Proċedura : 2019/2980(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B9-0261/2019

Testi mressqa :

RC-B9-0261/2019

Dibattiti :

PV 19/12/2019 - 2.1
CRE 19/12/2019 - 2.1

Votazzjonijiet :

PV 19/12/2019 - 6.1

Testi adottati :

P9_TA(2019)0106

<Date>{18/12/2019}18.12.2019</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B9-0261/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0264/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0265/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0269/2019</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0270/2019</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 194kWORD 54k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B9-0261/2019 (ECR)

B9-0264/2019 (Verts/ALE)

B9-0265/2019 (S&D)

B9-0269/2019 (Renew)

B9-0270/2019 (PPE)</TablingGroups>


<Titre>dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-libertà tar-reliġjon, fil-Burkina Faso</Titre>

<DocRef>(2019/2980(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Michael Gahler, György Hölvényi, Peter van Dalen, Željana Zovko, Tomáš Zdechovský, Andrey Kovatchev, David McAllister, Antonio López-Istúriz White, Sandra Kalniete, Isabel Benjumea Benjumea, Eva Maydell, Magdalena Adamowicz, Milan Zver, Roberta Metsola, Lefteris Christoforou, Loucas Fourlas, David Lega, Krzysztof Hetman, Inese Vaidere, Tomas Tobé, Romana Tomc, Seán Kelly, Arba Kokalari, Stelios Kympouropoulos, Vladimír Bilčík, Karlo Ressler, Michaela Šojdrová, Luděk Niedermayer, Maria Walsh, Ioan-Rareş Bogdan, Gheorghe-Vlad Nistor, Stanislav Polčák, Jiří Pospíšil, Ivan Štefanec, Michal Wiezik, Peter Pollák</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>Kati Piri, Maria Arena</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Jan-Christoph Oetjen, Atidzhe Alieva-Veli, Abir Al-Sahlani, Petras Auštrevičius, Malik Azmani, José Ramón Bauzá Díaz, Phil Bennion, Stéphane Bijoux, Izaskun Bilbao Barandica, Gilles Boyer, Sylvie Brunet, Olivier Chastel, Katalin Cseh, Jérémy Decerle, Anna Júlia Donáth, Engin Eroglu, Klemen Grošelj, Christophe Grudler, Bernard Guetta, Antony Hook, Ivars Ijabs, Moritz Körner, Ondřej Kovařík, Ilhan Kyuchyuk, Nathalie Loiseau, Karen Melchior, Ulrike Müller, Javier Nart, Dragoş Pîslaru, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Monica Semedo, Susana Solís Pérez, Ramona Strugariu, Irène Tolleret, Yana Toom, Viktor Uspaskich, Hilde Vautmans, Marie-Pierre Vedrenne, Irina Von Wiese, Chrysoula Zacharopoulou</Depute>

<Commission>{Renew}f'isem il-Grupp Renew</Commission>

<Depute>Gina Dowding, Ellie Chowns</Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

<Depute>Anna Fotyga, Jan Zahradil, Karol Karski, Assita Kanko, Bert-Jan Ruissen</Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

<Depute>Fabio Massimo Castaldo</Depute>

</RepeatBlock-By>

EMENDI

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ksur tad-drittijiet tal-bniedem, inkluża l-libertà tar-reliġjon, fil-Burkina Faso

(2019/2980(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-10 ta' Diċembru 2019 tal-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) f'isem l-UE f'Jum id-Drittijiet tal-Bniedem,

 wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni tat-13 ta' Novembru 2019, li ħabbret EUR 35 miljun addizzjonali f'għajnuna umanitarja għar-reġjun tas-Saħel fl-Afrika,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-7 ta' Novembru 2019 tal-Kelliem tal-VP/RGħ dwar l-attakki fil-Burkina Faso,

 wara li kkunsidra ż-żjara tal-VP/RGħ Federica Mogherini fir-reġjun tas-Saħel f'Lulju 2019, u d-diskors tagħha fid-9 ta' Lulju 2019 fil-Burkina Faso,

 wara li kkunsidra d-diskors f'isem il-VP/RGħ Federica Mogherini tas-17 ta' Settembru 2019 waqt id-dibattitu fil-plenarja tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni tas-sigurtà fil-Burkina Faso,

 wara li kkunsidra l-istudju dwar il-libertà ta' reliġjon jew twemmin u l-libertà ta' espressjoni ("The Freedom of Religion or Belief and the Freedom of Expression"), ippubblikat mid-Direttorat Ġenerali għall-Politika Esterna tal-Unjoni fi Frar 2009,

 wara li kkunsidra s-seduta ta' smigħ pubblika tas-Sottokumitat dwar id-Drittijiet tal-Bniedem tal-Parlament Ewropew, dwar il-libertà ta' reliġjon jew twemmin: is-sitwazzjoni ta' minoranzi ppersegwitati, b'mod partikolari l-Insara, li saret fit-22 ta' Novembru 2017,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Mibgħut Speċjali għall-Promozzjoni tal-Libertà ta' Reliġjon jew ta' Twemmin tal-21 ta' Novembru 2019 dwar il-mandat tal-Mibgħut Speċjali għall-promozzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin barra l-Unjoni Ewropea: attivitajiet u rakkomandazzjonijiet ("The mandate of the Special Envoy for the promotion of freedom of religion or belief outside the European Union: activities and recommendations"),

 wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar il-promozzjoni u l-protezzjoni tal-libertà tar-reliġjon jew tat-twemmin, tal-2013,

 wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Membri tal-Gruppi tal-Istati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, min-naħa l-waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra (il-Ftehim ta' Cotonou),

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni attribwita lill-Kelliem tar-Rappreżentant Għoli tal-Alleanza ta' Ċiviltajiet tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-1 ta' Diċembru 2019, dwar l-attakk fuq knisja fil-Burkina Faso,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU tal-11 ta' Novembru 2019 dwar il-Forza Konġunta tal-Grupp tal-ħames pajjiżi tas-Saħel,

 wara li kkunsidra l-aġġornament tal-operazzjoni fil-pajjiż ta' Ottubru 2019, tal-Aġenzija tar-Rifuġjati tan-NU (UNHCR), dwar il-Burkina Faso,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU tat-13 ta' Ottubru 2019 dwar l-attakk fuq moskea fit-Tramuntana tal-Burkina Faso,

 wara li kkunsidra r-Rapport Nru 8 dwar is-Sitwazzjoni Umanitarja, tal-UNICEF, dwar il-Burkina Faso, ta' Ottubru 2019,

 wara li kkunsidra r-Rapport dwar l-Iżvilupp tal-Bniedem 2019 dwar l-inugwaljanzi fl-iżvilupp tal-bniedem fis-seklu 21, u b'mod partikolari r-rapport dwar l-iżvilupp tal-bniedem dwar il-Burkina Faso,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta' Diċembru 1948, li l-Burkina Faso hu pajjiż firmatarju tagħha,

 wara li kkunsidra l-Pjan ta' Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għas-Salvagwardja tas-Siti Reliġjużi, tat-12 ta' Settembru 2019,

 wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Burkina Faso,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni maħruġa mill-isqfijiet, il-qassisin u d-delegati sekulari tal-konferenzi episkopali ta' Burkina Faso, in-Niġer, il-Mali, il-Kosta tal-Avorju u l-Ghana, wara l-Workshop Interkonferenzi dwar is-Sigurtà fis-Saħel, tal-12 u s-13 ta' Novembru 2019,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Isqof Laurent Birfuoré Dabiré ta' Dori fid-diskors tiegħu lill-organizzazzjoni karitattiva Kattolika "Aid to the Church in Need" fil-5 ta' Lulju 2019,

 wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, li ġiet adottata fis-27 ta' Ġunju 1981 u daħlet fis-seħħ fil-21 ta' Ottubru 1986,

 wara li kkunsidra l-Forum ta' Pariġi dwar il-Paċi tat-12 u t-13 ta' Novembru 2019,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-Burkina Faso kellu tradizzjoni qawwija ta' tolleranza reliġjuża u sekulariżmu iżda sar vulnerabbli għall-instabbiltà, b'mod partikolari bħala riżultat tar-radikalizzazzjoni Iżlamika, li fniet ir-reġjun kollu tas-Saħel akbar, u qed iħabbat wiċċu ma' taħlita ta' elementi negattivi: vjolenza dejjem teskala, spostament, ġuħ, faqar u tibdil fil-klima;

B. billi n-nuqqas ta' sigurtà fil-Burkina Faso, li kulma jmur qiegħed dejjem jikber, wassal għal delitti terribbli mwettqa kemm mill-ġiħadisti kif ukoll minn gruppi armati oħra; billi skont rapport ta' Human Rights Watch, dawn il-gruppi armati fil-Burkina Faso ġġustizzjaw persuni suspettati li huma kollaboraturi tal-gvern, intimidaw lill-għalliema u xerrdu l-biża' fost il-popolazzjoni ċivili fil-pajjiż kollu; billi l-forzi tas-sigurtà Burkinabè wettqu operazzjonijiet kontra t-terroriżmu fl-2017 u fl-2018 li wasslu għal każijiet ta' qtil extraġudizzjarju, abbuż ta' persuni suspettati miżmuma f'kustodja u arresti arbitrarji; billi l-Gvern Burkinabè wiegħed li jinvestiga dawn l-allegazzjonijiet;

C. billi mill-2015, ġiħadisti u gruppi armati oħra li qabel kienu attivi fil-pajjiż ġar tal-Mali bdew jitterrorizzaw lill-popolazzjoni Burkinabè u wettqu għadd ta' attakki kontra simboli tal-istat bħal miri militari, skejjel u faċilitajiet tal-kura tas-saħħa, iżda wkoll b'mod partikolari kontra l-knejjes u l-Insara; billi mill-2015 'il hawn, l-attakki mill-ġiħadisti u minn gruppi armati oħra qatlu mill-inqas 700 persuna u darbu eluf f'Ouagadougou u fil-provinċji tat-Tramuntana, b'mod partikolari l-Provinċja ta' Soum, u nfirxu lejn il-provinċji tal-Lvant u tal-Punent fl-2018; billi l-vjolenza ma tolqotx lill-Insara biss; billi fil-11 ta' Ottubru 2019, pereżempju, moskea fil-belt ta' Salmossi, fit-Tramuntana tal-Burkina Faso, ġiet attakkata waqt it-talb ta' nhar ta' Ġimgħa;

D. billi ġew irrappurtati 520 inċident tas-sigurtà bejn Jannar u Novembru 2019, meta mqabbla mal-404 rreġistrati bejn l-2015 u l-2018; billi fix-xahar ta' Ottubru 2019 ġew irreġistrati 52 inċident relatati ma' gruppi armati mhux statali, li minnhom kważi 70 % kellhom fil-mira lil membri tal-popolazzjoni ċivili u lil forzi tas-sigurtà;

E. billi l-attakki twettqu kemm minn gruppi armati transnazzjonali li joperaw minn naħa għal oħra tal-fruntieri mal-Mali u man-Niġer, bħal Jamaat Nusrat al-Islam wal Muslimeen u l-Istat Iżlamiku tas-Saħara, kif ukoll minn gruppi domestiċi, primarjament Ansarul Islam, li joperaw mill-provinċji tat-Tramuntana u tal-Lvant tal-Burkina Faso;

F. billi fl-2019, aktar minn 60 Nisrani nqatlu fil-Burkina Faso f'diversi attakki, inkluż l-aktar attakk reċenti tal-1 ta' Diċembru 2019 kontra dawk preżenti waqt servizz ta' nhar ta' Ħadd fi knisja Protestanta fil-belt ta' Hantoukoura fil-Lvant tal-pajjiż, attakk li ħalla 14-il persuna mejta;

G. billi għadd ta' saċerdoti, nies tal-knisja u Nsara kienu l-vittmi ta' qtil u ħtif immirati fil-pajjiż kollu; billi bħala riżultat tal-vjolenza li qed tiżdied, ħafna nies, b'mod partikolari fit-Tramuntana, telqu d-djar tradizzjonali tagħhom, bħal pereżempju, l-aktar każ riċenti, l-irħula ta' Hitté u Rounga, u ħarbu lejn kampijiet għal persuni spostati internament jew lejn partijiet oħra tal-pajjiż, inkluża l-kapitali Ouagadougou;

H. billi l-popolazzjoni tal-Burkina Faso hija fil-parti l-kbira Sunnita Malikita, b'minoranzi reliġjużi kbar Insara u indiġeni; billi l-konfini bejn ir-reliġjonijiet fil-Burkina Faso huma fluwidi, peress li s-segwaċi tar-reliġjonijiet kollha normalment jinvolvu ruħhom fi prattiki sinkretiċi, u t-tolleranza reliġjuża hija n-norma; billi kemm l-imqades Sunniti kif ukoll dawk Insara reċentement kienu l-miri ta' attakki gwerilla minn gruppi armati Salafiti; billi dan kompla jkebbes it-tensjonijiet interreliġjużi, u billi l-persekuzzjoni ta' komunitajiet reliġjużi, inklużi persuni minn għadd kbir ta' denominazzjonijiet Insara, wassal għal taqlib tan-nisġa soċjali u livelli ogħla ta' emigrazzjoni;

I. billi l-gruppi ġiħadisti jridu jagħmlu pressjoni fuq il-koeżistenza tar-reliġjonijiet fil-Burkina Faso, bħala parti mill-istrateġija usa' tagħhom li jkebbsu l-kunflitti interetniċi u reliġjużi u li jispostaw il-popolazzjoni;

J. billi bħala riżultat tan-nuqqas ta' protezzjoni min-naħa tal-gvern, ġew rakkomandati miżuri ta' sigurtà mill-Isqof Justin Kientega tad-Djoċesi ta' Ouahigouya fil-Grigal tal-Burkina Faso, sabiex l-Insara jiġu protetti aħjar;

K. billi, bħala riżultat tal-vjolenza f'Awwissu, l-Isqof Laurent Birfuoré Dabiré ta' Dori, il-President tal-Konferenza Episkopali tal-Burkina Faso u n-Niġer, talab lill-komunità globali biex iżżid l-appoġġ tagħha għall-Insara fil-Burkina Faso sabiex tiġi impedita "l-eliminazzjoni tal-preżenza Kristjana"; billi kien hemm appelli ripetuti biex jiġi ddenunzjat it-theddid ta' ċensura u b'appoġġ għat-tkomplija tad-djalogu interreliġjuż;

L. billi fil-Pjan ta' Azzjoni tiegħu għas-Salvagwardja ta' Siti Reliġjużi, ippubblikat fit-12 ta' Settembru 2019, is-Segretarju Ġenerali tan-NU enfasizza li l-imqades madwar id-dinja jeħtieġ li jkunu postijiet ta' kenn għar-riflessjoni u l-paċi, mhux siti ta' terrur u tixrid ta' demm, u n-nies jeħtieġ li jitħallew josservaw u jipprattikaw il-fidi tagħhom fil-paċi;

M. billi l-organizzazzjonijiet umanitarji, li ħafna minnhom huma bbażati fuq it-twemmin reliġjuż, għandhom rwol essenzjali biex jgħinu lill-vittmi tal-vjolenza, b'mod partikolari n-nisa, it-tfal u l-persuni spostati internament;

N. billi l-Gvern tal-Burkina Faso donnu li m'għandux il-kapaċità li jimplimenta b'mod effettiv soluzzjonijiet għall-isfidi enormi soċjali, ekonomiċi u tas-sigurtà li għandu l-pajjiż; billi xi reġjuni, b'mod partikolari fil-Grigal tal-pajjiż, huma effettivament maqtugħin mill-gvern ċentrali;

O. billi l-Burkina Faso jikklassifika fost l-aktar 10 pajjiżi fqar fid-dinja; billi l-instabbiltà, it-tibdil fil-klima u l-kunflitt fil-pajjiż komplew inaqqsu l-opportunitajiet ekonomiċi, żiedu l-faqar u rriżultaw fi skarsezzi akuti tal-ikel; billi dawn il-konsegwenzi huma aggravati mid-deżertifikazzjoni rapida tar-reġjun tat-Tramuntana u mill-iskarsezza tal-ilma li tirriżulta minnha, tnaqqis fil-kwalità tal-ħamrija u skarsezza ta' riżorsi; billi b'konsegwenza ta' dan, aktar minn miljun persuna jinsabu f'riskju ta' skarsezza ta' ikel, filwaqt li miljun u nofs jeħtieġu għajnuna umanitarja urġenti;

P. billi fl-2014, ir-rata tal-litteriżmu fl-adulti ġiet stmata li kienet 34.5 %; billi ż-żieda fin-nuqqas ta' sigurtà u fit-terroriżmu f'ċerti reġjuni tal-pajjiż qed ikollha effetti negattivi fuq is-setturi tal-edukazzjoni u tas-saħħa; billi 85 faċilità tas-saħħa u aktar minn 2 000 skola ġew imġiegħla jagħlqu, u dan jolqot rispettivament aktar minn miljun pazjent u 300 000 student; billi 93 faċilità tas-saħħa oħra jinsabu fil-livell minimu ta' funzjonament tagħhom minħabba s-sitwazzjoni mwiegħra tas-sigurtà ta' bħalissa;

Q. billi l-vjolenza fil-Burkina Faso wasslet għall-ispostament ta' kważi nofs miljun ruħ; billi ħafna minnhom huma vulnerabbli u t-tfal jikkostitwixxu 44 % ta' dawk spostati; billi l-Burkina Faso jospita 31 000 rifuġjat addizzjonali mill-Mali; billi l-UNHCR qed jiffaċċja sfidi kbar biex jaċċessa l-persuni spostati internament u r-rifuġjati fil-Burkina Faso; billi l-persuni spostati internament u r-rifuġjati milquta mill-kriżi umanitarja fir-reġjun huma esposti għal riskji ta' protezzjoni u l-preżenza tagħhom tista' twassal għal kunflitt mal-popolazzjoni lokali fuq riżorsi naturali skarsi jekk ma jittiħdux miżuri adegwati biex jiġu pprovduti akkomodazzjoni, impjiegi u ikel; billi l-kunflitti fuq ir-riżorsi li jirriżultaw jheddu li jkomplu jżidu maċ-ċiklu ta' vjolenza fil-pajjiż;

R. billi matul dawn l-aħħar seba' snin, l-UE mmobilizzat aktar minn EUR 1 biljun għall-programmi ta' żvilupp fil-Burkina Faso u reċentement allokat EUR 15,7 miljun biex tindirizza l-kwistjoni ewlenija tan-nuqqas ta' sigurtà tal-ikel u l-malnutrizzjoni fost il-persuni spostati internament; billi l-pajjiż huwa wieħed mill-benefiċjarji ewlenin tal-appoġġ finanzjarju (EUR 628 miljun) mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) u qed jirċievi wkoll appoġġ finanzjarju sostanzjali (EUR 245,8 miljun) mill-Fond Fiduċjarju ta' Emerġenza ffinanzjat mill-FEŻ għall-perjodu 2016-2020;

S. billi l-Burkina Faso jipparteċipa fil-Missjoni Multidimensjonali Integrata tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Istabbilizzazzjoni f'Mali (MINUSMA) u l-Operazzjoni Ibrida Unjoni Afrikana-Nazzjonijiet Uniti fid-Darfur (UNAMID), is-Sħubija Trans-Saħarjana Kontra t-Terroriżmu (TSCTP) u l-G5 tas-Saħel; billi, minħabba l-parteċipazzjoni tal-pajjiż f'dawn il-missjonijiet u l-inizjattivi, huwa sar mira primarja għal gruppi armati mhux statali li jfittxu li jfixklu u jiskoraġġixxu l-kontribut tal-Burkina Faso għas-sigurtà reġjonali; billi rapport imfassal mis-Segretarju Ġenerali tan-NU enfasizza l-ksur tad-drittijiet tal-bniedem min-naħa tat-truppi Maljani li jappartjenu lill-G5 tas-Saħel;

T. billi l-UE tikkontribwixxi direttament għall-istabbiltà fir-reġjun tas-Saħel permezz tal-missjonijiet ċivili tal-EUCAP SAHEL fil-Mali u fin-Niġer u permezz tal-Missjoni ta' Taħriġ tal-Unjoni Ewropea fil-Mali (EUTM Mali), u indirettament permezz tal-parteċipazzjoni tal-Istati Membri f'MINUSMA u fl-Operazzjoni Barkhane; billi l-G5 tas-Saħel appoġġat mill-UE, li huwa sforz kollaborattiv ta' difiża bejn il-Burkina Faso, iċ-Chad, il-Mali, il-Mauritania u n-Niġer, itejjeb il-koordinament tal-iżvilupp u s-sigurtà reġjonali sabiex jiġu nnewtralizzati l-gruppi armati u titnaqqas l-attraenza tagħhom; billi attakk fuq bażi militari f'Tahoua, in-Niġer, fil-11 ta' Diċembru 2019 qatel 71 suldat min-Niġer u darab 12, fl-agħar inċident li seħħ fir-reġjun mill-2016 'il hawn;

U. billi f'summit f'Ouagadougou fl-14 ta' Settembru 2019, is-Summit tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS) ħabbar pjan ta' USD 1 biljun għall-ġlieda kontra n-nuqqas ta' sigurtà li kulma jmur qed jiżdied fir-reġjun tas-Saħel;

V. billi l-politika estera u ta' sigurtà komuni (PESK) tal-UE għandha l-għan li tiżviluppa u tikkonsolida d-demokrazija u l-istat tad-dritt, u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem u l-libertajiet fundamentali;

1. Jikkundanna bil-qawwa kwalunkwe forma ta' vjolenza, intimidazzjoni u ħtif ta' ċivili, li jkollhom fil-mira lis-servizzi tas-sigurtà, is-siti reliġjużi u l-prattikanti preżenti fl-imqades fil-Burkina Faso, b'mod partikolari l-vjolenza mmirata lejn komunitajiet reliġjużi speċifiċi, u l-istrumentalizzazzjoni politika u l-użu ħażin tar-reliġjon biex tiġi leġittimizzata l-persekuzzjoni tal-Insara u ta' minoranzi reliġjużi oħra;

2. Jestendi l-kondoljanzi tiegħu lill-familji tal-vittmi u lill-Gvern tal-Burkina Faso; jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-poplu Burkinabé, li kważi kuljum qed jgħix sitwazzjoni ta' luttu minħabba attakki fuq il-popolazzjoni ċivili, il-forzi tas-sigurtà u l-membri ta' komunitajiet Insara u minoranzi reliġjużi oħra;

3. Jistieden lill-awtoritajiet nazzjonali biex jinvestu aktar fid-djalogu nazzjonali bħala pedament importanti għall-koeżjoni; jenfasizza l-ħtieġa li jitrawmu l-għaqda u d-djalogu bejn il-komunitajiet kollha fil-Burkina Faso, inklużi mexxejja tradizzjonali u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, sabiex jiġi miġġieled it-tentattiv biex tinxtered il-mibegħda u jinħolqu tensjonijiet interkomunitarji;

4. Jistieden lill-Gvern tal-Burkina Faso jżid l-appoġġ u l-protezzjoni tal-komunitajiet Musulmani, Insara u animisti sabiex tinżamm it-tradizzjoni twila ta' Burkinabè ta' koeżistenza paċifika tal-Iżlam u l-Kristjanità; jitlob appoġġ addizzjonali għall-vittmi tal-vjolenza, b'mod partikolari n-nisa u t-tfal;

5. Ifakkar li l-ġlieda kontra t-terroriżmu tista' tagħti l-frott biss jekk il-forzi tas-sigurtà jirrispettaw l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem; iħeġġeġ lill-Gvern ta' Burkinabé, f'dan il-kuntest, biex minnufih itemm l-istrateġija abbużiva tiegħu ta' kontra r-ribelljoni, b'mod partikolari l-eżekuzzjoni sommarja ta' persuni suspettati, li toħloq ir-riskju li tkebbes il-kunflitt billi twassal lil aktar nies biex jingħaqdu mal-militanti Iżlamisti;

6. Jitlob lill-Gvern ta' Burkinabé biex iwettaq l-impenn tiegħu li jinvestiga allegazzjonijiet ta' abbużi min-naħa tal-forzi statali, jieħu miżuri konkreti biex jipprevjeni kwalunkwe abbuż ulterjuri u jibbaża l-istrateġija tiegħu għall-ġlieda kontra t-terroriżmu u l-estremiżmu vjolenti fuq l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet fundamentali, f'konformità mal-obbligi tiegħu skont id-dritt internazzjonali, b'mod partikolari d-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, id-dritt umanitarju internazzjonali u l-liġi dwar ir-rifuġjati;

7. Jinsisti fuq approċċ komprensiv lejn il-prevenzjoni tar-radikalizzazzjoni u t-terroriżmu li jiffoka fuq it-tisħiħ tal-koeżjoni soċjali u l-prevenzjoni tal-kriminalità; jistieden lill-awtoritajiet ta' Burkinabé jżidu l-isforzi tagħhom biex inaqqsu l-faqar, joħolqu prospetti ta' impjieg aħjar, speċjalment għaż-żgħażagħ, u jagħtu s-setgħa u r-rispett lill-individwu, sabiex jeliminaw direttament mis-sors l-ilmenti u l-frustrazzjonijiet li potenzjalment jistgħu jiġu sfruttati min-naħa tal-estremisti vjolenti; itenni li l-investiment fl-edukazzjoni huwa essenzjali għall-prevenzjoni tal-kunflitti u għar-rikostruzzjoni ta' soċjetajiet paċifiċi u inklużivi;

8. Ifakkar li r-rabta bejn il-politika, is-sigurtà u l-iżvilupp sostenibbli, anke lejn is-sensibilizzazzjoni reliġjuża permezz tal-promozzjoni ta' djalogu interreliġjuż, se tkun essenzjali biex tinstab soluzzjoni dejjiema għall-isfidi diversi li qed iħabbtu wiċċhom magħhom il-Burkina Faso u r-reġjun tas-Saħel;

9. Jappella għal koordinament internazzjonali fir-reġjun kollu, b'mod partikolari fil-qafas tal-ECOWAS, bl-objettivi politiċi tas-salvagwardja tas-sovranità territorjali u l-integrità tal-membri tagħha, tal-istituzzjonijiet demokratiċi reġjonali, tas-sigurtà taċ-ċittadini kollha u tal-proprjetajiet tagħhom; ifakkar li s-sitwazzjoni fil-Burkina Faso għandha impatt dirett fuq l-istati ġirien tagħha; jistieden lill-Gvern ta' Burkinabé jintensifika aktar il-kooperazzjoni tiegħu mal-istati ġirien tiegħu, speċjalment fir-rigward tar-reġjuni tat-Tramuntana u ta' dawk l-istati li huma affettwati direttament mill-vjolenza, bħall-Mali u n-Niġer;

10. Ifaħħar lill-UE u lill-Istati Membri tagħha talli appoġġaw il-G5 tas-Saħel, MINUSMA u l-Operazzjoni Barkhane; ifaħħar ukoll l-isforzi tal-missjonijiet ċivili tal-EUCAP SAHEL fil-Mali u n-Niġer u tal-missjoni ta' taħriġ militari EUTM Mali; jistieden lill-UE tkompli żżid l-appoġġ tagħha lill-Burkina Faso bil-għan li jiġu indirizzati l-isfidi enormi tas-sigurtà fil-pajjiż; jenfasizza l-ħtieġa għal azzjoni ta' sigurtà internazzjonali kkoordinata u aktar komprensiva fil-Burkina Faso; jistieden lill-pajjiżi tal-G5 tas-Saħel u lid-donaturi internazzjonali jżidu l-isforzi tagħhom sabiex il-forza militari konġunta tal-G5 tas-Saħel tinbidel f'forza operattiva b'mezzi suffiċjenti mingħajr aktar dewmien, filwaqt li jiġu rispettati bis-sħiħ id-drittijiet tal-bniedem;

11. Jisħaq fuq il-punt li s-sigurtà hija vitali, iżda li mhijiex l-unika soluzzjoni għall-isfidi li qed iħabbat wiċċu magħhom il-Burkina Faso, u li, għaldaqstant, il-koordinament bejn is-sigurtà u l-politiki ta' żvilupp u kummerċ hija waħda mill-isfidi essenzjali; jenfasizza li s-sigurtà tal-popolazzjoni lokali għandha tkun il-prinċipju li jiggwida r-riforma tas-settur tas-sigurtà tal-UE u l-isforzi ta' assistenza f'pajjiżi u reġjuni vulnerabbli;

12. Jinnota li l-kunflitt, l-ispostament u d-deżertifikazzjoni jagħmluha diffiċli biex dak li jkun jibda jaħdem f'tipi ta' impjiegi tradizzjonali; jenfasizza l-fatt li 65 % tal-popolazzjoni Burkinabé għandha inqas minn 25 sena; jemmen li l-operazzjonijiet ta' sigurtà fil-Burkina Faso jeħtieġ ikunu akkumpanjati minn sforzi ta' żvilupp lokali mmirati lejn it-tnaqqis tal-inugwaljanza u t-titjib tal-infrastruttura, il-parteċipazzjoni politika, l-applikazzjoni tal-ġustizzja, l-emanċipazzjoni tan-nisa u l-opportunitajiet ekonomiċi;

13. Jinnota s-sitwazzjoni li kulma jmur sejra għall-agħar fil-Burkina Faso u l-implikazzjonijiet ġeopolitiċi tagħha; jissottolinja li huwa imperattiv li l-UE tkompli tipprovdi assistenza politika u tas-sigurtà lill-isforzi mmexxija mill-G5 tas-Saħel, inkluż għall-proċess ta' paċi fil-Mali; jappella għal żieda fis-sostenn għall-forzi tas-sigurtà fil-Burkina Faso bil-għan li dawn ikunu jistgħu jirreaġixxu għat-theddid ta' vjolenza u attakki ġiħadisti, u jappoġġaw il-kontroll mill-gvern fir-reġjuni tat-Tramuntana u tal-Lvant;

14. Jisħaq fuq il-punt li l-koordinament internazzjonali huwa kruċjali wkoll u li l-UE għandha tkun lesta timpenja ruħha aktar mar-reġjun kollu u li dan tintegrah fl-istrateġija l-ġdida tagħha "Strateġija UE-Afrika - sħubija għal żvilupp sostenibbli u inklużiv";

15. Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jinkludi l-prattika effikaċi tad-djalogu interreliġjuż bħala strument fl-istrateġija ta' komunikazzjoni tiegħu ma' pajjiżi terzi u jħeġġeġ il-medjazzjoni fis-sitwazzjonijiet ta' kunflitt bil-għan li jiġu protetti l-minoranzi reliġjużi u l-libertà tar-reliġjon u tat-twemmin;

16. Jilqa' l-Pjan ta' Azzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti għas-Salvagwardja tas-Siti Reliġjużi, li ġie żviluppat mill-Alleanza ta' Ċiviltajiet tan-Nazzjonijiet Uniti u mħabbar mis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, is-Sur António Guterres, fit-12 ta' Settembru 2019;

17. Jenfasizza li l-prijorità fil-ġlieda kontra t-terroriżmu hija li, min-naħa, jintemm il-finanzjament internazzjonali ta' gruppi armati ġiħadisti, u min-naħa l-oħra li jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tal-faqar u l-inugwaljanza;

18. Jemmen li l-UE jeħtiġilha taħdem mal-ECOWAS u l-gvern u l-partijiet ikkonċernati kollha fil-Burkina Faso, bil-għan li jissaħħu l-iżvilupp, l-edukazzjoni, u l-isforzi għall-adattament għat-tibdil fil-klima biex jiġi indirizzat il-faqar u tiġi evitata aktar radikalizzazzjoni; jisħaq fuq il-punt li t-tibdil fil-klima huwa multiplikatur kbir tar-riskji ta' kunflitt, nixfa, ġuħ u spostament; iħeġġeġ lill-Gvern tal-Burkina Faso jagħti prijorità lill-ġlieda kontra l-korruzzjoni u l-impunità;

19. Jesprimi tħassib partikolari rigward l-impatt tat-theddid għas-sigurtà fuq l-effikaċja tal-għajnuna umanitarja u l-kooperazzjoni għall-iżvilupp; iħeġġeġ lill-Istati Membri u lill-komunità internazzjonali jżidu l-għajnuna umanitarja tagħhom lill-Burkina Faso, b'mod partikolari permezz tal-forniment ta' ikel, ilma u servizzi mediċi; iwissi li se tinqala' kriżi umanitarja oħra jekk il-ħtiġijiet bażiċi tal-komunitajiet spostati u ospitanti (bħall-ikel, l-ilma, il-kenn, il-kura tas-saħħa) ma jiġux issodisfati;

20. Jistieden lill-Gvern tal-Burkina Faso jissalvagwardja t-twassil ta' għajnuna umanitarja u għajnuna alimentari, b'mod partikolari f'żoni b'aċċess umanitarju limitat, u biex jieħu miżuri speċifiċi ħalli jsaħħaħ azzjonijiet għall-prevenzjoni u l-ġestjoni ta' malnutrizzjoni akuta fil-kampijiet tal-persuni spostati internament, b'attenzjoni partikolari għall-gruppi vulnerabbli, inklużi n-nisa u t-tfal;

21. Iħeġġeġ lill-Gvern tal-Burkina Faso jiżgura u jiffaċilita l-movimenti ta' transumanza tal-bhejjem biex jiġu evitati kunflitti fil-komunità, u biex ikun hemm aktar aċċess għal u disponibbiltà ta' ikel, ilma u kura għall-bhejjem f'żoni b'nuqqas sinifikanti ta' għalf;

22. Jesprimi l-gratitudni tiegħu għall-ħidma importanti li jwettqu l-NGOs, inklużi l-NGOs ibbażati fuq it-twemmin reliġjuż, u l-istituzzjonijiet internazzjonali fl-għoti ta' appoġġ lil għadd kbir ta' vittmi ta' vjolenza, b'mod partikolari n-nisa u t-tfal;

23. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-President tar-Repubblika tal-Burkina Faso, lill-Ispeaker tal-Parlament Burkinabé u lill-Unjoni Afrikana u lill-istituzzjonijiet tagħha.

 

 

 

 

 

Aġġornata l-aħħar: 19 ta' Diċembru 2019Avviż legali - Politika tal-privatezza