Proċedura : 2021/2785(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B9-0382/2021

Testi mressqa :

RC-B9-0382/2021

Dibattiti :

PV 08/07/2021 - 9.1
CRE 08/07/2021 - 9.1

Votazzjonijiet :

PV 08/07/2021 - 11
PV 08/07/2021 - 19

Testi adottati :

P9_TA(2021)0355

<Date>{07/07/2021}7.7.2021</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B9-0382/2021</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0383/2021</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0386/2021</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0387/2021</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0395/2021</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9-0399/2021</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 169kWORD 49k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B9-0382/2021 (The Left)

B9-0383/2021 (Verts/ALE)

B9-0386/2021 (Renew)

B9-0387/2021 (S&D)

B9-0395/2021 (ECR)

B9-0399/2021 (PPE)</TablingGroups>


<Titre>dwar il-każ ta' Ahmadreza Djalali fl-Iran</Titre>

<DocRef>(2021/2785(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Željana Zovko, David Lega, Michael Gahler, Sandra Kalniete, David McAllister, Antonio López-Istúriz White, Isabel Wiseler-Lima, Paulo Rangel, Miriam Lexmann, Radosław Sikorski, Loránt Vincze, Krzysztof Hetman, Vladimír Bilčík, Janina Ochojska, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Ivan Štefanec, Inese Vaidere, Vangelis Meimarakis, Tomáš Zdechovský, Stelios Kympouropoulos, Deirdre Clune, Peter Pollák, Christian Sagartz, Adam Jarubas, José Manuel Fernandes, Stanislav Polčák, Eva Maydell, Michaela Šojdrová, Romana Tomc, Jiří Pospíšil, Tom Vandenkendelaere, Luděk Niedermayer</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>Pedro Marques, Andrea Cozzolino, Jytte Guteland</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Hilde Vautmans, Abir Al-Sahlani, Petras Auštrevičius, Izaskun Bilbao Barandica, Dita Charanzová, Olivier Chastel, Vlad Gheorghe, Bernard Guetta, Svenja Hahn, Karin Karlsbro, Ilhan Kyuchyuk, Nathalie Loiseau, Karen Melchior, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Michal Šimečka, Nicolae Ştefănuță, Ramona Strugariu, Emma Wiesner</Depute>

<Commission>{Renew}f'isem il-Grupp Renew</Commission>

<Depute>Ernest Urtasun, Hannah Neumann</Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

<Depute>Raffaele Fitto, Anna Fotyga, Karol Karski, Witold Jan Waszczykowski, Ladislav Ilčić, Veronika Vrecionová, Jadwiga Wiśniewska, Alexandr Vondra, Ryszard Antoni Legutko, Elżbieta Rafalska, Elżbieta Kruk, Assita Kanko, Carlo Fidanza, Bogdan Rzońca, Ryszard Czarnecki, Valdemar Tomaševski, Hermann Tertsch, Adam Bielan, Charlie Weimers</Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

<Depute>Marisa Matias</Depute>

<Commission>{The Left}f'isem il-Grupp The Left</Commission>

<Depute>Fabio Massimo Castaldo, Marco Campomenosi</Depute>

</RepeatBlock-By>


Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-każ ta' Ahmadreza Djalali fl-Iran

(2021/2785(RSP))

 

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu, b'mod partikolari dawk tas-17 ta' Diċembru 2020 dwar l-Iran, b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh, ir-rebbieħa tal-Premju Sakharov 2012[1], tad-19 ta' Settembru 2019 dwar l-Iran, b'mod partikolari s-sitwazzjoni tad-difensuri tad-drittijiet tan-nisa u ċ-ċittadini tal-UE b'ċittadinanza doppja miżmuma priġunieri[2], tat-13 ta' Diċembru 2018 dwar l-Iran, b'mod partikolari l-każ ta' Nasrin Sotoudeh[3] u tal-31 ta' Mejju 2018 dwar is-sitwazzjoni ta' persuni b'ċittadinanza doppja UE-Iran mitfugħa l-ħabs[4],

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjonijiet dwar l-Iran tat-18 ta' Marzu 2021 maħruġa mill-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem li talbu l-ħelsien immedjat ta' Dr Ahmadreza Djalali u tal-25 ta' Novembru 2020 li appellaw lill-Iran biex iwaqqaf l-eżekuzzjoni tiegħu, kif ukoll l-opinjoni tal-Grupp ta' Ħidma tiegħu dwar id-Detenzjoni Arbitrarja tal-24 ta' Novembru 2017 rigward Ahmadreza Djalali (Repubblika Iżlamika tal-Iran),

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tar-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran tas-26 ta' Ottubru 2020 li tħeġġeġ ir-responsabbiltà għal repressjonijiet vjolenti ta' protesta, u r-rapport tiegħu tal-21 ta' Lulju 2020 dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran,

 wara li kkunsidra l-5 Djalogu ta' Livell Għoli UE-Iran tad-9 ta' Diċembru 2020,

 wara li kkunsidra l-linji gwida tal-UE dwar il-piena tal-mewt, dwar it-tortura u trattament krudili ieħor, dwar il-libertà tal-espressjoni online u offline, u dwar id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem,

 wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tal-1966, li l-Iran huwa firmatarju tiegħu, u s-salvagwardji kontra t-tortura u d-detenzjoni arbitrarja stabbiliti fil-Kostituzzjoni Iranjana,

 wara li kkunsidra l-elezzjoni presidenzjali tal-Iran tat-18 ta' Ġunju 2021,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-1948,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi ċ-ċittadin Svediż-Iranjan Dr Ahmadreza Djalali, li jispeċjalizza fil-mediċina ta' emerġenza u huwa akkademiku fil-Vrije Universiteit Brussel tal-Belġju u fl-Università del Piemonte Orientale tal-Italja, ġie arrestat fl-24 ta' April 2016 mill-forzi tas-sigurtà Iranjani; billi ġie kkundannat għall-mewt fuq akkużi foloz ta' spjunaġġ f'Ottubru 2017 wara proċess inġust għall-aħħar ibbażat fuq konfessjoni miksuba taħt tortura; billi s-sentenza ġiet ikkonfermata mill-Qorti Suprema tal-Iran fis-17 ta' Ġunju 2018. billi f'ittra li kiteb fil-ħabs ta' Evin f'Tehran, huwa ddikjara li kien inżamm il-ħabs matul vjaġġ fl-Iran talli rrifjuta li jispjuna fuq l-istituzzjonijiet Ewropej; billi fl-24 ta' Novembru 2020 ġie infurmat mill-uffiċċju tal-prosekutur li l-eżekuzzjoni tiegħu kienet imminenti u mbagħad ġie ttrasferit għal reklużjoni solitarja għal aktar minn 100 jum sa April 2021, u wara ġie ttrasferit għal waħda mis-sezzjonijiet ġenerali tal-bini; billi ġie miċħud żjarat u telefonati mal-familja tiegħu fl-Iżvezja; billi l-piena tal-mewt tiegħu ma ġietx mibdula minn mindu ġiet ttrasferit għas-sezzjoni ġenerali; billi kellu biss aċċess intermittenti għall-avukat tiegħu f'dawn l-aħħar seba' xhur u ma kellu l-ebda aċċess qabel dan;

B. billi f'Novembru 2017, il-Grupp ta' Ħidma tan-NU dwar id-Detenzjoni Arbitrarja kkonkluda li ċ-ċaħda tal-libertà ta' Dr Ahmadreza Djalali – bi ksur tal-Artikoli 3, 5, 8, 9, 10 u 11 tad-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem u l-Artikoli 7, 9, 10 u 14 tal-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi – hija arbitrarja u talab il-ħelsien tiegħu;

C. billi l-istat tas-saħħa ta' Dr Ahmadreza Djalali sar kritiku wara xhur ta' reklużjoni solitarja fit-tul; billi ilu mċaħħad mill-kura medika minn barra l-ħabs sa mill-2016 u ġie mġiegħel jibqa' f'kamra b'dawl qawwi kontinwament mixgħul; billi l-kundizzjoni fiżika u psikoloġika tiegħu ddeterjorat b'mod sever minn dak iż-żmien 'l hawn, b'sintomi li jinkludu t-tiċħid mill-irqad, telf drammatiku tal-piż u diffikultà biex jitkellem;

D. billi l-Iran b'mod attiv qed jibgħat il-ħabs lil ċittadini barranin sabiex jirrikatta gvernijiet barranin; billi mill-inqas tnax-il ċittadin tal-UE qed jinżammu b'mod arbitrarju fl-Iran; billi l-akkademika Franċiża-Iranjana Fariba Adelkhah, Direttur tar-Riċerka f'Sciences Po f'Pariġi, ilha arrestata b'mod arbitrarju minn Ġunju 2019, l-ewwel fil-ħabs ta' Evin u mbagħad taħt arrest domiċiljari minn Ottubru 2020; billi l-fotografu Franċiż Benjamin Brière ilu miżmum arbitrarjament mis-26 ta' Mejju 2020 fil-ħabs ta' Mashhad u billi akkużi ta' spjunaġġ tressqu kontrih fit-30 ta' Mejju 2021; billi Nahid Taghavi, ċittadina Ġermaniża-Iranjana, ilha miżmuma b'mod arbitrarju minn Ottubru 2020 fil-ħabs ta' Evin taħt akkużi dubjużi ta' sigurtà nazzjonali; billi l-Iran ma jirrikonoxxix iċ-ċittadinanza doppja, u b'hekk jillimita l-aċċess tal-ambaxxati barranin għaċ-ċittadini tagħhom b'ċittadinanza doppja;

E. billi l-Iran qed iżomm ukoll b'mod arbitrarju liċ-ċittadini tiegħu stess f'kundizzjonijiet miżeri; billi l-qrati spiss jiċħdu lill-konvenuti d-dritt ta' proċess ġust u jirrestrinġu l-konsulenza legali u ż-żjarat minn awtoritajiet konsulari u min-NU u organizzazzjonijiet umanitarji; billi s-sentenzi spiss ikunu bbażati fuq allegazzjonijiet mhux sostanzjati; billi s-sistema ġudizzjarja u l-imħallfin tal-Iran huma bogħod milli jkunu indipendenti u ma jissodisfawx l-istandards internazzjonali; billi l-awtoritajiet Iranjani ma investigawx allegazzjonijiet ta' tortura u każijiet serji oħra ta' ksur tad-drittijiet tad-detenuti; billi l-fastidju ġudizzjarju qed jintuża biex isikket lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem;

F. billi l-Iran għandu l-ogħla numru ta' eżekuzzjonijiet fid-dinja għal kull abitant;

G. billi l-UE u l-Istati Membri tagħha kontinwament impenjaw ruħhom f'taħditiet diplomatiċi biex itejbu r-relazzjonijiet mal-Iran, u dan wassal għall-adozzjoni tal-Pjan ta' Azzjoni Komprensiv Konġunt fit-18 ta' Ottubru 2015; billi l-UE tibqa' impenjata li ttejjeb ir-relazzjonijiet taħt ċerti kundizzjonijiet; billi r-rispett għad-drittijiet tal-bniedem huwa komponent essenzjali għall-iżvilupp ulterjuri ta' dawn ir-relazzjonijiet;

1. Jistieden lill-Iran, taħt il-President Ebrahim Raisi li għadu kif ġie elett, biex iwaqqaf l-eżekuzzjoni imminenti tal-akkademiku Svediż-Iranjan Dr Ahmadreza Djalali, biex jagħtih maħfra u jeħilsu immedjatament u mingħajr kundizzjonijiet, u biex jippermettilu jirritorna lejn il-familja tiegħu fl-Iżvezja; jikkundanna bil-qawwa t-tortura, id-detenzjoni arbitrarja u l-piena tal-mewt tiegħu fuq akkużi mhux sostanzjati kif dokumentat fl-opinjoni tal-2017 tal-Grupp ta' Ħidma tal-Uffiċċju tal-Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem dwar id-Detenzjoni Arbitrarja; iħeġġeġ lill-Iran, sakemm dan ta' hawn fuq jibqa' pendenti, jikkonċedilu immedjatament kuntatt regolari mal-familja u l-avukat tiegħu, jiggarantixxi s-sikurezza tiegħu u jipprovdilu kura medika urġenti u adegwata; jistieden lill-Iran biex jieqaf jhedded lill-familja tiegħu fl-Iżvezja u fl-Iran;

2. Jiddeplora l-politika stabbilita tal-Iran ta' detenzjoni arbitrarja ta' ċittadini tal-UE, tar-Renju Unit u ta' ċittadini oħra biex jikseb mingħandhom konfessjonijiet politiċi;

3. Iħeġġeġ lill-Iran iwaqqa' minnufih l-akkużi kollha kontra Dr Ahmadreza Djalali, kif ukoll iċ-ċittadini kollha tal-UE miżmuma b'mod arbitrarju, inklużi ċ-ċittadini Ġermaniżi Nahid Taghavi u Jamshid Sharmahd, iċ-ċittadini Franċiżi Benjamin Brière u Fariba Adelkhah, li għadha taħt projbizzjoni fuq l-ivvjaġġar, u ċ-ċittadini Awstrijaċi Kamran Ghaderi u Massud Mossaheb, kif ukoll iċ-ċittadini tar-Renju Unit Morad Tahbaz, Anoosheh Ashoori, Mehran Raoof u Nazanin Zaghari-Ratcliffe, li tibqa' taħt arrest domiċiljari;

4. Jiddispjaċih profondament dwar il-fatt li mir-riżoluzzjoni tal-Parlament tas-17 ta' Diċembru 2020, l-ebda Stat Membru tal-UE ma rnexxielu jżur ċittadini tal-UE miżmuma b'mod arbitrarju, inkluż Dr Ahmadreza Djalali; itenni l-appell urġenti tiegħu lill-Viċi President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà (VP/RGħ) u lill-Istati Membri tal-UE biex jagħmlu ħilithom kollha biex jipprevjenu l-eżekuzzjoni ta' Dr Ahmadreza Djalali;

5. Jistieden lill-Kunsill jikkunsidra aktar sanzjonijiet immirati, inkluż l-iffriżar tal-assi tal-uffiċjali u l-entitajiet tar-reġim Iranjan involuti fid-detenzjoni arbitrarja u l-għoti ta' pieni tal-mewt lil ċittadini tal-UE, inkluż, fil-każ tad-detenzjoni kontinwa ta' Dr Ahmadreza Djalali, jew bl-użu tar-reġim ta' sanzjonijiet attwali tal-UE dwar id-drittijiet tal-bniedem kontra l-Iran jew ir-Reġim Globali ta' Sanzjonijiet tal-UE b'rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem (l-Att Magnitsky tal-UE);

6. Jilqa' ż-żieda, wara r-rwol tagħhom fil-qtil ta' mill-inqas 303 dimostranti fl-2019, ta' tmien individwi Iranjani u tliet entitajiet Iranjani għar-reġim ta' sanzjonijiet tal-UE fit-12 ta' April 2021, li poġġihom taħt l-iffriżar tal-assi u l-projbizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar; jinnota li din hija l-ewwel darba li l-UE ħadet deċiżjoni bħal din mill-2013 'l hawn;

7. Itenni l-oppożizzjoni qawwija tiegħu għall-piena tal-mewt fiċ-ċirkostanzi kollha u jenfasizza li ma tista' tintuża l-ebda ġustifikazzjoni morali, legali jew reliġjuża; jistieden lill-Iran jintroduċi moratorju immedjat fuq l-użu tal-piena tal-mewt, bħala pass lejn l-abolizzjoni tagħha;

8. Jistieden lill-Iran jeħles ukoll lill-priġunieri politiċi, inklużi d-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, peress li dawn ġew miżmuma b'mod arbitrarju sempliċement talli eżerċitaw id-drittijiet fundamentali tagħhom għal-libertajiet tal-espressjoni, tat-twemmin, tal-assoċjazzjoni, tal-pubblikazzjoni, tal-għaqda paċifika u tal-libertà tal-midja; jistieden lill-Iran jinvestiga b'mod xieraq l-uffiċjali responsabbli għall-każijiet ta' ksur serji tad-drittijiet tal-bniedem, inkluż l-użu ta' forza eċċessiva u letali fuq id-dimostranti; jiddenunzja l-użu sistematiku ta' reklużjoni solitarja fit-tul bi ksur tal-obbligi internazzjonali tal-Iran;

9. Iħeġġeġ lill-Kunsill iqajjem il-każijiet ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem fir-relazzjonijiet bilaterali tiegħu mal-Iran, f'konformità mad-dikjarazzjoni maħruġa b'mod konġunt mill-VP/RGħ u l-Ministru tal-Affarijiet Barranin Iranjan f'April 2016; jistieden lis-Servizz Ewropew għall-Azzjoni Esterna jkompli jqajjem kwistjonijiet tad-drittijiet tal-bniedem fil-kuntest tad-Djalogu ta' Livell Għoli UE-Iran; jistieden lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jsaħħu l-protezzjoni u l-appoġġ tagħhom għad-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, b'mod partikolari n-nisa, inkluż permezz ta' għotjiet ta' emerġenza fil-qafas tal-Istrument Ewropew għad-Demokrazija u għad-Drittijiet tal-Bniedem;

10. Jistieden lill-Iran jippermetti żjarat mill-Kunsill tad-Drittijiet tal-Bniedem tan-NU u jikkoopera bis-sħiħ mal-proċeduri speċjali kollha tiegħu, inkluż ir-Rapporteur Speċjali tan-NU dwar is-sitwazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem fir-Repubblika Iżlamika tal-Iran;

11. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Viċi-President tal-Kummissjoni/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lis-Segretarju Ġenerali tan-NU, lill-Mexxej Suprem u lill-President tar-Repubblika Iżlamika tal-Iran u lill-Membri tal-Majlis tal-Iran.

 

[1] Testi adottati, P9_TA(2020)0376.

[2] ĠU C 171, 6.5.2021, p. 17.

[3] ĠU C 388, 13.11.2020, p. 127.

[4] ĠU C 76, 9.3.2020, p. 139.

Aġġornata l-aħħar: 7 ta' Lulju 2021Avviż legali - Politika tal-privatezza