Proċedura : 2021/2749(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B9-0347/2021

Testi mressqa :

RC-B9-0347/2021

Dibattiti :

PV 10/06/2021 - 7.3
CRE 10/06/2021 - 7.3

Votazzjonijiet :

PV 10/06/2021 - 9
PV 10/06/2021 - 15

Testi adottati :

P9_TA(2021)0291

<Date>{09/06/2021}9.6.2021</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B9-0347/2021</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0348/2021</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0351/2021</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0352/2021</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0360/2021</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 188kWORD 53k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B9-0347/2021 (Verts/ALE)

B9-0348/2021 (Renew)

B9-0351/2021 (S&D)

B9-0352/2021 (ECR)

B9-0360/2021 (PPE)</TablingGroups>


<Titre>dwar l-elenkar ta' NGOs Ġermaniżi bħala "organizzazzjonijiet mhux mixtieqa" mir-Russja u d-detenzjoni ta' Andrei Pivovarov</Titre>

<DocRef>(2021/2749(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Željana Zovko, Andrius Kubilius, Michael Gahler, Isabel Wiseler‑Lima, David McAllister, Jerzy Buzek, Antonio López‑Istúriz White, Paulo Rangel, Tom Vandenkendelaere, Gabriel Mato, Sara Skyttedal, Miriam Lexmann, Loránt Vincze, Krzysztof Hetman, Magdalena Adamowicz, Vladimír Bilčík, Róża Thun und Hohenstein, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Ivan Štefanec, David Lega, Inese Vaidere, Luděk Niedermayer, Tomáš Zdechovský, Peter Pollák, Christian Sagartz, Adam Jarubas, José Manuel Fernandes, Stanislav Polčák, Loucas Fourlas, Eva Maydell, Michaela Šojdrová, Jiří Pospíšil, Maria Walsh, Helmut Geuking</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>Pedro Marques, Andrea Cozzolino, Włodzimierz Cimoszewicz, Norbert Neuser</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Bernard Guetta, Petras Auštrevičius, Dita Charanzová, Olivier Chastel, Vlad Gheorghe, Svenja Hahn, Karin Karlsbro, Moritz Körner, Karen Melchior, Urmas Paet, Frédérique Ries, Nicolae Ştefănuță, Ramona Strugariu, Dragoş Tudorache</Depute>

<Commission>{Renew}f'isem il-Grupp Renew</Commission>

<Depute>Sergey Lagodinsky, Hannah Neumann</Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

<Depute>Anna Fotyga, Jadwiga Wiśniewska, Adam Bielan, Ruža Tomašić, Elżbieta Rafalska, Assita Kanko, Ryszard Antoni Legutko, Charlie Weimers, Jacek Saryusz-Wolski, Bogdan Rzońca, Ryszard Czarnecki, Roberts Zīle, Dace Melbārde, Witold Jan Waszczykowski</Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

<Depute>Fabio Massimo Castaldo</Depute>

</RepeatBlock-By>


Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar l-elenkar ta' NGOs Ġermaniżi bħala "organizzazzjonijiet mhux mixtieqa" mir-Russja u d-detenzjoni ta' Andrei Pivovarov

(2021/2749(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar ir-Russja, fosthom ir-riżoluzzjoni tiegħu tad-29 ta' April 2021 dwar ir-Russja,  il-każ ta' Alexei Navalny, l-iskjerament militari fil-fruntiera mal-Ukrajna u l-attakki Russi fir-Repubblika Ċeka[1], u r-riżoluzzjoni tiegħu tat-12 ta' Mejju 2016 dwar it-Tartari tal-Krimea[2],

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem u l-Protokolli tagħha, b'mod partikolari l-Artikolu 10 tagħha dwar id-dritt għal-libertà ta' espressjoni u l-Artikolu 11 tagħha dwar id-dritt għal-libertà ta' għaqda u għal-libertà ta' assoċjazzjoni,

 wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi,

 wara li kkunsidra l-Kostituzzjoni tal-Federazzjoni Russa u l-obbligi internazzjonali fil-qasam tad-drittijiet tal-bniedem li r-Russja impenjat ruħha li tirrispetta bħala membru tal-Kunsill tal-Ewropa, tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) u tan-Nazzjonijiet Uniti (NU),

 wara li kkunsidra l-Opinjoni Nru 814/2015 tal-Kummissjoni ta' Venezja tal-Kunsill tal-Ewropa tat-13 ta' Ġunju 2016 dwar il-Liġi Federali Russa Nru 129-FZ dwar l-Emendar ta' Ċerti Atti Leġiżlattivi (liġi federali dwar l-attivitajiet mhux mixtieqa ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi barranin u internazzjonali),

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà f'isem l-UE tal-1 ta' Mejju 2021 dwar l-impożizzjoni ta' miżuri restrittivi kontra tmien ċittadini tal-UE,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà f'isem l-UE tal-15 ta' Mejju 2021 dwar il-pubblikazzjoni ta' lista tal-hekk imsejħa "Stati ostili",

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-kelliem tas-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna (SEAE) tas-27 ta' Mejju 2021 dwar l-elenkar ta' NGOs Ġermaniżi bħala "organizzazzjonijiet mhux mixtieqa",

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-kelliem tas-SEAE tal-1 ta' Ġunju 2021 dwar id-detenzjoni ta' Andrei Pivovarov,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-kelliem tas-SEAE tal-4 ta' Ġunju 2021 dwar il-liġi dwar l-hekk imsejħa "organizzazzjonijiet estremisti",

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-President tad-Delegazzjoni għall-Kumitat Parlamentari ta' Kooperazzjoni UE-Russja tat-3 ta' Ġunju 2021 dwar id-detenzjoni tas-Sur Andrey Pivovarov, Direttur tal-ONG "Open Russia", illum xolta, abbord ajruplan kummerċjali tal-UE li kien wasal biex jitlaq mill-ajruport ta' San Pietruburgu,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-eżerċizzju tal-libertà ta' opinjoni, ta' espressjoni, ta' assoċjazzjoni u ta' għaqda paċifika huwa dritt fundamentali minqux fil-kostituzzjoni tal-Federazzjoni Russa, kif ukoll f'bosta strumenti legali internazzjonali, inklużi d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem, il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi u l-Konvenzjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Bniedem, li r-Russja impenjat ruħha li tirrispettahom ilkoll kemm huma; billi s-supremazija tad-dritt internazzjonali tikkostitwixxi obbligu għar-Russja u l-bidliet kostituzzjonali reċenti ma jistgħux jimmodifikaw dan l-obbligu jew joħolqu deroga minnu;

B. billi dan l-aħħar il-Federazzjoni Russa adottat liġijiet repressivi li wessgħu drastikament il-kriterji li permezz tagħhom l-individwi u l-gruppi jistgħu jiġu ddikjarati bħala "aġenti barranin" u żiedu r-restrizzjonijiet u r-rekwiżiti imposti fuqhom, kif ukoll is-sanzjonijiet għall-ksur tagħhom;

C. billi l-organizzazzjonijiet mhux governattivi (NGOs) jiżvolġu rwol kruċjali fis-soċjetajiet demokratiċi moderni u jippermettu liċ-ċittadini jikkooperaw bil-għan li jippromwovu diversi għanijiet leġittimi, bħala forma ta' impenn pubbliku neċessarju li jikkomplementa, iħejji u jimmonitorja t-teħid ta' deċiżjonijiet politiċi formali; billi, għaldaqstant, l-NGOs għandhom rwol politiku importanti u, filwaqt li jirrispettaw il-liġi, jeħtiġilhom iżommu l-indipendenza tagħhom minn kwalunkwe interferenza żejda mill-awtoritajiet pubbliċi;

D. billi l-liġi federali Russa dwar l-attivitajiet mhux mixtieqa ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi barranin u internazzjonali tippermetti li l-attivitajiet ta' organizzazzjonijiet mhux governattivi barranin u internazzjonali jitqiesu mhux mixtieqa fit-territorju tal-Federazzjoni Russa; billi l-organizzazzjonijiet iddikjarati mhux mixtieqa mill-awtoritajiet Russi jiffaċċjaw restrizzjonijiet fuq il-libertà ta' assoċjazzjoni tagħhom bil-projbizzjoni tal-attivitajiet tagħhom u bl-introduzzjoni ta' sanzjonijiet amministrattivi u kriminali marbutin ma' dawn l-attivitajiet; billi din il-liġi ntużat mill-awtoritajiet Russi biex tiffaċilita r-repressjoni tal-organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili attivi fir-Russja;

E. billi, bl-adozzjoni ta' dawn il-liġijiet, il-Federazzjoni Russa tat lill-awtoritajiet kontroll kważi totali fuq l-organizzazzjonijiet indipendenti tas-soċjetà ċivili u tat lill-għassies federali Russu tal-midja (Roskomnadzor) is-setgħa li jimblokka r-riżorsi online; billi l-awtoritajiet Russi pprojbew id-dimostrazzjonijiet f'postijiet pubbliċi, illimitaw id-dritt għall-parteċipazzjoni fi protesti individwali u imponew restrizzjonijiet addizzjonali fuq il-ġurnalisti li jkopru dawn il-protesti;

F. billi l-aħħar liġi adottata mid-Duma tal-Istat u mill-Kunsill tal-Federazzjoni Russa f'Mejju 2021 irrestrinġiet drastikament id-drittijiet u l-libertajiet fir-Russja billi timponi restrizzjonijiet ħorox fuq l-individwi li jikkritikaw lill-gvern u teskludihom milli jipparteċipaw fil-ħajja pubblika u milli joħorġu għall-elezzjonijiet fi kwalunkwe livell, inklużi l-elezzjonijiet parlamentari tal-2021, jekk ikunu ħolqu xi organizzazzjoni li minn issa 'l quddiem din il-liġi tiddikjara bħala "estremista" jew "terroristika", mexxewha, ħadmu għaliha jew inkella pparteċipaw fl-attivitajiet tagħha;

G. billi din il-liġi tipprevedi wkoll l-applikazzjoni retroattiva tagħha u hija mmirata lejn il-Fondazzjoni Kontra l-Korruzzjoni ta' Aleksei Navalny, li diġà ġiet iddikjarata bħala "aġent barrani" u li issa tinsab fil-proċess li tiġi ddikjarata bħala "organizzazzjoni estremista";

H. billi l-Federazzjoni Russa wessgħet ukoll il-kamp ta' applikazzjoni tal-liġi dwar l-"organizzazzjonijiet mhux mixtieqa" billi introduċiet projbizzjoni fuq il-parteċipazzjoni fl-attivitajiet tagħhom barra mill-pajjiż u assenjat l-istatus ta' "mhux mixtieqa" lill-organizzazzjonijiet meqjusa bħala intermedjarji fi tranżazzjonijiet finanzjarji ma' dawk diġà pprojbiti;

I. billi l-Federazzjoni Russa ddikjarat NGOs internazzjonali u barranin bħala "mhux mixtieqa", b'mod partikolari bid-deċiżjoni tal-Prosekutur Ġenerali Russu tas-26 ta' Mejju li jelenka tliet NGOs Ġermaniżi (Forum Russischsprachiger Europäer e.V., Zentrum für die Liberale Moderne GmbH u Deutsch-Russischer Austausch e.V.) bħala "mhux mixtieqa";

J. billi soċjetà ċivili attiva hija komponent kruċjali ta' soċjetà demokratika u miftuħa u hija essenzjali għas-salvagwardja tad-drittijiet tal-bniedem u tal-istat tad-dritt;

K. billi d-Duma tal-Istat, bl-adozzjoni ta' dawn il-liġijiet li jinkludu applikazzjoni immedjata tar-responsabbiltà kriminali, għandha fil-mira tagħha l-moviment ċiviku Open Russia, netwerk favur id-demokrazija u d-drittijiet tal-bniedem, li għaldaqstant sab ruħu kostrett li jxolji sabiex jipproteġi lill-attivisti u lis-sostenituri tiegħu minn aktar prosekuzzjonijiet;

L. billi, fis-27 ta' Mejju 2021, Open Russia ħabbar li se jwaqqaf l-attivitajiet tiegħu biex jipproteġi lill-persunal u lill-membri tiegħu minn prosekuzzjoni kriminali skont il-leġiżlazzjoni Russa dwar l-"organizzazzjonijiet mhux mixtieqa";

M. billi, fil-31 ta' Mejju 2021, l-ex mexxej tal-moviment Open Russia, Andrei Pivovarov, tneħħa minn fuq ajruplan tal-kumpanija Pollakka LOT li kien qed iħejji biex itir f'San Pietruburgu, ġie detenut b'mod arbitrarju u jumejn wara tqiegħed f'detenzjoni preventiva għal xahrejn fuq akkużi ta' "parteċipazzjoni fl-attivitajiet ta' organizzazzjoni mhux mixtieqa"; billi Mikhail Iosilevich, attivist minn Nizhny Novgorod, huwa wkoll fost dawk li bħalissa jinsabu sottoposti għal prosekuzzjoni kriminali u qegħdin detenuti fuq l-istess akkużi;

N. billi dawn l-azzjonijiet iżidu mal-għadd kbir ta' prosekuzzjonijiet kriminali motivati politikament varati mill-Federazzjoni Russa kontra individwi li jesprimu fehmiet kuntrarji jew li ħabbru l-ambizzjonijiet tagħhom li joħorġu għall-elezzjonijiet parlamentari skedati għal Settembru 2021 fir-Russja, bħall-priġunerija ta' Aleksei Navalny, attivist impenjat fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni u politiku tal-oppożizzjoni, jew is-sentenza sospiża ta' ħames snin mogħtija lil Nikolai Platoshkin, blogger tal-oppożizzjoni tax-xellug u politiku; billi jiġbed l-istess attenzjoni għall-kawżi reċenti kontra Dmitry Gudkov, politiku tal-oppożizzjoni, kontra stabbilimenti tal-midja bħal Radio Free Europe/Radio Liberty, Meduza u VTimes, kif ukoll kontra għadd ta' ġurnalisti, akkużati li huma "aġenti barranin"; billi anke r-rivisti tal-istudenti qed ikunu fil-mira ta' miżuri repressivi; billi, skont iċ-ċentru għad-drittijiet tal-bniedem Memorial, l-awtoritajiet Russi bħalissa qed iżommu f'detenzjoni kważi 400 priġunier politiku bi ksur tal-obbligi tal-Federazzjoni Russa;

O. billi l-awtoritajiet Russi rażżnu bl-aħrax id-dimostranti paċifiċi li ħarġu fit-toroq tal-pajjiż kollu biex jappjoġġaw lil Aleksei Navalny u jipprotestaw kontra l-korruzzjoni u l-inġustizzja; billi skont l-organizzazzjoni ta' monitoraġġ Russa OVD-Info, 'il fuq minn 11 000 dimostrant ġew arrestati matul tlett ijiem ta' protesti f'Jannar u Frar, fosthom għexieren ta' ġurnalisti indipendenti u difensuri tad-drittijiet tal-bniedem li kienu qed ikopru jew jimmonitorjaw il-protesti; billi eluf ta' prosekuzzjonijiet amministrattivi u 'l fuq minn 100 kawża kriminali nbdew madwar il-pajjiż, u għadhom għaddejjin aktar arresti u detenzjonijiet fuq akkużi foloz;

P. billi, skont bosta rapporti, dimostranti paċifiċi kkundannati għal "detenzjoni amministrattiva" ġew soġġetti għal trattament ħażin, u, fost l-oħrajn, tqiegħdu f'faċilitajiet ta' detenzjoni ffullati żżejjed, ġew miċħuda ikel u ilma għal diversi sigħat u ġew imġiegħla jqattgħu ħinijiet twal (diversi sigħat f'daqqa, ħafna drabi billejl) f'vannijiet tal-pulizija matul it-trasferiment; billi l-persuni li pparteċipaw fil-protesti rrappurtaw ukoll li kienu mhedda b'espulsjoni jew tkeċċew minn universitajiet jew kulleġġi jew tilfu l-impjieg tagħhom; billi dimostranti paċifiċi, inklużi anzjani u tfal, kienu wkoll soġġetti għal użu eċċessiv tal-forza mill-pulizija tal-irvellijiet;

Q. billi huwa kruċjali li, fi strateġija komprensiva tal-UE fil-konfront tar-Russja, jiġi żgurat li l-impenn mar-Russja ma jikkompromettix il-valuri tad-demokrazija u l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem;

R. billi r-reġim tal-Kremlin qed jagħmel dak kollu li jista' biex jiżola lill-poplu tar-Russja mill-komunità internazzjonali u biex iċaħħdu mit-tama tiegħu għal futur demokratiku, inkluż billi jirrikorri għal diversi mezzi biex jipprojbixxi lill-kandidati tal-oppożizzjoni milli jipparteċipaw fl-elezzjonijiet parlamentari tal-2021 fir-Russja;

S. billi r-riċerka mwettqa miċ-Ċentru Levada turi li l-Partit Russja Magħquda fil-gvern għandu rata ta' approvazzjoni pubblika f'livell storiku baxx wara li appoġġja riforma mhux popolari tal-pensjonijiet u ta spinta lill-adozzjoni ta' abbozz ta' emendi kostituzzjonali, inkluża waħda li tista' tippermetti lill-President Vladimir Putin jibqa' fil-kariga sal-2036; billi r-ripressjoni dejjem tikber kontra s-soċjetà ċivili u kontra l-oppożizzjoni politika min-naħa tal-awtoritajiet Russi tiżvela l-biża' tal-awtoritajiet li jkun hemm skuntentizza popolari bil-prestazzjoni soċjoekonomika fqira tal-pajjiż u bil-korruzzjoni tal-klassi fil-gvern;

1. Jistieden lill-awtoritajiet Russi:

a) jeħilsu lil Andrei Pivovarov immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet, u jwaqqgħu l-akkużi kollha kontrih u kontra l-oħrajn kollha soġġetti għal prosekuzzjoni kriminali skont il-liġi dwar "organizzazzjonijiet mhux mixtieqa", jew li nżammu b'mod arbitrarju b'xi mod ieħor;

b) itemmu r-ritaljazzjonijiet kollha kontra l-avversarji politiċi u ilħna kritiċi oħra fil-pajjiż; jiggarantixxu lill-partiti politiċi kollha aċċess ugwali u opportunitajiet indaqs matul l-elezzjonijiet;

c) itemmu l-prosekuzzjonijiet kriminali kontra d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivisti skont il-liġi dwar l-"aġenti barranin" u dik dwar l-"organizzazzjonijiet mhux mixtieqa", jirrevokaw din il-leġiżlazzjoni diskriminatorja u jreġġgħu lura d-deċiżjoni tal-Prosekutur Ġenerali Russu li jelenka tliet NGOs Ġermaniżi bħala "mhux mixtieqa";

d) jirrevokaw il-leġiżlazzjoni adottata reċentement u ma jibqgħux joħolqu leġiżlazzjoni speċjali ġdida jew jabbużaw minn liġijiet kriminali jew amministrattivi konvenzjonali oħra li jintroduċu restrizzjonijiet ġodda radikali fuq is-soċjetà ċivili indipendenti, id-drittijiet għal-libertà ta' għaqda paċifika u ta' assoċjazzjoni, u l-aċċess għal informazzjoni online, u jirrevedu u jġibu l-leġiżlazzjoni Russa konformi mal-obbligi internazzjonali tar-Russja, mad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem u mal-Kostituzzjoni Russa stess;

e) joqogħdu lura milli jadottaw il-leġiżlazzjoni addizzjonali li qed titħejja bħalissa li tipprojbixxi lill-persunal jew lis-sostenituri ta' organizzazzjonijiet elenkati b'mod arbitrarju bħala "mhux mixtieqa" milli joħorġu għall-elezzjonijiet;

f) jirrikonoxxu l-kontribut pożittiv ta' soċjetà ċivili vibranti u attiva għall-istat tad-demokrazija u tas-soċjetà, u jiggarantixxu ambjent favorevoli li fih l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-attivisti jistgħu jikkontribwixxu liberament għall-promozzjoni u l-protezzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, il-libertajiet fundamentali u l-benesseri tas-soċjetà;

g) jirrieżaminaw, u jġibu f'konformità mal-liġi internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, leġiżlazzjoni oħra li qed tintuża biex tirrestrinġi l-libertà tal-espressjoni, inkluża l-leġiżlazzjoni tar-Russja dwar il-kampanji ta' diżinformazzjoni, il-ġlieda kontra l-estremiżmu u l-ġlieda kontra t-terroriżmu;

h) jeħilsu lid-dimostranti paċifiċi kollha u lil attivisti oħra tas-soċjetà ċivili u politiċi, immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet, inkluż lil Aleksei Navalny u lil dawk li ġew arrestati u detenuti għal "reati" amministrattivi foloz jew li ġew soġġetti għal prosekuzzjoni kriminali fuq akkużi kriminali foloz unikament talli eżerċitaw b'mod paċifiku d-drittijiet tagħhom għal-libertà tal-espressjoni u l-libertà ta' għaqda paċifika, li jinkludu fost l-oħrajn ġurnalisti, avukati, attivisti tal-oppożizzjoni, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u atturi oħra tas-soċjetà ċivili, inklużi l-membri tal-persunal u l-assoċjati tal-Fondazzjoni Aleksei Navalny;

i) jikkontribwixxu għall-promozzjoni ta' kuntatti interpersonali għall-benefiċċju kemm tal-Federazzjoni Russa kif ukoll tal-Unjoni Ewropea;

2. Jistieden lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà / Viċi President tal-Kummissjoni, lill-Kunsill, lid-Delegazzjonijiet tal-UE, lill-Istati Membri u lill-Kummissjoni biex, fit-tħejjija tal-Istrateġija komprensiva tal-UE fil-konfront tar-Russja, u b'reazzjoni għall-erożjoni tal-istat tad-dritt, tal-libertajiet fundamentali u tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, jiffukaw fuq:

a) l-introduzzjoni ta' kondizzjonalità ġdida fir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja bil-għan li tintemm ir-ripressjoni interna fir-Russja kontra attivisti politiċi u tas-soċjetà ċivili, difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u avukati, politiċi tal-oppożizzjoni, ġurnalisti, il-midja indipendenti, it-trejdjunjins, u l-NGOs, u, jekk din is-sitwazzjoni ma tiġix indirizzata, l-introduzzjoni ta' sanzjonijiet ġodda tal-UE bħall-qtugħ tal-aċċess tal-oligarki Russi u l-uffiċjali responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem għal xiri ta' proprjetà, viżi, prodotti finanzjarji eċċ., fl-UE;

b) it-teħid ta' azzjoni fir-relazzjonijiet bejn l-UE u r-Russja u fi kwalunkwe djalogu mar-Russja biex jiġu indirizzati d-drittijiet tal-bniedem sabiex tiġi riflessa b'mod preċiż il-gravità tar-ripressjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Russja, b'mod partikolari matul il-perjodu minn Jannar 2021; li tkompoli tintwera solidarjetà u unità ta' azzjoni, bil-ħsieb li jiġu kkoordinati l-pożizzjonijiet tagħhom dwar ir-Russja sabiex jiġi limitat l-impatt negattiv ta' liġijiet restrittivi li ġew adottati reċentement fir-Russja, u l-kunsiderazzjoni tal-idea li l-piż tas-sanzjonijiet ekonomiċi kontra r-reġim Russu jinqasam fost l-Istati Membri fi spirtu ta' ġustizzja, l-issoktar tat-tkomplija ta' proġetti strateġiċi bħal Nord Stream 2, u l-ikkumplimentar tar-Reġim Sanzjonijiet Globali tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Bniedem attwali b'reġim simili li jittratta l-korruzzjoni;

c) it-teħid ta' azzjoni kkoordinata biex jiġi miġġieled u llimitat l-impatt negattiv ta' liġijiet restrittivi adottati reċentement fir-Russja u jiġi ipprijoritizzat l-involviment strateġiku mal-attivisti tad-drittijiet tal-bniedem u d-demokrazija u fir-Russja, b'mod partikolari billi d-drittijiet tal-bniedem jiġu integrati, inkluża l-ugwaljanza bejn il-ġeneri, u l-konsultazzjoni tas-soċjetà ċivili fid-djalogi u l-oqsma kollha ta' kooperazzjoni bejn l-UE u r-Russja, inkluż permezz ta' kooperazzjoni dwar id-diġitalizzazzjoni u t-tibdil fil-klima, kif ukoll kwalunkwe programm ta' kooperazzjoni edukattiva u kulturali, filwaqt li regolarment jitwettqu valutazzjonijiet tal-impatt tad-drittijiet tal-bniedem biex tiġi rieżaminata din il-kooperazzjoni;

d) l-ivvalutar ta' liema istituzzjonijiet, organizzazzjonijiet u stabbilimenti tal-midja b'rabtiet mill-qrib mal-Gvern Russu għandhom jiġu mmonitorjati fir-rigward tal-attivitajiet tagħhom fl-UE;

e) iż-żieda fl-appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-NGOs indipendenti u l-midja, is-soċjetà ċivili u dawk li jiddefendu l-libertajiet politiċi u ċivili fir-Russja, pereżempju billi jintwera impenn aktar sostnut u ta' livell għoli f'każijiet individwali ewlenin ta' tħassib, inkluż l-avvelenament ta' Vladimir Kara-Murza, billi jittieħed vantaġġ sħiħ miż-żjarat mill-ambaxxaturi u minn uffiċjali oħra fir-reġjuni biex iqajmu tħassib dwar id-drittijiet tal-bniedem u jiltaqgħu mad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem u s-soċjetà ċivili, u billi jintużaw b'mod strateġiku l-midja soċjali, l-op-eds u l-interventi tal-istampa biex jintwera appoġġ għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż fir-Russja u permezz ta' mezzi Russi indipendenti, kif ukoll billi ġurnalisti indipendenti fir-Russja jiġu appoġġjati b'azzjonijiet diplomatiċi/konsolari meta dawn ikunu jinsabu f'riskju, inkluż permezz ta' politika tal-viżi flessibbli; filwaqt li l-Parlament qed jenfasizza li din il-kooperazzjoni mas-soċjetà ċivili għandha tkun pilastru tal-approċċ strateġiku ġdid li jmiss tal-UE fil-konfront tar-Russja, u qed iħeġġeġ lill-Istati Membri jikkunsidraw li jilqgħu NGOs mhedda jew ipprojbiti mir-Russja u jippermettulhom joperaw mit-territorju tal-UE jekk meħtieġ, u jżidu l-appoġġ tagħhom għall-ħidma tad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, u, fejn xieraq, jiffaċilitaw il-ħruġ ta' viżi ta' emerġenza, u jipprovdu kenn temporanju fl-Istati Membri tal-UE;

f) il-ħtieġa li titkompla l-kooperazzjoni tas-soċjetà ċivili mar-Russja u għalhekk li jiġu indirizzati l-ostakoli dejjem ikbar li l-awtoritajiet Russi qed ideffsu fil-kuntatti bejn il-persuni, il-kooperazzjoni tas-soċjetà ċivili u l-appoġġ għall-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili Russi;

g) l-ikkundannar ta' forom ġodda ta' ripressjoni moħbija immirati biex jissanzjonaw, kemm fil-kapitali kif ukoll f'postijiet oħra, il-parteċipazzjoni tal-impjegati, it-tobba tal-isptarijiet, l-għalliema u l-ħaddiema tas-servizzi soċjali f'dimostrazzjonijiet jew l-appoġġ tagħhom lill-opponenti tar-reġim attwali;

h) il-ħtieġa li l-UE u l-Istati Membri tagħha jqajmu b'mod urġenti fil-Kunsill tal-Ewropa l-kwistjonijiet tal-adozzjoni ta' atti leġiżlattivi awtoritarji reċenti mill-Federazzjoni Russa fid-dawl tat-twettiq tal-obbligi internazzjonali tagħha lejn il-Kunsill tal-Ewropa;

i) it-teħid ta' azzjoni kkoordinata ma' sħab internazzjonali tal-istess fehma, inklużi pajjiżi tal-G7, li tħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jtemmu r-ripressjoni interna kontra d-demokrazija u l-attivisti tas-soċjetà ċivili u d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, li għandha tinkludi wkoll interventi ta' livell għoli u pubbliċi, inizjattivi kkoordinati u skrutinju sostnut f'fora internazzjonali u reġjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem, bħall-Kunsill tal-Ewropa, l-OSKE u l-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU;

j) it-twettiq regolari ta' valutazzjonijiet tal-impatt fuq id-drittijiet tal-bniedem biex jiġi żgurat li l-involviment mal-awtoritajiet Russi ma jdgħajjifx l-objettivi tad-drittijiet tal-bniedem u ma jikkontribwixxix għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem la direttament u lanqas indirettament;

k) ir-rispett tat-talba tal-Parlament lid-Delegazzjoni tal-UE u lir-rappreżentazzjonijiet diplomatiċi nazzjonali fir-Russja biex jimmonitorjaw mill-qrib is-sitwazzjoni u l-proċessi tad-detenuti politiċi individwali fil-post, u joffrulhom kwalunkwe appoġġ li jista' jkollhom bżonn, u biex jaħdmu id f'id biex jiżguraw il-ħelsien rapidu tagħhom;

l) l-evitar li tingħata leġittimità lil uffiċjali li huma responsabbli għall-ksur tad-drittijiet tal-bniedem u r-repressjoni, billi jiġi żgurat, pereżempju, li l-ambaxxaturi u l-viżitaturi ta' livell għoli jevitaw laqgħat diskrezzjonali ma' uffiċjali involuti fir-repressjoni, fost l-oħrajn, ma' membri tad-Duma tal-Istat involuti fl-abbozzar tal-liġi dwar l-"aġenti barranin", bħal Andrei Klimov;

3. Jikkundanna l-appoġġ tiegħu għall-individwi u l-organizzazzjonijiet kollha li jinsabu fil-mira tar-repressjoni, u jħeġġeġ lill-awtoritajiet Russi jwaqqfu l-atti tagħhom ta' fastidju u ta' intimidazzjoni u l-attakki tagħhom fuq is-soċjetà ċivili, il-midja, l-organizzazzjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem u l-attivisti; jikkundanna n-nuqqas tal-awtoritajiet Russi li jipproteġu dawn l-atturi kontra l-attakki u l-atti ta' fastidju u ta' intimidazzjoni min-naħa ta' partijiet terzi u n-nuqqas li jinvestigaw dawn l-attakki kontrihom b'mod imparzjali;

4. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà / Viċi President tal-Kummissjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-gvernijiet u lill-parlamenti tal-Istati Membri, lill-Kunsill tal-Ewropa, lill-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, kif ukoll lill-President, lill-Gvern u lid-Duma tal-Istat tal-Federazzjoni Russa.

 

[1] Testi adottati, P9_TA(2021)0159.

[2] ĠU C 76, 28.2.2018, p. 27.

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Ġunju 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza