwar id-dimostrazzjonijiet li saru fil-pajjiż;

9. Jistenna li l-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ), il-Kunsill u l-Kummissjoni jqajmu t-tħassib tagħhom dwar il-liġi dwar l-"aġenti barranin" fil-kuntatti , il-laqgħat u l-komunikazzjonijiet tagħhom mar-rappreżentanti Russi, inkluż fl-ogħla livelli, u jitlobhom jirrappurtaw lura lill-Parlament dwar l-iskambji tagħhom mal-awtoritajiet Russi;

10. Itenni t-talba tiegħu lill-Kummissjoni, lis-SEAE u lill-Istati Membri biex ikomplu jimmonitorjaw mill-qrib is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-Federazzjoni Russa, u jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE fir-Russja u lill-ambaxxati tal-Istati Membri jkomplu jimmonitorjaw il-każijiet fil-qrati li jinvolvu organizzazzjonijiet u attivisti tas-soċjetà ċivili; jistieden ukoll lill-VP/RGħ u lis-SEAE jiżguraw li jirreferu għall-każijiet ta' persuni mħarrka għal raġunijiet politiċi fil-komunikazzjonijiet tagħhom mal-awtoritajiet Russi u biex ir-rappreżentanti Russi jintalbu formalment biex jirrispondu dwar dawn il-każijiet; jitlob lill-VP/RGħ u lis-SEAE jirrapportaw lura lill-Parlament dwar l-iskambji tagħhom mal-awtoritajiet Russi;

11. Jistieden lill- VP/RGħ jagħmel użu minn kull possibbiltà biex jappoġġja lis-soċjetà ċivili li tippromwovi l-valuri demokratiċi u d-drittijiet tal-bniedem fir-Russja u biex isaħħaħ il-kuntatti bejn il-persuni maċ-ċittadini tar-Russja;

12. Jitlob lill-Istati Membri tal-UE jqajmu l-kwistjoni tal-liġi dwar l-"aġenti barranin" fl-istituzzjonijiet tal-Kunsill tal-Ewropa, primarjament fil-Kumitat tal-Ministri u fl-Assemblea Parlamentari tal-Kunsill tal-Ewropa (PACE); jitlob lill-Kummissjoni ta' Venezja teżamina l-liġi emendata dwar l-"aġenti barranin" bil-ħsieb li tipproduċi opinjoni legali u rakkomandazzjonijiet xierqa; jappella lill-awtoritajiet Russi jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet kollha tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa, b'konformità mal-obbligi internazzjonali tar-Russja f'dan ir-rigward; jistieden lill-Istati Membri kollha tal-UE japplikaw pressjoni kostanti fuq l-awtoritajiet Russi fi ħdan il-fora tal-OSKE biex jissodisfaw l-istandards tal-OSKE dwar id-drittijiet tal-bniedem, id-demokrazija, l-istat tad-dritt u l-indipendenza tal-ġudikatura;

13. Iħeġġeġ lill-UE tistieden lir-Russja b'mod kontinwu biex tirrevoka jew temenda l-liġijiet kollha li mhumiex kompatibbli mal-istandards internazzjonali; jistieden lill-VP/RGħ ifassal strateġija UE-Russja ġdida u komprensiva li jkollha l-għan li ssaħħaħ il-paċi u l-istabbiltà; itenni li kwalunkwe djalogu għandu jkun ibbażat fuq prinċipji sodi, li jinkludu r-rispett tad-dritt internazzjonali u l-integrità territorjali tal-ġirien tar-Russja; jissottolinja li s-sanzjonijiet kontra r-Russja jistgħu jitneħħew biss meta r-Russja tikkonforma bis-sħiħ mal-obbligi tagħha;

14. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem, lill-OSKE, u lill-President, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Federazzjoni Russa.

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Diċembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza