Proċedura : 2020/2551(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B9-0104/2020

Testi mressqa :

RC-B9-0104/2020

Dibattiti :

PV 13/02/2020 - 4.1
CRE 13/02/2020 - 4.1

Votazzjonijiet :

PV 13/02/2020 - 7.1

Testi adottati :

P9_TA(2020)0036

<Date>{12/02/2020}12.2.2020</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B9‑0104/2020</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0106/2020</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0108/2020</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0110/2020</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0111/2020</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0113/2020</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 176kWORD 51k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B9‑0104/2020 (Verts/ALE)

B9‑0106/2020 (S&D)

B9‑0108/2020 (ECR)

B9‑0110/2020 (GUE/NGL)

B9‑0111/2020 (PPE)

B9‑0113/2020 (Renew)</TablingGroups>


<Titre>dwar ir-Repubblika tal-Guinea, b'mod partikolari l-vjolenza kontra d-dimostranti</Titre>

<DocRef>(2020/2551(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Michael Gahler, David Lega, Željana Zovko, David McAllister, Sandra Kalniete, Andrey Kovatchev, Krzysztof Hetman, Milan Zver, Lefteris Christoforou, Stelios Kympouropoulos, Arba Kokalari, Loucas Fourlas, Loránt Vincze, Isabel Wiseler‑Lima, Romana Tomc, Michaela Šojdrová, Vladimír Bilčík, Vangelis Meimarakis, Magdalena Adamowicz, Ivan Štefanec, Liudas Mažylis, Michal Wiezik, Tomas Tobé, Frances Fitzgerald, Deirdre Clune, Tomáš Zdechovský, Inese Vaidere, Jiří Pospíšil, Stanislav Polčák, Peter Pollák, Miriam Lexmann, Ioan‑Rareş Bogdan</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute> Kati Piri, Maria Arena</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Jan‑Christoph Oetjen, Petras Auštrevičius, Malik Azmani, Stéphane Bijoux, Izaskun Bilbao Barandica, Sylvie Brunet, Dita Charanzová, Olivier Chastel, Ilana Cicurel, Jérémy Decerle, Laurence Farreng, Valter Flego, Klemen Grošelj, Christophe Grudler, Bernard Guetta, Ivars Ijabs, Irena Joveva, Pierre Karleskind, Moritz Körner, Ondřej Kovařík, Ilhan Kyuchyuk, Ulrike Müller, Mauri Pekkarinen, Dragoş Pîslaru, Frédérique Ries, Michal Šimečka, Susana Solís Pérez, Nicolae Ştefănuță, Ramona Strugariu, Irène Tolleret, Yana Toom, Viktor Uspaskich, Hilde Vautmans, Adrián Vázquez Lázara, Marie‑Pierre Vedrenne, Chrysoula Zacharopoulou, Javier Nart</Depute>

<Commission>{Renew}f'isem il-Grupp Renew</Commission>

<Depute>Pierrette Herzberger‑Fofana, Hannah Neumann</Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

<Depute> Karol Karski, Emmanouil Fragkos, Elżbieta Kruk, Jadwiga Wiśniewska, Joanna Kopcińska, Ruža Tomašić, Ryszard Czarnecki, Carlo Fidanza, Raffaele Fitto</Depute>

<Commission>{ECR}f’isem il-Grupp ECR</Commission>

<Depute>Idoia Villanueva Ruiz, Miguel Urbán Crespo, Eugenia Rodríguez Palop, Manuel Bompard, Stelios Kouloglou, Alexis Georgoulis, Dimitrios Papadimoulis</Depute></RepeatBlock-By>

<Commission>{GUE/NGL}f’isem il-Grupp GUE/NGL</Commission>

<Depute>Fabio Massimo Castaldo</Depute>


Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar ir-Repubblika tal-Guinea, b'mod partikolari l-vjolenza kontra d-dimostranti

(2020/2551(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Repubblika tal-Guinea,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Konġunta tan-Nazzjonijiet Uniti, tal-Unjoni Ewropea u tal-Ambaxxati tal-Istati Uniti u ta' Franza fir-Repubblika tal-Guinea, tal-5 ta' Novembru 2019,

 wara li kkunsidra l-Communiqué tal-Kummissjoni tal-Komunità Ekonomika tal-Istati tal-Afrika tal-Punent (ECOWAS), tal-4 ta' Novembru 2019, wara l-inċidenti f'Conakry,

 wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa tal-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli dwar it-trażżin tad-dimostrazzjonijiet fir-Repubblika tal-Guinea, tad-9 ta' Novembru 2019,

 wara li kkunsidra l-ħamsa u tletin sessjoni tal-Grupp ta' Ħidma ta' Rieżami Perjodiku Universali tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-Nazzjonijiet Uniti, bejn l-20 u l-31 ta' Jannar 2020,

 wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966,

 wara li kkunsidra l-Ftehim ta' Sħubija bejn il-Membri tal-Grupp ta' Stati Afrikani, tal-Karibew u tal-Paċifiku, minn naħa waħda, u l-Komunità Ewropea u l-Istati Membri tagħha, minn naħa l-oħra (il-Ftehim ta' Cotonou),

 wara li kkunsidra l-Karta Afrikana għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli, li ġiet adottata fis-27 ta' Ġunju 1981 u li daħlet fis-seħħ fil-21 ta' Ottubru 1986,

 wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Guinea, li ġiet approvata mill-Kunsill għat-Tranżizzjoni Nazzjonali fid-19 ta' April 2010 u adottata fis-7 ta' Mejju 2010,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

 wara li kkunsidra l-11-il Programm Indikattiv Nazzjonali tal-Fond Ewropew għall-Iżvilupp (FEŻ) għall-perjodu 2015-2020, li jalloka fondi lir-Repubblika tal-Guinea,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-President Alpha Condé ilu fil-poter fir-Repubblika tal-Guinea minn meta ġie elett fl-2010, filwaqt li ġie rielett fl-2015; billi f'nofs Ottubru 2019 bdew protesti tal-massa fil-pajjiż, prinċipalment mill-Front Nazzjonali għad-Difiża tal-Kostituzzjoni (FNDC), fost biża' mill-oppożizzjoni li l-President Condé ser ifittex li jestendi s-setgħat kostituzzjonali tiegħu; billi l-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Guinea tillimita l-mandati presidenzjali għal żewġ mandati; billi t-tieni mandat tal-President Condé għandu jiskadi fi tmiem l-2020;

B. billi l-elezzjoni tiegħu bħala President fl-2010 kienet l-ewwel pass lejn riformi demokratiċi u trasparenza wara snin ta' tmexxija militari; billi l-President Condé jinsab akkużat b'korruzzjoni u li impona restrizzjonijiet fuq il-libertà politika; billi riforma kostituzzjonali bl-għan uniku li testendi l-limiti tal-mandati presidenzjali biex tippermetti lil Alpha Condé jibqa' fil-poter wasslet għal vjolenza;

C. billi l-President Condé reċentement ipprova wkoll jinnewtralizza l-ostakli istituzzjonali għar-riforma tiegħu billi jinfluwenza lill-Qorti Kostituzzjonali u lill-Kummissjoni Elettorali tar-Repubblika tal-Guinea; billi f'Marzu 2018 tneħħa mill-kariga l-President tal-Qorti Kostituzzjonali Kéléfa Sall; billi l-Ministru tal-Ġustizzja Cheick Sako rriżenja għax oppona l-bidliet fil-kostituzzjoni li jippermettu t-tielet mandat presidenzjali;

D. billi l-partit fil-gvern, l-Unjoni tal-Poplu tal-Guinea, m'għandux il-maġġoranza parlamentari ta' żewġ terzi meħtieġa biex tiġi emendata l-kostituzzjoni; billi referendum dwar riforma kostituzzjonali jħalli barra lill-Parlament tar-Repubblika tal-Guinea;

E. billi fid-19 ta' Diċembru 2019 il-President Condé ħabbar pjanijiet għal referendum dwar riforma kostituzzjonali, li għandu jsir fl-1 ta' Marzu 2020; billi l-elezzjonijiet leġiżlattivi, li oriġinarjament kienu skedati għas-16 ta' Frar, ġew posposti u se jsiru dakinhar tar-referendum; billi l-kostituzzjoni l-ġdida proposta tinkludi estensjoni tal-mandat presidenzjali minn ħames snin għal sitta, b'limitu ta' żewġ mandati; billi huwa mistenni li l-President Condé se juża din il-bidla kostituzzjonali biex ifittex it-tielet mandat presidenzjali;

F. billi l-Front Nazzjonali għad-Difiża tal-Kostituzzjoni (FNDC), alleanza ta' partiti tal-oppożizzjoni, organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u għaqdiet tal-ħaddiema, ipprotesta u qed jippjana strikes biex jopponi l-bidla kostituzzjonali; billi mill-inqas seba' membri tal-FNDC ġew arrestati bejn it-12 ta' Ottubru u t-28 ta' Novembru 2019 u ġew akkużati li t-talbiet tagħhom għal protesti kontra l-abbozz tal-kostituzzjoni l-ġdida kkostitwew atti jew azzjonijiet li x'aktarx jiksru l-ordni pubbliku u jipperikolaw is-sikurezza pubblika qabel ma eventwalment ġew illiberati minħabba pressjoni internazzjonali;

G. billi s-sitwazzjoni fil-pajjiż hija mwiegħra, b'żieda fit-tensjonijiet politiċi u episodji ta' protesti vjolenti; billi r-rispons tal-gvern għal dawn it-tifqigħat kien aħrax iżżejjed, u l-pulizija rreaġixxew b'forza eċċessiva, indebita u illegali kontra d-dimostranti, u l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem irrappurtaw barrikati, sparaturi u gass tad-dmugħ, prinċipalment fil-kapitali Conakry u f'Mamou, il-fortizza tal-oppożizzjoni fit-Tramuntana; billi pulizija f'Wanindara allegatament użaw mara bħala tarka umana biex jipproteġu lilhom infushom mill-ġebel mitfugħ minn dimostranti;

H. billi Fodé Oussou Fofana, il-Viċi President tal-partit ewlieni tal-oppożizzjoni, l-Unjoni tal-Forzi Demokratiċi tar-Repubblika tal-Guinea, akkuża lill-President b'"kolp ta' stat kostituzzjonali" u "frodi"; billi l-partiti tal-oppożizzjoni wegħdu li jibbojkottjaw l-elezzjonijiet leġiżlattivi bħala protesta;

I. billi kemm l-ECOWAS kif ukoll il-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli appellaw biex jiġu rispettati d-drittijiet fundamentali tad-dimostranti, u biex il-forzi tas-sigurtà jtejbu l-ġestjoni tagħhom tad-dimostrazzjonijiet;

J. billi l-Kummissjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU nnutat li l-forzi tas-sigurtà li aġixxew bħala reazzjoni għall-protesti li bdew f'Conakry fl-14 u fil-15 ta' Ottubru 2019 "naqsu milli jikkonformaw man-normi u l-istandards internazzjonali tal-użu tal-forza"; billi l-funeral tad-dimostranti maqtula waqt dawn il-protesti kien ikkaratterizzat minn aktar vjolenza u mwiet;

K. billi r-Repubblika tal-Guinea tinsab fil-101 post minn 180 pajjiż fl-Indiċi Dinji tal-Libertà tal-Istampa tal-2019; billi mill-2015, mill-inqas 20 ġurnalista ġew imħarrka, detenuti jew iffaċċaw prosekuzzjoni; billi mill-bidu tad-dimostrazzjonijiet f'Ottubru 2019 ġew arrestati ġurnalisti, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u attivisti tas-soċjetà ċivili, inkluż Abdourahmane Sanoh (il-koordinatur tal-FNDC) li sussegwentement inħeles, filwaqt li oħrajn għadhom qed jinżammu u jiġu soġġetti għall-vjolenza; billi fil-protesti nqatlu mill-inqas 28 ċivil u gendarme; billi skont l-estimi ta' organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, mill-inqas 70 persuna – dimostranti u persuni li kienu fil-viċinanzi – inqatlu mill-2015, inkluż Amadou Boukariou Baldé, student li safa msawwat għall-mewt mill-pulizija waqt il-protesti fl-Università ta' Labé f'Mejju 2019;

L. billi diversi NGOs lokali kkundannaw il-kundizzjonijiet tal-ħabsijiet fir-Repubblika tal-Guinea, b'mod partikolari l-"inadegwatezzi serji f'termini ta' affollament eċċessiv, ikel u nutrizzjoni, u n-nuqqas ta' taħriġ mogħti lil ħafna mill-gwardjani tal-ħabs" (skont ir-rapport ta' Human Rights Watch); billi dawn il-kundizzjonijiet jagħtu lok għal tħassib fil-pajjiż kollu, iżda huma partikolarment serji fil-ħabs ċentrali f'Conakry;

M. billi r-Repubblika tal-Guinea hi wieħed mill-ifqar pajjiżi fl-Afrika, u għadha qed tbati minħabba snin ta' ġestjoni ekonomika ħażina u korruzzjoni, minkejja li għandha l-akbar riżerva ta' boksajt fid-dinja, fil-minjieri ta' madwar Boke; billi żewġ terzi mit-12.5-il miljun abitant jgħixu fil-faqar, u l-kriżi tal-Ebola bejn l-2013 u l-2016 dgħajfet b'mod sinifikanti l-ekonomija tal-pajjiż; billi ż-żgħażagħ taħt l-età ta' 25 sena, li jirrappreżentaw aktar minn 60 % tal-popolazzjoni, huma partikolarment milquta mill-qgħad;

N. billi fil-kuntest attwali ta' protesti kontra r-riforma tal-Kostituzzjoni, li komplew ikebbsu l-konfrontazzjoni bejn il-Gvern u l-partiti tal-oppożizzjoni, l-OGDH (Organizzazzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tad-Drittijiet taċ-Ċittadini tar-Repubblika tal-Guinea) iddenunzjat ksur ripetut tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika tal-Guinea; billi dan il-ksur wassal, fost l-oħrajn, għall-qerda ta' bini u faċilitajiet pubbliċi, għal tentattivi biex jitkebbsu d-diviżjonijiet etniċi u għal żgumbrament bil-forza minn proprjetajiet privati; billi bejn Frar u Mejju 2019, il-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea żgombra bil-forza aktar minn 20 000 persuna minn kwartieri f'Conakry sabiex jipprovdi art għall-ministeri tal-gvern, għal ambaxxati barranin, għal negozji u għal proġetti oħra ta' xogħlijiet pubbliċi;

O. billi bejn l-2014 u l-2020, l-UE pprovdiet appoġġ lir-Repubblika tal-Guinea permezz tal-11-il Programm Indikattiv Nazzjonali tal-FEŻ (Fond Ewropew għall-Iżvilupp) li jammonta għal EUR 244 000 000, liema appoġġ kien iffukat fuq ir-riforma istituzzjonali u l-modernizzazzjoni tal-amministrazzjoni, is-sanitazzjoni urbana, is-saħħa, it-trasport bit-triq u appoġġ għall-Uffiċjal Awtorizzanti Nazzjonali;

1. Jiddeplora l-vjolenza kontinwa fir-Repubblika tal-Guinea; jikkundanna bil-qawwa l-ksur tal-libertà tal-għaqda u tal-libertà tal-kelma kif ukoll l-atti ta' vjolenza, każijiet ta' qtil u abbużi oħra tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob lill-forzi tal-gvern irażżnu nfushom b'mod immedjat, u li jkun permess li jsiru protesti paċifiċi leġittimi mingħajr ebda intimidazzjoni;

2. Jistieden lill-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea biex jibda investigazzjoni malajr, trasparenti, imparzjali u indipendenti tal-imwiet u l-korrimenti ta' dimostranti, l-allegazzjonijiet ta' użu eċċessiv tal-forza jew ksur ieħor tad-drittijiet tal-bniedem minn uffiċjali tal-infurzar tal-liġi u biex il-persuni responsabbli, fosthom dawk li huma pulizija jew forzi tas-sigurtà, jinżammu responsabbli għal għemilhom u ma jgawdux minn impunità; ifakkar lill-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea li l-ġlieda kontra l-korruzzjoni u t-tmiem tal-impunità għandhom isiru wkoll ta' prijorità;

3. Jiddispjaċih ħafna dwar kwalunkwe pjan ta' bidla fid-dispożizzjonijiet kostituzzjonali tal-pajjiż dwar il-limiti tal-mandati presidenzjali; itenni bis-sħiħ li demokrazija li tiffunzjona għandha tinkludi r-rispett għall-istat tad-dritt u għad-dispożizzjonijiet kostituzzjonali kollha inkluż, fejn applikabbli, il-limiti fuq il-mandati presidenzjali; jappella lill-President tar-Repubblika tal-Guinea jirrispetta l-Kostituzzjoni tar-Repubblika tal-Guinea, b'mod partikolari l-Artikolu 27 tagħha;

4. Jappella għar-rispett tad-dritt ta' libertà ta' dimostrazzjoni, għaqda, assoċjazzjoni u espressjoni ggarantita minn standards internazzjonali u mit-trattati u mill-konvenzjonijiet tan-NU ratifikati mir-Repubblika tal-Guinea; jappella lill-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea jieħu miżuri urġenti biex jiżgura li jiġi rrispettat id-dritt ta' dimostrazzjoni libera u paċifika u biex joħloq ambjent sikur li jkun ħieles minn molestji, vjolenza u intimidazzjoni, u li jiffaċilita d-djalogu mal-oppożizzjoni;

5. Iħeġġeġ lill-partijiet kollha kkonċernati jipprevjenu aktar eskalazzjoni ta' tensjoni u vjolenza; jappella lill-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea, kif ukoll lill-gruppi tal-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili, biex irażżnu lilhom infushom, jaġixxu b'mod responsabbli u jipparteċipaw fi djalogu kostruttiv biex tinkiseb soluzzjoni dejjiema, kunsenswali u paċifika; jappella lill-UE tkompli bl-isforzi tagħha biex issaħħaħ ir-rwol tas-soċjetà ċivili u tinkoraġġixxi lill-atturi mhux statali biex ikollhom rwol attiv;

6. Iħeġġeġ lill-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea biex jiżgura elezzjonijiet leġislattivi u presidenzjali li jkunu trasparenti, kredibbli u ħielsa u li jsiru f'waqthom, bil-parteċipazzjoni sħiħa tal-partiti tal-oppożizzjoni, inkluż li jitħallew jirreġistraw, jagħmlu kampanji, ikollhom aċċess għall-mezzi tal-informazzjoni u jgawdu l-libertà tal-għaqda;

7. Ifakkar fl-importanza ta' kummissjoni elettorali nazzjonali awtonoma li taġixxi b'mod indipendenti mill-gvern u minn kwalunkwe partit politiku; iħeġġeġ lill-Gvern tar-Repubblika tal-Guinea u lill-President Condé biex jiżguraw li l-Kummissjoni Elettorali Nazzjonali Indipendenti (CENI) fir-Repubblika tal-Guinea tkun tista' topera b'mod kompletament trasparenti li jkun liberu minn kwalunkwe ndħil, intimidazzjoni jew koerċizzjoni minn politiċi jew partiti diġà fil-poter;

8. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Guinea biex jirrispettaw kompletament l-obbligi domestiċi u internazzjonali kollha fir-rigward tad-drittijiet ċivili u politiċi, inkluż id-dritt għal-libertà ta' espressjoni, għaqda u assoċjazzjoni, tad-dritt ta' libertà minn tortura, trattament ħażin u detenzjoni arbitrarja u tad-dritt ta' proċess ġust; jenfasizza li r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem jeħtieġ li jkun fil-qalba ta' kwalunkwe soluzzjoni politika għall-kriżi;

9. Jappella lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Guinea jwettqu investigazzjoni u jressqu quddiem il-ġustizzja, f'konformità mal-istandards internazzjonali, lill-membri tal-forzi tas-sigurtà li hemm evidenza kontrihom ta' responsabbiltà kriminali għal abbużi passati u attwali;

10. Ifakkar li soċjetà ċivili vibranti li kapaċi tiffunzjona mingħajr biża', intimidazzjoni u vjolenza huwa prerekwiżit neċessarju għall-konsolidazzjoni tad-demokrazija; iħeġġeġ lill-Gvern u lill-forzi tas-sigurtà jippromwovu ambjent li jwassal għas-sikurezza u s-sigurtà tar-rappreżentanti tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi u tas-soċjetà ċivili, inkluża reviżjoni tal-leġiżlazzjoni dwar l-użu tal-forza f'ġemgħat pubbliċi;

11. Jenfasizza l-importanza li jiġi żgurat u promoss ambjent, għas-servizz tad-demokrazija, b'mezzi tal-informazzjoni li jkunu pluralisti, indipendenti u ħielsa; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Guinea biex iwaqqfu immedjatament il-molestji u l-intimidazzjoni tal-ġurnalisti, inkluż li jtemmu s-sospensjoni arbitrarja tal-liċenzji tal-mezzi tal-informazzjoni, biex jirrispettaw id-drittijiet individwali tal-ġurnalisti u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li jaħdmu fil-pajjiż filwaqt li jiggarantixxu s-sikurezza tagħhom sabiex ikunu jistgħu josservaw jew jissorveljaw is-sitwazzjoni tal-politika u tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż;

12. Jikkritika bil-qawwa l-arrest ta' Abdourahmane Sanoh u ta' mexxejja oħra tal-oppożizzjoni u tas-soċjetà ċivili; jappella għall-ħelsien immedjat tal-priġunieri politiċi fil-pajjiż u investigazzjoni dwar l-allegazzjonijiet mifruxa ta' trattament ħażin tal-priġunieri;

13. Jappella lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Guinea biex iwaqqfu kwalunkwe żgumbrament ulterjuri tal-popolazzjoni mill-art jew mill-proprjetà tagħhom sakemm ikun jistgħu jiggarantixxu rispett għad-drittijiet tar-residenti, inkluż avviż adegwat, kumpens u risistemazzjoni qabel l-iżgumbrament; jisħaq li għandu jingħata kumpens adegwat lill-individwi kollha li ġew żgumbrati bil-forza u li għadhom ma rċevewx dan il-kumpens;

14. Ifakkar fl-importanza li r-Repubblika tal-Guinea taħdem mas-sħab reġjonali biex, b'mod kollettiv, jissaħħu d-demokrazija, l-iżvilupp u s-sigurtà; iħeġġeġ lill-awtoritajiet fir-Repubblika tal-Guinea jaħdmu mill-qrib mal-organizzazzjonijiet reġjonali, inkluża l-ECOWAS, biex jerġa' jkun hemm il-libertajiet bażiċi, biex jiġu investigati kompletament l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa matul id-dimostrazzjonijiet u biex ikun hemm tranżizzjoni demokratika paċifika; ifakkar li s-soluzzjoni għall-kriżi attwali tista' tinstab biss fi djalogu għall-poplu tal-Guinea li jkun miftuħ u aċċessibbli bejn il-gvern u l-gruppi tal-oppożizzjoni; ifakkar, bl-istess mod, li l-ECOWAS u l-pajjiżi ġirien tar-Repubblika tal-Guinea jistgħu jkollhom rwol vitali fil-promozzjoni ta' djalogu għall-poplu tal-Guinea u fl-iżgurar tal-kontinwazzjoni tiegħu; ifakkar li l-ECOWAS bagħtet 70 osservatur biex jipparteċipaw fil-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-ECOWAS (ECOWAS-MOE) fl-Elezzjoni Presidenzjali fir-Repubblika tal-Guinea fit-22 ta' Novembru 2019; jappella lill-Gvern tal-Guinea u lill-ECOWAS biex jaħdmu flimkien mill-qrib sabiex jiżguraw li l-elezzjonijiet tal-2020 isiru b'mod paċifiku u jkunu rappreżentattivi; jappella lill-Kummissjoni u lill-Istati Membri biex jagħtu segwitu għar-rakkomandazzjonijiet li saru fl-Eżami Perjodiku Universali (EPU) tar-Repubblika tal-Guinea f'Jannar 2020, b'mod partikolari dwar id-dritt għall-ħajja, l-integrità fiżika, il-libertà ta' espressjoni u l-libertà ta' għaqda paċifika, kif ukoll dwar l-użu tal-forza u l-impunità; iħeġġeġ lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Guinea biex jimpenjaw ruħhom b'mod sinifikanti fl-Eżami Perjodiku Universali li jmiss tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem, inkluż li jipprovdu aċċess sħiħ fuq il-post lin-NU, u biex jimplimentaw bis-sħiħ ir-rakkomandazzjonijiet sussegwenti tal-Grupp ta' Ħidma;

15. Iħeġġeġ lill-Unjoni Ewropea tissorvelja mill-qrib is-sitwazzjoni fir-Repubblika tal-Guinea u żżomm responsabbli lill-Gvern għal kwalunkwe ksur ta' impenji fi ħdan id-dritt u l-ftehimiet internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari fir-rigward tal-Artikoli 8, 9 u 96 tal-Ftehim ta' Cotonou;

16. Jappella lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, u lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) biex jibqgħu għaddejjin bi djalogu politiku, inkluż djalogu fi ħdan il-qafas tal-Artikolu 8 tal-Ftehim ta' Cotonou, bil-għan li jitnaqqsu malajr it-tensjonijiet fil-pajjiż u tingħata assistenza, fejn mitluba, fit-tħejjijiet għal elezzjonijiet paċifiċi, inklużi l-medjazzjoni u l-miżuri biex tiġi missielta l-vjolenza ta' qabel u ta' wara l-elezzjoni; jappella, barra minn dan, lill-VP/RGħ u lis-SEAE biex jaħdmu mal-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Guinea, mal-ECOWAS, mal-Uffiċċju tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU fir-Repubblika tal-Guinea, mal-Kummissjoni Afrikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Popli u mar-Rappreżentant Speċjali tas-Segretarju Ġenerali għall-Afrika tal-Punent u s-Saħel biex tissawwar strateġija komuni bħala soluzzjoni għall-kriżi politika attwali;

17. Jilqa' l-enfasi tal-FEŻ 11 fuq l-appoġġ għall-istat tad-dritt fir-Repubblika tal-Guinea; iħeġġeġ lill-Kummissjoni u lis-SEAE biex ikomplu bl-appoġġ għat-tisħiħ tas-soċjetà ċivili u ta' istituzzjonijiet tal-istat li jkunu indipendenti;

18. Jappella lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għar-Repubblika tal-Guinea biex kontinwament tissorvelja is-sitwazzjoni tas-soċjetà ċivili indipendenti tal-pajjiż, tosserva l-proċessi ta' priġunieri politiċi u tkompli tindirizza s-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż fid-djalogu tagħha mal-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Guinea; jappella lill-Kummissjoni ssegwi mill-qrib is-sitwazzjoni tar-Repubblika tal-Guinea u tirrapporta lura għand il-Parlament fuq bażi regolari;

19. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni u lill-Viċi President tal-Kummissjoni / Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-President u lill-Parlament tar-Repubblika tal-Guinea, lill-istituzzjonijiet tal-ECOWAS, lill-Assemblea Parlamentari Konġunta AKP-UE u lill-Unjoni Afrikana u lill-istituzzjonijiet tagħha.

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Frar 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza