Proċedura : 2021/2646(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B9-0245/2021

Testi mressqa :

RC-B9-0245/2021

Dibattiti :

PV 29/04/2021 - 9.2
CRE 29/04/2021 - 9.2

Votazzjonijiet :

PV 29/04/2021 - 19

Testi adottati :


<Date>{28/04/2021}28.4.2021</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B9-0245/2021</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0246/2021</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0247/2021</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 160kWORD 49k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B9-0245/2021 (The Left)

B9-0246/2021 (Verts/ALE)

B9-0247/2021 (S&D)</TablingGroups>


<Titre>dwar il-Bolivja u l-arrest tal-ex President Jeanine Áñez u ta' uffiċjali oħra</Titre>

<DocRef>(2021/2646(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Marek Belka, Isabel Santos, Javi López</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Jordi Solé, Hannah Neumann</Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

<Depute>Marisa Matias, Manu Pineda</Depute>

<Commission>{The Left}f'isem il-Grupp The Left</Commission>

</RepeatBlock-By>


Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Bolivja u l-arrest tal-ex President Jeanine Áñez u ta' uffiċjali oħra

(2021/2646(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Bolivja,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE), tal-14 ta' Marzu 2021, dwar l-aħħar żviluppi fil-Bolivja,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tal-kelliem tal-VP/RGħ tal-10 ta' Awwissu 2020 dwar il-preparamenti tal-elezzjonijiet fil-Bolivja u tat-23 ta' Ottubru 2020 dwar l-elezzjonijiet ġenerali fil-Bolivja,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-kelliem tas-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti, tat-13 ta' Marzu 2021, dwar il-Bolivja,

 wara li kkunsidra r-rapport tal-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għad-Drittijiet tal-Bniedem, tal-24 ta' Awwissu 2020, bit-titolu "The Human Rights Situation in the Aftermath of the 20 October 2019 General Elections in Bolivia" (Is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem l-għada tal-elezzjonijiet ġenerali tal-20 ta' Ottubru 2019 fil-Bolivja),

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (IACHR), tas-16 ta' Marzu 2021, skont liema l-IACHR tħeġġeġ lill-Bolivja tirrispetta l-Istandards Inter-Amerikani għall-Proċess Ġust u l-Aċċess għall-Ġustizzja u jisħaq fuq l-obbligu fuq il-pajjiż biex jinvestiga u jissanzjona kull min hu responsabbli mill-ksur tad-drittijiet tal-bniedem kommess fil-kuntest tal-kriżi elettorali u istituzzjonali tal-2019, u tiżgura indennizzi komprensivi lill-vittmi u lill-familji tagħhom,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet tas-Segretarjat Ġenerali tal-Organizzazzjoni tal-Istati Amerikani (OAS), tal-15 u tas-17 ta' Marzu 2021, dwar is-sitwazzjoni fil-Bolivja,

 wara li kkunsidra l-Linji Gwida tal-Unjoni Ewropea dwar id-Difensuri tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Libertà ta' Espressjoni,

 wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Konvenzjoni Kontra t-Tortura u Trattament jew Pieni Krudili, Inumani jew Degradanti oħra, li l-Bolivja hija parti tagħhom,

 wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Istat Plurinazzjonali tal-Bolivja tal-2009,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 2131 (xx) tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti bit-titolu "Dikjarazzjoni dwar l-Inammissibilità tal-Intervent fl-Affarijiet Interni tal-Istati u l-Protezzjoni tal-Indipendenza u s-Sovranità tagħhom",

 wara li kkunsidra l-Artikolu 2(4) tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni 1514 (xv) tal-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti bit-titolu "Dikjarazzjoni dwar l-Għoti tal-Indipendenza lill-Pajjiżi u lill-Popli Kolonjali",

 wara li kkunsidra r-rapport taċ-Ċentru ta' Riċerka Politika u Ekonomika (CEPR) dwar l-elezzjonijiet fil-Bolivja tal-2019, li fih ġie spjegat li l-allegazzjonijiet ta' frodi mhux biss kienu furzati, iżda milli jidher kienu maħluqa minn żniedhom,

 wara li kkunsidra l-Ftehim Reġjonali dwar l-Aċċess għall-Informazzjoni, il-Parteċipazzjoni tal-Pubbliku u l-Ġustizzja fi Kwistjonijiet Ambjentali fl-Amerka Latina u fil-Karibew, iffirmat f'Escazú fl-4 ta' Marzu 2018,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi s-sitwazzjoni politika u soċjali fil-Bolivja għadha kritika, b'polarizzazzjoni qawwija tad-dibattitu politiku, il-qerda tal-ambjent li għaddejja bħalissa kkawżata mill-proġetti estrattivi, il-persistenza ta' disparitajiet soċjoekonomiċi enormi u, aktar reċentement, l-impatt tal-pandemija tal-COVID-19 u billi, wara l-elezzjonijiet tal-20 ta' Ottubru 2019, il-Bolivja sperimentat tranżizzjoni tal-poter f'daqqa mingħajr kopertura ġuridika u bi rwol attiv tal-armata u tal-korpi tal-pulizija, li fiha bosta sostenituri tal-President Evo Morales, membri tal-popolazzjoni indiġena u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem nqatlu b'mod vjolenti mill-armata u l-membri tal-partit Movimiento al Socialismo (MAS) ta' Morales ġew ippersegwitati mill-oppożizzjoni anki b'atti ta' vjolenza, bħal swat u vessazzjonijiet, filwaqt li d-djar ta' politiċi prominenti ngħataw in-nar;

B. billi, wara ġimgħat sħaħ ta' protesti vjolenti, il-kap kmandant ta' dak iż-żmien tal-forzi armati Bolivjani, Williams Kaliman, li serva bħala attaché militari tal-Bolivja f'Washington bejn l-2013 u l-2016, ħeġġeġ lill-President Morales jirriżenja, li fil-fatt hekk għamel biex jevita aktar tixrid ta' demm u jtaffi t-tensjonijiet; billi l-għada stess Evo Morales kien imġiegħel jitlaq mill-Bolivja u ngħata ażil fil-Messiku; billi wara dan segwiet l-awtoproklamazzjoni bħala President tat-tieni Viċi President tas-Senat, Jeanine Áñez, bl-appoġġ tal-armata u fl-assenza ta' kworum previst mill-Kostituzzjoni; billi Jeanine Áñez baqgħet Aġent President sa ma saru l-elezzjonijiet il-ġodda f'Ottubru 2020 u sal-insedjament tal-President Arce;

C. billi mill-inqas 35 ruħ mietu u 833 indarbu fil-kuntest tal-protesti li bdew f'Ottubru 2019 u ħafna oħrajn inżammu f'detenzjoni bi ksur tar-regoli ta' proċess ġust, fost rapporti ta' vjolazzjonijiet u abbużi mifruxa tad-drittijiet tal-bniedem; billi dawn il-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem ma ġewx investigati, imħarrka jew sanzjonati adegwatament, u dan ippermetta li l-impunità tkompli; billi, taħt l-awspiċji tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, il-Grupp Interdixxiplinari ta' Esperti Indipendenti għall-Bolivja (GIEI) beda l-investigazzjonijiet tiegħu fi tmiem Novembru 2020, u reġa' kebbes it-tama għall-ġustizzja, il-verità u l-indennizz għall-vittmi tal-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem;

D. billi, fil-15 ta' Novembru 2019, il-gvern ad interim tal-Bolivja ħareġ id-Digriet 4078, li jagħti lill-forzi armati d-dritt li jappoġġjaw lill-pulizija fid-difiża tas-soċjetà u fiż-żamma tal-ordni pubbliku mingħajr ma jkunu responsabbli għal kwalunkwe reat kommess, u b'hekk witta t-triq għall-impunità, hekk kif kien il-każ matul id-dittaturi ċivili-militari; billi fil-bliet ta' Sacaba u Senkata, rispettivament fil-15 ta' Novembru u fid-19 ta' Novembru, il-forzi armati sparaw fuq xi dimostranti li, skont rapporti, ma kinux armati u kienu f'manifestazzjoni favur il-President destitwit; billi mill-inqas 18-il persuna nqatlu mill-pulizija u mill-armata;

E. billi f'Novembru 2019 il-gvern ad interim Bolivjan ressaq rapport kriminali quddiem il-prosekuturi li fih talab il-perjodu massimu tal-piena għall-ex President Evo Morales bl-akkuża ta' terroriżmu u sedizzjoni għall-allegat rwol tiegħu biex jaqla' l-inkwiet fil-pajjiż;

F. billi l-intervent fl-apert tal-armata u tal-pulizija fl-2019 kompla jiddestabbilizza l-pajjiż; billi d-diversi atti ta' repressjoni mwettqa mill-armata u mill-pulizija f'postijiet pubbliċi huma tfakkira kerha tal-perjodi l-aktar mudlama tad-dittaturi ċivili-militari fil-Bolivja għal ħafna għexieren ta' snin, u tal-aktar minn 200 kolp ta' Stat militari li seħħew minn meta l-pajjiż kiseb l-indipendenza tiegħu fl-1825 – l-ogħla numru fost il-pajjiżi kollha tal-Amerka Latina;

G. billi l-elezzjonijiet saru fit-18 ta' Ottubru 2020; billi r-riżultati ta' dawn l-elezzjoni, li raw lil Luis Arce leġittimament elett President tal-Istat Plurinazzjonali tal-Bolivja, kienu rikonoxxuti b'mod wiesa' mill-komunità internazzjonali;

H. billi f'Marzu 2021 il-prosekutur nazzjonali ħareġ u applika mandati ta' arrest fil-konfront tal-ex President Áñez, tal-ministri tal-gvern ad interim tagħha u ta' individwi oħra li kienu jagħmlu parti mill-gvern ad interim fl-2019-2020, għal reati bħal sedizzjoni, terroriżmu u konfoffa, fil-kuntest ta' proċediment ġudizzjarju magħruf bħala "kolp ta' Stat"; billi fit-18 ta' Frar 2021 ġie approvat id-Digriet Suprem Nru 4461, li ta l-amnestija jew il-maħfra lis-sostenituri tal-gvern tal-President Arce li nżammu f'detenzjoni għal allegati reati kommessi matul il-kriżi politika li bdiet f'Ottubru 2019;

I. billi l-UE kellha rwol importanti bħala faċilitatur fil-paċifikazzjoni fl-2019 u l-2020 u b'appoġġ favur elezzjonijiet ġusti;

1. Jesprimi tħassib dwar il-konsegwenzi soċjali u politiċi li kienu qed jiżviluppaw u jaggravaw fil-Bolivja mill-interruzzjoni f'daqqa tal-kontinwità kostituzzjonali bl-intervent tal-armata u tal-pulizija tal-2019, inkluża r-repressjoni tal-movimenti soċjali u tal-komunitajiet indiġeni, u jiddeplora bil-qawwa t-traġedja li ġarrbu l-vittmi kollha tal-inkwiet fil-Bolivja; jissottolinja l-ħtieġa fundamentali li l-karattru plurinazzjonali u plurilingwi tal-istat jiġi ggarantit mil-liġi;

2. Jappella għal soluzzjoni fil-qafas ta' ġustizzja trasparenti u mingħajr pressjoni politika għall-akkużi għall-fatti li ġraw fl-2019, inkluża d-detenzjoni tal-ex President ad interim Jeanine Áñez; jappella għar-rispett sħiħ ta' drittijietha matul id-detenzjoni, inkluża l-kura medika;

3. Jistieden lill-Gvern Bolivjan biex b'urġenza u b'diliġenza jinvestiga, itella' l-qorti u jissanzjona lil kull min huwa responsabbli għall-vjolenza u l-vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem imwettqa fil-kuntest tal-kriżi, u jiżgura indennizzi għall-vittmi; jisħaq fuq l-importanza li jitfassal pjan biex il-vittmi tal-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u l-familji tagħhom jiġu megħjuna minnufih, u biex jingħataw indennizzi komprensivi għalihom; huwa mħasseb ferm li, sal-lum, lanqas persuna waħda ma nżammet responsabbli għall-imwiet f'Sacaba u f'Senkata u lanqas għall-biċċa l-kbira tal-każijiet ta' qtil li seħħew fl-2019; jisħaq li n-nuqqas ta' azzjoni se jkabbar id-diviżjonijiet, jaggrava t-tensjonijiet attwali u jimmina l-fiduċja pubblika fl-istituzzjonijiet tal-Istat;

4. Iħeġġeġ trasparenza sħiħa f'dawk li huma r-responsabilitajiet rigward l-interruzzjoni f'daqqa tal-kontinwità kostituzzjonali bl-intervent tal-armata u tal-pulizija u l-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem li twettqu minn dakinhar 'l hawn;

5. Jappella għar-rispett sħiħ tal-indipendenza tal-fergħat tal-poter u biex id-differenzi politiċi jiġu indirizzati permezz tad-djalogu u tar-rikonċiljazzjoni bil-għan li jitħarsu d-demokrazija, l-istat tad-dritt u r-rispett tad-drittijiet tal-bniedem;

6. Ifaħħar il-fatt li l-elezzjonijiet li saru fit-18 ta' Ottubru 2020 saru mingħajr inċidenti u b'garanziji demokratiċi sħaħ; jenfasizza r-rebħa elettorali ċara ta' Luis Arce u tal-partit Movimiento al Socialismo; ifaħħar l-organizzazzjoni b'suċċess tal-elezzjonijiet subnazzjonali fl-2021 u jirrikonoxxi l-appoġġ tal-UE għall-elezzjoni presidenzjali tal-2020 permezz ta' Missjoni ta' Osservazzjoni Elettorali ta' Esperti u r-rwol pożittiv tal-UE bħala faċilitatur fil-paċifikazzjoni fl-2019 u l-2020;

7. Jisħaq li l-indipendenza tal-istituzzjonijiet u s-separazzjoni tal-poteri huma essenzjali biex jiġi żgurat proċess ġust, u jinnota li n-nuqqas ta' indipendenza jaffettwa l-aċċess għall-ġustizzja u, b'mod aktar ġenerali, inaqqas il-fiduċja taċ-ċittadini fis-sistema ġudizzjarja nazzjonali; jistieden f'dan ir-rigward lill-Gvern tal-Bolivja jieħu kwalunkwe miżura neċessarja biex ikompli jirrispetta l-istat tad-dritt u jiżgura l-indipendenza u l-imparzjalità tas-sistema ġudizzjarja tal-pajjiż, filwaqt li jiggarantixxi l-aċċess tal-vittmi għall-ġustizzja u l-ħtieġa ta' indennizzi rapidi u adegwati;

8. Jikkondividi l-fehmiet tad-dikjarazzjoni tas-Segretarju Ġenerali tan-NU li tfakkar fl-importanza li jiġu rrispettati l-garanziji ta' proċess ġust u t-trasparenza sħiħa fil-proċedimenti ġudizzjarji kollha; u jfakkar fil-passi importanti li ħadu l-atturi Bolivjani kollha favur il-konsolidazzjoni tal-paċi; jistieden lill-Gvern tal-Bolivja jikkoopera bis-sħiħ mal-organi tan-NU u jestendi stedina permanenti għaż-żjara tal-Proċeduri Speċjali kollha tal-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;

9. Ifaħħar u jappoġġja l-ħidma tan-NU taħt l-awspiċji tal-Kummissjoni Inter-Amerikana dwar id-Drittijiet tal-Bniedem (IACHR), u jitlob b'insistenza r-reinsedjament tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli għad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Grupp Interdixxiplinari ta' Esperti Indipendenti għall-Bolivja (GIEI);

10. Jisħaq li l-proċedimenti ġudizzjarji kollha jridu jitwettqu fir-rispett sħiħ tal-prinċipju ta' diliġenza dovuta f'konformità mad-dritt internazzjonali, filwaqt li jiġu żgurati garanziji ġudizzjarji, protezzjoni ġudizzjarja u aċċess għall-ġustizzja, fil-kuntest ta' sistema ġudizzjarja indipendenti u imparzjali li tkun ħielsa minn indħil minn istituzzjonijiet statali oħra;

11. Huwa mħasseb dwar iż-żieda, f'dawn l-aħħar snin, fil-lingwaġġ vjolenti u xewwiexi, kif ukoll fil-vjolenza verbali u fiżika fil-konfront tal-ġurnalisti, tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u tal-popolazzjoni indiġena, li jirriflettu razziżmu b'għeruq fondi; jikkundanna bil-qawwa l-atti kollha ta' razziżmu u malafama, iqis li jikkostitwixxu vjolazzjonijiet serji tad-drittijiet tal-bniedem, u jitlob kjarifika rapida u sħiħa tagħhom bl-għan li l-individwi kollha responsabbli jitressqu l-qorti u jingħataw piena; jissottolinja li l-libertà tal-istampa hija element essenzjali tal-istabilità;

12. Iħeġġeġ lill-UE tappoġġja lill-Bolivja u taħdem mal-awtoritajiet li għadhom kif ġew eletti favur il-konsolidazzjoni tal-prosperità u l-istabilità tal-pajjiż, fi spirtu ta' rispett, ugwaljanza, ġustizzja, għaqda u inklużjoni;

13. Jikkundanna l-istrumentalizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem għall-interessi politiċi;

14. Jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri jżidu l-appoġġ tagħhom favur id-djalogu biex jindirizzaw il-kawżi profondi tal-vjolazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-pajjiż, u jiżguraw li ma terġax iseħħ il-vjolenza għal raġunijiet politiċi u istituzzjonali fil-Bolivja, billi jappoġġjaw il-varar urġenti ta' proċess nazzjonali ta' djalogu u rikonċiljazzjoni, bl-għan li jittaffew it-tensjonijiet u l-ostilitajiet li huma mistura fis-soċjetà Bolivjana, biex jiġi żgurat ir-rispett sħiħ tad-drittijiet tal-bniedem ta' kulħadd;

15. Jistieden lis-SEAE u lill-Istati Membri jżidu l-protezzjoni u l-appoġġ tagħhom għad-difensuri ambjentali u tad-drittijiet tal-bniedem fil-Bolivja; jistieden lid-Delegazzjoni tal-UE timplimenta bis-sħiħ il-Linji Gwida tal-UE dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u toffri appoġġ lis-soċjetà ċivili u aċċess għall-protezzjoni ta' persuni f'riskju ta' persekuzzjoni u, meta jkun xieraq, tiffaċilita l-ħruġ ta' viżi ta' emerġenza, u tipprovdi kenn temporanju fl-Istati Membri tal-UE;

16. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Gvern u lill-Parlament tal-Bolivja, u lill-Assemblea Parlamentari Ewro-Latino-Amerikana.

 

 

 

 

 

Aġġornata l-aħħar: 28 ta' April 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza