Proċedura : 2021/2646(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B9-0244/2021

Testi mressqa :

RC-B9-0244/2021

Dibattiti :

PV 29/04/2021 - 9.2
CRE 29/04/2021 - 9.2

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2021 - 10
PV 29/04/2021 - 19

Testi adottati :

P9_TA(2021)0156

<Date>{28/04/2021}28.4.2021</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B9-0244/2021</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0249/2021</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0248/2021</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 165kWORD 49k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikoli 136(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B9-0244/2021 (PPE)

B9-0249/2021 (ECR)

B9-0248/2021 (Renew)</TablingGroups>


<Titre>dwar il-Bolivja u l-arrest tal-ex President Jeanine Añez u ta' uffiċjali oħra</Titre>

<DocRef>(2021/2646(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Željana Zovko, Leopoldo López Gil, Isabel Wiseler-Lima, David McAllister, Michael Gahler, Sara Skyttedal, Miriam Lexmann, Loránt Vincze, Krzysztof Hetman, Róża Thun und Hohenstein, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, David Lega, Romana Tomc, Tomáš Zdechovský, Peter Pollák, Christian Sagartz, Janina Ochojska, Ivan Štefanec, Frances Fitzgerald, Lefteris Christoforou, Inese Vaidere, Paulo Rangel, Vangelis Meimarakis, Stanislav Polčák, Loucas Fourlas, Jiří Pospíšil, Antonio López-Istúriz White, Luděk Niedermayer, Eva Maydell, Michaela Šojdrová, Vladimír Bilčík, Gabriel Mato</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>José Ramón Bauzá Díaz, Petras Auštrevičius, Malik Azmani, Dita Charanzová, Olivier Chastel, Katalin Cseh, Vlad Gheorghe, Svenja Hahn, Moritz Körner, Javier Nart, Dragoș Pîslaru, Michal Šimečka, Nicolae Ştefănuță, Ramona Strugariu, Urmas Paet</Depute>

<Commission>{Renew}f'isem il-Grupp Renew</Commission>

<Depute>Anna Fotyga, Karol Karski, Joanna Kopcińska, Elżbieta Kruk, Witold Jan Waszczykowski, Ryszard Czarnecki, Bogdan Rzońca, Adam Bielan, Alexandr Vondra, Veronika Vrecionová, Elżbieta Rafalska, Raffaele Fitto, Jadwiga Wiśniewska, Angel Dzhambazki, Valdemar Tomaševski, Hermann Tertsch, Carlo Fidanza</Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

</RepeatBlock-By>

EMENDI

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Bolivja u l-arrest tal-ex President Jeanine Añez u ta' uffiċjali oħra

(2021/2646(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tat-28 ta' Novembru 2019 dwar is-sitwazzjoni fil-Bolivja[1],

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà f'isem l-Unjoni Ewropea tat-23 ta' Ottubru 2020 dwar l-elezzjonijiet ġenerali fil-Bolivja, u d-dikjarazzjoni tal-Kelliem tiegħu tal-14 ta' Marzu 2021 dwar l-aħħar żviluppi fil-Bolivja,

 wara li kkunsidra l-istqarrija għall-istampa mill-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (IACHR) tas-16 ta' Marzu 2021 dwar ir-rispett tal-istandards Inter-Amerikani għal proċess ġust u aċċess għall-ġustizzja fil-Bolivja,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni attribwibbli lill-Kelliem għas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti dwar il-Bolivja, tat-13 ta' Marzu 2021,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-Segretarjat Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS), tal-15 u s-17 ta' Marzu 2021, dwar is-sitwazzjoni fil-Bolivja,

 wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni Politika tal-Bolivja,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (il-Patt ta' San José),

 wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi s-sitwazzjoni politika u soċjali fil-Bolivja għadha ta' tħassib serju mill-elezzjonijiet presidenzjali tal-20 ta' Ottubru 2019; billi mill-inqas 35 ruħ mietu u 833 ndarbu fil-kuntest tal-protesti mifruxa u vjolenti, u ħafna oħrajn ġew detenuti bi ksur tar-regoli ta' proċess ġust, fost rapporti ta' vjolazzjonijiet u abbużi mifruxa tad-drittijiet tal-bniedem; billi l-President Evo Morales irriżenja minn President u telaq mill-pajjiż; billi diversi riżenji wasslu għal vojt fil-poter, u t-Tieni Viċi President tas-Senat Jeanine Áñez assumiet il-presidenza ad interim f'konformità mal-kostituzzjoni; billi t-Tribunal Plurinazzjonali Kostituzzjonali tal-Bolivja (TCP) approva l-presidenza ad interim ta' Jeanine Áñez;

B. billi wara l-mandat kostituzzjonali tagħhom, Jeanine Áñez u l-awtoritajiet ad interim ħadu l-passi meħtieġa biex jorganizzaw elezzjonijiet ġodda demokratiċi, inklużivi, trasparenti u ġusti, li saru f'Ottubru 2020 minkejja l-isfidi li rriżultaw mill-COVID-19; billi Luis Arce mill-partit MAS rebaħ il-Presidenza, u ġie rikonoxxut bħala tali minn Jeanine Áñez, kif ukoll mill-komunità internazzjonali, inkluża l-Unjoni Ewropea, u b'hekk ġie żgurat trasferiment tal-poter trasparenti u paċifiku;

C. billi f'dawn l-aħħar xhur il-kanċellazzjoni jew l-irtirar ta' diversi proċessi kontra s-sostenituri tal-MAS ġew ikkonfermati, filwaqt li żdied it-theddid ta' persekuzzjoni ġudizzjarja tal-politiċi li jopponu lill-Gvern tal-MAS; billi fit-18 ta' Frar 2021, id-Digriet Suprem 4461, li huwa vag, ġie approvat mill-Assemblea Plurinazzjonali, u dan ta amnestija ġenerali u maħfra lis-sostenituri tal-gvern tal-President Arce li ġew ipproċessati matul l-amministrazzjoni ta' Áñez għal reati relatati mal-"kriżi politika" li bdiet f'Ottubru 2019;

D. billi fit-13 ta' Marzu 2021 Jeanine Áñez, tnejn mill-ministri tagħha, l-ex Ministru għall-Enerġija Rodrigo Guzmán u l-ex Ministru tal-Ġustizzja Álvaro Coimbra, u individwi oħra li ffurmaw il-gvern ad interim mill-2019 sal-2020 ġew detenuti fuq akkużi ta' "terroriżmu, sedizzjoni u konfoffa", u l-prosekuturi qed jakkużawhom li ħadu sehem f'kolp ta' stat fl-2019; billi l-arrest preventiv tagħhom ġie estiż għal sitt xhur, u l-ex President Áñez qed tiffaċċja 24 sena ħabs jekk tinstab ħatja; billi mandat ta' arrest għadu pendenti għal tliet ex ministri oħra; billi l-ex President Jeanine Áñez inizjalment ġiet miċħuda assistenza medika waqt id-detenzjoni;

E. billi l-prosekuturi ressqu akkużi abbażi ta' lment minn ex Membru tal-Kungress tal-MAS, u jallegaw li l-individwi msemmija hawn fuq "ippromwovew, mexxew, appoġġjaw u kienu membri" ta' organizzazzjonijiet li l-objettiv tagħhom kien li jkissru l-"ordni kostituzzjonali" tal-Bolivja; billi l-prosekuturi akkużaw lil Jeanine Áñez bħala President ad interim iżda mhux bħala ċivili jew fil-kapaċità ta' kwalunkwe rwol pubbliku ieħor; billi l-Artikoli 159(11), 160(6), 161(7) u 184 (4) tal-Kostituzzjoni tal-2009 u l-Liġi tat-8 ta' Ottubru 2010 jipprevedu proċedura speċjali għall-proċess tal-President, tal-Viċi President u tal-awtoritajiet għolja ta' tribunali differenti; billi l-proċedura ġudizzjarja kontra l-President Áñez, segwita bil-prosekuzzjoni, ma tikkonformax mad-dritt kostituzzjonali Bolivjana; billi l-evidenza fid-dokumentazzjoni ta' akkumpanjament ma tidhirx li hi ċara;

F. billi dawk akkużati b'dawn ir-reati kriminali jallegaw li qed jiġu ppersegwitati; billi dawk li ġew arrestati s'issa jsostnu li ma ġewx debitament notifikati dwar l-akkużi, għalkemm l-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali saħaq li l-mandati ta' arrest inħarġu f'konformità mal-liġi u mingħajr ma nkisru d-drittijiet tad-detenuti; billi l-Uffiċċju tal-Ombudsperson iddeċieda li jimmonitorja l-azzjonijiet tal-Pulizija tal-Bolivja u tal-Uffiċċju tal-Prosekutur Pubbliku biex jiżgura li l-proċess ġust u d-dritt għal difiża tal-individwi arrestati kienu qed jiġu rispettati;

G. billi l-Artikolu 3 tal-Karta Demokratika Inter-Amerikana jiddefinixxi s-separazzjoni u l-indipendenza tal-poteri pubbliċi bħala element essenzjali tad-demokrazija rappreżentattiva; billi l-Artikolu 8 tal-Patt ta' San José jenfasizza l-garanziji ġudizzjarji u l-proċess ġust; billi diversi organizzazzjonijiet internazzjonali esprimew it-tħassib tagħhom dwar l-abbuż tal-mekkaniżmi ġudizzjarji fil-Bolivja, u dwar il-fatt li qed jintużaw dejjem aktar bħala strumenti ripressivi mill-partit fil-gvern; billi l-President il-ġdid Arce wiegħed li matul il-gvern tiegħu mhu se jkun hemm l-ebda pressjoni politika fuq il-prosekuturi u l-imħallfin;

H. billi l-kredibilità tas-sistema ġudizzjarja Bolivjana qed tiġi affettwata minn rapporti kontinwi ta' nuqqas ta' indipendenza, interferenza politika mifruxa u korruzzjoni;

I. billi l-IACHR saħqet li ċerti liġijiet Bolivjani kontra t-terroriżmu jiksru l-prinċipju tal-legalità minħabba li jinkludu, fost affarijiet oħra, definizzjoni komprensiva tat-terroriżmu li inevitabbilment hija wisq wiesgħa jew vaga; billi l-istati għandhom jirrispettaw il-prinċipju tal-legalità meta jkunu qed jiddefinixxu r-reati; billi l-ilmenti mressqa quddiem it-TCP li jitolbu bi dritt li l-Artikolu 123 tal-Kodiċi Kriminali dwar ir-reat tas-sedizzjoni, u l-Artikolu 133 tiegħu dwar it-terroriżmu, jiġu ddikjarati bħala mhux kostituzzjonali talli allegatament jiksru l-Konvenzjoni Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Kostituzzjoni Bolivjana, qed jistennew riżoluzzjoni mit-TCP;

J. billi l-UE ilha żmien twil sieħba tal-Bolivja, u għandha tkompli tappoġġja l-istituzzjonijiet demokratiċi tagħha, it-tisħiħ tal-istat tad-dritt, id-drittijiet tal-bniedem u l-iżvilupp ekonomiku u soċjali tagħha; billi l-UE qdiet rwol importanti bħala faċilitatur fil-paċifikazzjoni tal-pajjiż fl-2019 u l-2020, u b'appoġġ għall-elezzjonijiet;

1. Jiddenunzja u jikkundanna d-detenzjoni arbitrarja u illegali tal-ex President ad interim Áñez , tnejn mill-Ministri tagħha, u priġunieri politiċi oħra; jistieden lill-awtoritajiet Bolivjani jeħilsuhom minnufih u jwaqqgħu l-akkużi motivati politikament li saru kontrihom; jitlob li jkun hemm qafas ta' ġustizzja trasparenti u imparzjali ħielsa mill-pressjoni politika, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet jipprovdu l-assistenza medika kollha meħtieġa biex jiżguraw il-benesseri tagħhom;

2. Jissottolinja li l-ex President Áñez ikkonformat bis-sħiħ mad-dmir tagħha skont il-Kostituzzjoni Bolivjana bħala t-Tieni Viċi President tas-Senat meta kienet qed timla l-vojt presidenzjali kkawżat mir-riżenja tal-ex President Evo Morales wara l-irvellijiet vjolenti li ġew skattati minħabba l-attentat ta' frodi elettorali; jenfasizza li t-Tribunal Plurinazzjonali tal-Bolivja approva t-trasferiment tal-poter lil Jeanine Áñez; jinnota li l-elezzjonijiet tat-18 ta' Ottubru 2020 saru mingħajr inċidenti u b'garanziji demokratiċi sħaħ;

3. Jesprimi t-tħassib tiegħu dwar in-nuqqas ta' indipendenza u imparzjalità tas-sistema ġudizzjarja Bolivjana u l-prevalenza ta' problemi strutturali; jinnota li dan in-nuqqas ta' indipendenza jaffettwa l-aċċess għall-ġustizzja, u, b'mod aktar ġenerali, inaqqas il-fiduċja taċ-ċittadini fis-sistema tal-ġustizzja nazzjonali; jikkundanna l-pressjoni politika mpoġġija fuq il-ġudikatura biex tippersegwita l-avversarji politiċi, u jissottolinja l-importanza li jiġu rispettati l-garanziji ta' proċess ġust u li jiġi żgurat li l-ġudikatura tkun ħielsa minn kull pressjoni politika; jisħaq li l-vittmi jistħoqqilhom ġustizzja reali u imparzjali, u li dawk kollha responsabbli għandhom jinżammu responsabbli, mingħajr ma tingħata l-ebda amnestija jew maħfra minħabba l-opinjoni politika tagħhom; jitlob ir-rispett sħiħ tal-indipendenza tal-fergħat tal-poter u t-trasparenza sħiħa fil-proċedimenti legali kollha;

4. Jenfasizza li l-proċedimenti ġudizzjarji kollha jridu jitmexxew b'rispett sħiħ tal-prinċipju ta' proċess ġust minqux fid-dritt internazzjonali; jenfasizza li għandhom jipprovdu garanziji ġudizzjarji, filwaqt li jiżguraw il-protezzjoni ġudizzjarja u l-aċċess għall-ġustizzja, bħala parti minn sistema tal-ġustizzja indipendenti u imparzjali li tkun ħielsa mill-indħil minn istituzzjonijiet statali oħra;

5. Iħeġġeġ lill-Bolivja twettaq bidliet u riformi strutturali fis-sistema ġudizzjarja mingħajr dewmien, b'mod partikolari fil-kompożizzjoni tagħha, sabiex tiżgura l-garanziji ta' proċessi ġusti u kredibbli, imparzjalità u proċess ġust; jistieden lill-Gvern Bolivjan jindirizza l-problema mifruxa tal-korruzzjoni fil-pajjiż; jistieden lill-Gvern Bolivjan jemenda l-artikoli fil-Kodiċi Kriminali dwar id-delitti ta' sedizzjoni u terroriżmu, li jinkludu definizzjonijiet wiesgħa żżejjed tat-terroriżmu, u b'hekk iwasslu għal ksur possibbli tal-prinċipji tal-legalità u l-proporzjonalità;

6. Jistieden lill-Prosekutur Pubbliku tal-Bolivja jerġa' jiftaħ l-investigazzjoni dwar l-allegat kanalizzar mill-gvern ta' Morales ta' USD 1,6 miljun f'fondi pubbliċi permezz ta' pagamenti irregolari lill-kumpanija ta' konsulenza Neurona;

7. Ifakkar fl-indispensabilità ta' kanali ta' djalogu mtejba u effettivi fil-qafas tal-istituzzjonijiet Bolivjani sabiex jiġu promossi l-valuri demokratiċi, l-istat tad-dritt u r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem; jistieden lill-awtoritajiet Bolivjani jmexxu proċess ta' rikonċiljazzjoni bil-għan li jdgħajfu t-tensjoni u l-ostilità li hemm moħbija fis-soċjetà Bolivjana;

8. Jesprimi tħassib dwar is-sitwazzjoni soċjali u politika mwiegħra li ilha tevolvi u tiddeterjora fil-Bolivja mill-2019, u jiddeplora profondament it-traġedja li waqgħet fuq il-vittmi kollha tad-diżordni fil-Bolivja, min-naħat kollha; jissottolinja l-ħtieġa kritika li l-karattru plurietniku u plurilingwi għalkollox legali tal-istat jiġi rispettat; jistieden lill-Bolivja twettaq bidliet u riformi strutturali, inkluża l-ħatra ta' Ombudsperson indipendenti u imparzjali, biex tindirizza l-kawżi ewlenin tal-kriżijiet li faqqgħu fil-pajjiż;

9. Jemmen li l-UE u l-Bolivja għandhom ikomplu u jsaħħu l-impenn u d-djalogu tagħhom fil-kuntest tan-negozjati SĠP +, peress li l-Bolivja hija l-uniku pajjiż fil-Komunità Andina li m'għandux ftehim mal-UE; jemmen li l-UE għandha tkompli tappoġġja lill-Bolivja, u tkun lesta timpenja ruħha aktar, dment li jittieħdu passi ċari biex tittejjeb is-sitwazzjoni u dment li d-demokrazija, l-istat tad-dritt u d-drittijiet tal-bniedem jiġu rispettati;

10. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Gvern tal-Bolivja, lill-Qorti Kostituzzjonali Plurinazzjonali tal-Bolivja, lill-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani, lill-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, lill-Parlament Andin u lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU u lill-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem.

 

 

 

[1] Testi adottati, P9_TA(2019)0077.

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' April 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza