Proċedura : 2020/2814(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B9-0317/2020

Testi mressqa :

RC-B9-0317/2020

Dibattiti :

PV 08/10/2020 - 8.2
CRE 08/10/2020 - 8.2

Votazzjonijiet :

Testi adottati :

P9_TA(2020)0259

<Date>{07/10/2020}7.10.2020</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B9-0317/2020</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0318/2020</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0319/2020</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0320/2020</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B90321/2020</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 168kWORD 49k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil> imressqa skont l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>

li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:

B9-0317/2020 (Verts/ALE)

B9-0318/2020 (S&D)

B9-0319/2020 (Renew)

B9-0320/2020 (PPE)

B9-0321/2020 (ECR)


<Titre>dwar il-Liġi tal-"Aġenti Barranin" fin-Nikaragwa</Titre>

<DocRef>(2020/2814(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Michael Gahler, Leopoldo López Gil, Isabel Wiseler-Lima, Željana Zovko, Lefteris Christoforou, Loucas Fourlas, Loránt Vincze, Tomáš Zdechovský, David McAllister, David Lega, Inese Vaidere, Vangelis Meimarakis, Krzysztof Hetman, Romana Tomc, Magdalena Adamowicz, Ivan Štefanec, Peter Pollák, Maria Walsh, Vladimír Bilčík, Isabel Benjumea Benjumea, Sandra Kalniete, Gabriel Mato, Eva Maydell, Janina Ochojska, Jens Gieseke, Luděk Niedermayer, Jiří Pospíšil, Stanislav Polčák, Stelios Kympouropoulos</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>Kati Piri, Alicia Homs Ginel</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>José Ramón Bauzá Díaz, Petras Auštrevičius, Malik Azmani, Izaskun Bilbao Barandica, Dita Charanzová, Olivier Chastel, Katalin Cseh, Klemen Grošelj, Karin Karlsbro, Moritz Körner, Ilhan Kyuchyuk, Urmas Paet, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Nicolae Ştefănuță, Ramona Strugariu, Hilde Vautmans</Depute>

<Commission>{Renew}f'isem il-Grupp Renew</Commission>

<Depute>Tilly Metz</Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

<Depute>Anna Fotyga, Karol Karski, Assita Kanko, Raffaele Fitto, Ryszard Czarnecki, Elżbieta Rafalska, Adam Bielan, Jadwiga Wiśniewska, Hermann Tertsch</Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

<Depute>Fabio Massimo Castaldo</Depute>

</RepeatBlock-By>


Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Liġi tal-"Aġenti Barranin" fin-Nikaragwa

(2020/2814(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar in-Nikaragwa, b'mod partikulari dawk tal-31 ta' Mejju 2018[1], tal-14 ta' Marzu 2019[2] u tad-19 ta' Diċembru 2019[3],

 wara li kkunsidra l-Ftehim tad-29 ta' Ġunju 2012 li jistabbilixxi Assoċjazzjoni bejn l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha fuq naħa waħda , u l-Amerika Ċentrali fuq in-naħa l-oħra[4],

 wara li kkunsidra d-dokument ta' strateġija għall-pajjiż tal-UE u l-programm indikattiv pluriennali 2014-2020 dwar in-Nikaragwa,

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar in-Nikaragwa,

 wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1716 tal-14 ta' Ottubru 2019 li jistabbilixxi qafas għal sanzjonijiet immirati fin-Nikaragwa[5], u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2020/606 tal-4 ta' Mejju 2020 li żied sitt uffiċjali Nikaragwani fil-lista ta' sanzjonijiet immirati, inkluż l-iffriżar tal-assi u projbizzjonijiet fuq vjaġġar[6],

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet magħmula mill-Viċi President/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) f'isem l-Unjoni Ewropea dwar in-Nikaragwa, b'mod partikolari dawk tal-20 ta' Novembru 2019 u tal-4 ta' Mejju 2020,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Michelle Bachelet, fil-45 Sessjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-14 ta' Settembru 2020, u r-rapport tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU tad-19 ta' Ġunju 2020 dwar in-Nikaragwa,

 wara li kkunsidra l-bullettini ppubblikati mill-Mekkaniżmu Speċjali ta' Monitoraġġ għan-Nikaragwa (MESENI) stabbilit mill-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem,

 wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi (ICCPR) tal-1966,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

 wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u dawk il-Libertà tal-Espressjoni Online u Offline,

 wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tan-Nikaragwa,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi fit-22 ta' Settembru 2020, il-membri tal-Assemblea Nazzjonali Nikaragwana tal-Alianza Frente Sandinista de Liberación Nacional (Front Liberali Nazzjonali Sandinista), il-partit fil-poter, ippreżenta proposta għal Liġi għar-Regolamentazzjoni tal-Aġenti Barranin, immudellata fuq il-liġi Russa tal-2012 dwar l-aġenti barranin, li, jekk tiġi adottata, se tobbliga lil kull persuna, organizzazzjoni jew istituzzjoni, inklużi l-istrumenti tal-midja u l-organizzazzjonijiet mhux governattivi li jirċievu fondi minn barra l-pajjiż, jiġu rreġistrati mal-Ministeru għall-Intern (Migob) u jissottomettu ruħhom għal monitoraġġ finanzjarju mill-Unità tal-Analiżi Finanzjarja (UAF);

B. billi kwalunkwe persuna jew entità rreġistrata mal-Ministeru għall-Intern bħala "aġent barrani" tkun soġġetta għal sorveljanza mill-qrib u jkollha "żżomm lura milli tintervjeni f'affarijiet jew fi kwistjonijiet politiċi domestiċi" kif dikjarat fl-Artikolu 12, u b'hekk id-drittijiet ċivili u politiċi tagħha jiġu ristretti, filwaqt li tkun tista' tiġi ppersegwitata, tingħata fastidju u tiġi mixlija b'reat kriminali; billi, jekk tiġi adottata, din il-liġi taffettwa b'mod negattiv id-dritt għal parteċipazzjoni politika u pubblika ugwali, inkluża l-oppożizzjoni, u b'hekk tkompli toħloq distorsjoni tas-sistema politika fin-Nikaragwa; billi dan jista' jwassal għal sitwazzjonijiet gravi ta' kriminalizzazzjoni illegali tal-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili, tal-attivisti u tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

C. billi l-Liġi għar-Regolamentazzjoni tal-Aġenti Barranin, jekk tiġi approvata, tintuża bħala strument ta' ripressjoni kontra l-persuni u l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem li jirċievu riżorsi minn kooperazzjoni internazzjonali fin-Nikaragwa; billi l-adozzjoni ta' din il-liġi jista' jkollha impatt dirett fuq il-kooperazzjoni tal-UE fil-pajjiż u fuq individwi marbuta mal-interessi Ewropej;

D. billi diversi membri tal-partit fil-gvern tal-Assemblea Nazzjonali pproponew ukoll liġi speċjali dwar iċ-ċiberkriminalità li tfittex li tiċċensura l-midja diġitali, kif ukoll liġi ġdida dwar reati ta' mibegħda li tirriforma l-kodiċi kriminali sabiex tippermetti l-impożizzjoni ta' priġunerija għall-għomor għal dissens politiku, mingħajr ebda definizzjoni ċara ta' liema mġiba twassal għal sentenza daqshekk ħarxa, u li tista' tintuża biex tikkastiga lil dawk li jitkellmu kontra l-politiki ripressivi tal-gvern;

E. billi huwa ċar li dawn il-liġijiet proposti għandhom l-għan li jillimitaw il-libertajiet fundamentali bħal-libertà tal-espressjoni, kemm online kif ukoll offline, il-libertà tal-assoċjazzjoni, u l-libertà tar-reliġjon, li jirrestrinġu aktar l-ispazju ċivili għaċ-ċittadini Nikaragwani u li jeżerċitaw kontroll totalitarju fuq iċ-ċittadini, l-istrumenti tal-midja u l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u tad-drittijiet tal-bniedem, mingħajr ebda kontrokontroll u b'marġini kbar ta' diskrezzjoni fl-implimentazzjoni tagħhom permezz tal-monitoraġġ tal-attivitajiet kollha tagħhom, b'enfasi fuq l-isfera politika, l-isfera tax-xogħol u dik ekonomika; billi dawn il-liġijiet, jekk jiġu adottati, jiksru sensiela ta' drittijiet u libertajiet fundamentali minquxa fil-Kostituzzjoni tan-Nikaragwa, li huma kollha rikonoxxuti fil-ftehimiet, fil-patti u fit-trattati internazzjonali li n-Nikaragwa hija firmatarja tagħhom;

F. billi dawn l-inizjattivi huma l-aħħar eżempji ta' tali ksur u jikkorroboraw xejra usa' ta' ripressjoni u każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u tal-libertajiet fundamentali; billi personalitajiet tas-soċjetà ċivili, attivisti ambjentali, ġurnalisti, personalitajiet tal-oppożizzjoni politika, membri ta' komunitajiet reliġjużi, b'mod partikolari l-Knisja Kattolika, studenti, eks priġunieri politiċi, u l-familji tagħhom kollha għadhom fil-mira tal-forzi tas-sigurtà u tal-gruppi armati favur il-gvern permezz ta' arresti, kriminalizzazzjoni, forza eċċessiva, rejds fuq djarhom, fastidju mill-pulizija, attakki sesswali u żieda fil-vjolenza u l-intimidazzjoni ffaċċjati minn attivisti nisa, theddid tal-mewt, vandaliżmu, malafama pubblika, u kampanji ta' malafama online;

G. billi, kif iddikjarat mill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, Michelle Bachelet, "ma sar l-ebda progress fis-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem u l-ebda sinjal li l-gvern qed jindirizza b'mod kostruttiv it-tensjonijiet u l-problemi strutturali li wasslu għall-kriżi soċjopolitika f'April 2018"; billi l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jirrapportaw li 94 persuna meqjusa bħala avversarji tal-gvern għadhom qed jiġu detenuti arbitrarjament, l-aktar fuq akkużi foloz għal reati mhux relatati;

1. Jikkundanna t-tentattivi biex tiġi adottata l-Liġi antikostituzzjonali għar-Regolamentazzjoni tal-Aġenti Barranin, il-Liġi Speċjali dwar iċ-Ċiberkriminalità u l-Liġi kontra r-Reati ta' Mibegħda, u jistieden lill-assemblea nazzjonali tirrifjuta dawn il-liġijiet, kif ukoll kwalunkwe liġi oħra li tillimita l-libertajiet fundamentali tal-poplu Nikaragwan; jenfasizza li, jekk jiġu approvati, dawn il-liġijiet se jipprovdu lill-gvern ta' Daniel Ortega għodda ripressiva ġdida biex isikket mhux biss lill-kritiċi tiegħu, iżda lil kwalunkwe individwu jew organizzazzjoni li tirċievi finanzjament barrani, u li dan se jwassal għal żieda fl-għadd ta' vittmi ta' tali ripressjoni u li se jkompli jaggrava l-klima fuq skala usa' ta' intimidazzjoni u theddid, li jwassal għal ksur inaċċettabbli tad-drittijiet tal-bniedem fin-Nikaragwa;

2. Jesprimi s-solidarjetà tiegħu mal-poplu tan-Nikaragwa u jikkundanna l-azzjonijiet ripressivi kollha tal-Gvern Nikaragwan, b'mod partikolari l-imwiet ikkawżati; jikkundanna r-ripressjoni ta' attivisti tas-soċjetà ċivili, il-personaġġi tal-oppożizzjoni politika, l-istudenti, il-ġurnalisti, il-gruppi indiġeni, il-membri tal-komunitajiet reliġjużi, b'mod partikolari l-Knisja Kattolika, u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem; jitlob il-ħelsien immedjat tal-priġunieri politiċi kollha li ġew detenuti b'mod arbitrarju, li l-akkużi kollha kontrihom jiġu rtirati u biex jiġu rispettati s-salvagwardji legali fundamentali tagħhom;

3. Iħeġġeġ lill-Gvern tan-Nikaragwa jieqaf jikkriminalizza l-vuċijiet indipendenti u jwaqqaf kull għan li jikkontrolla u jirrestrinġi l-ħidma tas-soċjetà ċivili u tal-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem, tal-personaġġi tal-oppożizzjoni politika, tal-mezzi tal-midja u tal-ġurnalisti; iħeġġeġ lill-Gvern tan-Nikaragwa jirritorna l-proprjetà kkonfiskata lill-istrumenti tal-aħbarijiet, iroddilhom lura l-liċenzji tagħhom biex joperaw u jirrestawra l-personalità ġuridika tal-organizzazzjonijiet mhux governattivi; jitlob li jkun hemm kooperazzjoni sħiħa mal-organizzazzjonijiet internazzjonali u li dawn ikunu jistgħu jirritornaw fil-pajjiż, inkluża l-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, l-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem, il-MESENI u l-Grupp Internazzjonali ta' Esperti Indipendenti tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS); jilqa' r-riżoluzzjoni tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU ta' Ġunju 2020 li tagħti mandat għal monitoraġġ imsaħħaħ mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar is-sitwazzjoni fin-Nikaragwa, u l-appoġġ tal-UE għall-adozzjoni tagħha;

4. Jenfasizza li kwalunkwe limitazzjoni għat-tgawdija tad-drittijiet għal-libertà tal-opinjoni u tal-espressjoni kemm online kif ukoll offline, il-libertà tal-għaqda paċifika u tal-assoċjazzjoni, u d-dritt li jiġu difiżi d-drittijiet tal-bniedem huma inkompatibbli mal-Kostituzzjoni tan-Nikaragwa u mal-obbligi internazzjonali tagħha skont il-ftehimiet dwar id-drittijiet tal-bniedem;

5. Jirrifjuta l-użu mhux xieraq tal-istituzzjonijiet u l-liġijiet mill-gvern awtoritarju tan-Nikaragwa bl-intenzjoni li jikkriminalizza l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-avversarji politiċi għal skopijiet politiċi u illegali; f'dan ir-rigward, jistieden lill-Gvern tan-Nikaragwa jirrispetta bis-sħiħ u fl-intier tagħhom l-impenji li ħa fil-ftehimiet ta' Marzu 2019 mal-gruppi tal-oppożizzjoni u mal-Alleanza Ċivika, li issa huma inklużi fil-Koalizzjoni Nazzjonali, bil-ħsieb li tinstab soluzzjoni demokratika, paċifika u negozjata għall-kriżi politika fin-Nikaragwa;

6. Ifakkar lill-Gvern tan-Nikaragwa li elezzjonijiet ħielsa, kredibbli, inklużivi u trasparenti jistgħu jseħħu biss jekk ma jkunx hemm ripressjoni, u jekk jiġu fis-seħħ ir-restawr tal-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet kostituzzjonali tal-poplu kollu tan-Nikaragwa, inkluż id-dritt għal-libertà tal-espressjoni, tal-għaqda, tat-twemmin u tal-protesta paċifika; jistieden lill-Gvern tan-Nikaragwa jilħaq ftehim permezz ta' mezzi demokratiċi paċifiċi u negozjati mal-gruppi tal-oppożizzjoni, inkluża l-Koalizzjoni Nazzjonali, dwar ir-riformi elettorali u istituzzjonali meħtieġa biex jiggarantixxu elezzjonijiet kredibbli, inklużivi u trasparenti, li attwalment huma skedati għal Novembru 2021, kollha f'konformità mal-istandards internazzjonali, billi jimplimenta wkoll ir-rakkomandazzjonijiet tal-Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali tal-UE tal-2011, u tal-OAS; jemmen, għal dan il-għan, li l-elezzjonijiet iridu jiġu osservati minn osservaturi nazzjonali u internazzjonali akkreditati kif xieraq;

7. Jesprimi t-tħassib serju tiegħu dwar ir-rapporti reċenti tal-organizzazzjonijiet tan-Nikaragwa li l-awtoritajiet ordnaw lill-pulizija nazzjonali twettaq ksur tad-drittijiet tal-bniedem u li qed jiġu assistiti f'din ir-ripressjoni minn gruppi ċivili favur il-gvern u l-organizzazzjonijiet territorjali tal-partit fil-gvern, li wħud minnhom huma armati u organizzati bħala gruppi paramilitari; jitlob li l-gvern iwettaq diżarm ta' dawn il-gruppi paramilitari u jitlob li dawk responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u għad-dgħajfien tad-demokrazija u tal-istat tad-dritt jinżammu responsabbli, u jitlob ukoll li jsir rieżami tal-liġi kontroversjali dwar l-amnestija, li tista' tipprekludi l-prosekuzzjoni ta' dawk responsabbli għal ksur gravi tad-drittijiet tal-bniedem;

8. Fid-dawl tal-abbużi u l-ksur gravi kontinwu tad-drittijiet tal-bniedem, jekk il-"Liġi dwar ir-Regolarizzazzjoni tal-Aġenti Barranin", il-"Liġi Speċjali dwar iċ-Ċiberkriminalità", u l-"Liġi kontra r-Reati ta' Mibegħda" proposti jiġu adottati, jekk il-Gvern tan-Nikaragwa jkompli ma jkollux ir-rieda li jniedi djalogu nazzjonali għal riforma elettorali xierqa, u r-repressjoni tas-soċjetà ċivili u tal-oppożizzjoni demokratika fin-Nikaragwa tkompli, jitlob li l-Kunsill biex, malajr, ikabbar il-lista ta' individwi u entitajiet li għandhom jiġu sanzjonati, inklużi l-President u l-Viċi-President, filwaqt li tingħata attenzjoni speċjali biex dawn ma jkunux ta' ħsara għall-poplu tan-Nikaragwa; itenni t-talba urġenti tiegħu għal mekkaniżmu globali tal-UE għad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-Kunsill jadotta dan il-mekkaniżmu permezz ta' deċiżjoni relatata mal-interessi u l-objettivi strateġiċi tal-Unjoni skont l-Artikolu 22(1) tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea;

9. Jitlob li tintbagħat delegazzjoni tal-Parlament fin-Nikaragwa kemm jista' jkun malajr sabiex tkompli timmonitorja s-sitwazzjoni fil-pajjiż u jħeġġeġ lill-awtoritajiet tan-Nikaragwa jippermettulha dħul mingħajr xkiel fil-pajjiż, u aċċess għall-interlokuturi u l-faċilitajiet kollha;

10. Jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna, flimkien mar-Rappreżentant Speċjali tal-UE għad-Drittijiet tal-Bniedem, biex ikompli u jżid l-appoġġ materjali u tekniku tiegħu lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-istrumenti tal-midja indipendenti fin-Nikaragwa; jistieden lid-Delegazzjoni tal-Unjoni Ewropea għan-Nikaragwa u lill-Istati Membri b'missjonijiet diplomatiċi fuq il-post biex jimplimentaw bis-sħiħ il-Linji Gwida tal-UE dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem;

11. Ifakkar li, fid-dawl tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni bejn l-UE u l-Amerka Ċentrali, in-Nikaragwa jeħtiġilha tirrispetta u tikkonsolida l-prinċipji tal-istat tad-dritt, id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, u jtenni t-talba tiegħu li, fid-dawl taċ-ċirkostanzi attwali, tiskatta l-klawżola demokratika tal-Ftehim ta' Assoċjazzjoni;

12. Jenfasizza li l-assistenza tal-UE lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili għandha tinżamm u tissaħħaħ biex ittaffi l-impatt tal-COVID-19;

13. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana, lill-Parlament tal-Amerka Ċentrali, lill-Grupp ta' Lima, u lill-Gvern u lill-Parlament tar-Repubblika tan-Nikaragwa.

 

 

 

[1] ĠU C 76, 9.3.2020, p. 164.

[2] Testi adottati, P8_TA(2019)0219.

[3] Testi adottati, P9_TA(2019)0111.

[4] ĠU L 346, 15.12.2012, p. 3.

[5] ĠU L 139I , 4.5.2020, p. 1.

[6] ĠU L 139I , 4.5.2020, p. 1.

Aġġornata l-aħħar: 8 ta' Ottubru 2020Avviż legali - Politika tal-privatezza