Proċedura : 2022/2582(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument : RC-B9-0146/2022

Testi mressqa :

RC-B9-0146/2022

Dibattiti :

PV 10/03/2022 - 7.3
CRE 10/03/2022 - 7.3

Votazzjonijiet :

PV 10/03/2022 - 9
PV 10/03/2022 - 16
CRE 10/03/2022 - 9
CRE 10/03/2022 - 16

Testi adottati :

P9_TA(2022)0080

<Date>{09/03/2022}9.3.2022</Date>
<RepeatBlock-NoDocSe> <NoDocSe>B9‑0146/2022</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0147/2022</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0149/2022</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0150/2022</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0151/2022</NoDocSe> }
 <NoDocSe>B9‑0152/2022</NoDocSe></RepeatBlock-NoDocSe> } RC1
PDF 172kWORD 51k

<TitreType>MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA</TitreType>

<TitreRecueil>imressqa skont l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura</TitreRecueil>


<Replacing>li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:</Replacing>

<TablingGroups>B9‑0146/2022 (The Left)

B9‑0147/2022 (Verts/ALE)

B9‑0149/2022 (S&D)

B9‑0150/2022 (Renew)

B9‑0151/2022 (ECR)

B9‑0152/2022 (PPE)</TablingGroups>


<Titre>dwar il-qerda tal-wirt kulturali fin-Nagorno-Karabakh</Titre>

<DocRef>(2022/2582(RSP))</DocRef>


<RepeatBlock-By><Depute>Peter van Dalen, Michael Gahler, Sandra Kalniete, Isabel Wiseler‑Lima, François‑Xavier Bellamy, Tom Vandenkendelaere, Eugen Tomac, José Manuel Fernandes, Gabriel Mato, Paulo Rangel, Luděk Niedermayer, Loránt Vincze, Sara Skyttedal, Tomáš Zdechovský, Janina Ochojska, Christian Sagartz, Loucas Fourlas, Jiří Pospíšil, Peter Pollák, Stanislav Polčák, Elżbieta Katarzyna Łukacijewska, Miriam Lexmann, David Lega, Stelios Kympouropoulos, Seán Kelly, Michaela Šojdrová, Krzysztof Hetman, Ivan Štefanec, Vangelis Meimarakis, Vladimír Bilčík, Romana Tomc, Lefteris Christoforou</Depute>

<Commission>{PPE}f'isem il-Grupp PPE</Commission>

<Depute>Pedro Marques, Andrea Cozzolino, Isabel Santos, Evin Incir</Depute>

<Commission>{S&D}f'isem il-Grupp S&D</Commission>

<Depute>Nathalie Loiseau, Petras Auštrevičius, Malik Azmani, Olivier Chastel, Dacian Cioloş, Vlad Gheorghe, Klemen Grošelj, Bernard Guetta, Svenja Hahn, Dragoş Pîslaru, Michal Šimečka, Ramona Strugariu, Dragoş Tudorache, Hilde Vautmans</Depute>

<Commission>{Renew}f'isem il-Grupp Renew</Commission>

<Depute>Viola Von Cramon‑Taubadel, Hannah Neumann</Depute>

<Commission>{Verts/ALE}f'isem il-Grupp Verts/ALE</Commission>

<Depute>Charlie Weimers, Witold Jan Waszczykowski, Carlo Fidanza, Valdemar Tomaševski, Veronika Vrecionová, Assita Kanko, Ladislav Ilčić, Vincenzo Sofo, Elżbieta Kruk, Bert‑Jan Ruissen</Depute>

<Commission>{ECR}f'isem il-Grupp ECR</Commission>

<Depute>Stelios Kouloglou, Emmanuel Maurel</Depute>

<Commission>{The Left}f'isem il-Grupp The Left</Commission>

<Depute>Fabio Massimo Castaldo</Depute>

</RepeatBlock-By>

EMENDI

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-qerda tal-wirt kulturali fin-Nagorno-Karabakh

(2022/2582(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar l-Armenja u l-Ażerbajġan,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-16 ta' Frar 2006 dwar il-wirt kulturali fl-Ażerbajġan[1],

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjoni tiegħu tas-17 ta' Frar 2022 dwar l-implimentazzjoni tal-politika estera u ta' sigurtà komuni – rapport annwali 2021[2],

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni konġunta tad-9 ta' Diċembru 2021 mill-President tad-Delegazzjoni għar-relazzjonijiet mal-Kawkasu tan-Nofsinhar, ir-Rapporteur Permanenti tal-Parlament Ewropew dwar l-Armenja u r-Rapporteur Permanenti tal-Parlament Ewropew dwar l-Ażerbajġan dwar l-Ordnijiet tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja tas-7 ta' Diċembru 2021 fil-każijiet bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan,

 wara li kkunsidra r-rapporti tal-Kummissjoni Ewropea kontra r-Razziżmu u l-Intolleranza (ECRI), tal-Kunsill tal-Ewropa,

 wara li kkunsidra l-komunikazzjoni konġunta tal-Kummissjoni u tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà tat-18 ta' Marzu 2020 bit-titolu "Il-politika tas-Sħubija tal-Lvant lil hinn mill-2020: It-Tisħiħ tar-Reżiljenza – Sħubija tal-Lvant li tikseb riżultati għal kulħadd" (JOIN(2020)0007),

 wara li kkunsidra l-Pjan Ekonomiku u ta' Investiment għall-pajjiżi tas-Sħubija tal-Lvant,

 wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni tal-kopresidenti tal-Grupp ta' Minsk tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE) tal-11 ta' Novembru 2021 li tenniet l-importanza tal-protezzjoni tas-siti storiċi u kulturali fir-reġjun,

 wara li kkunsidra l-Ordnijiet tal-Qorti Internazzjonali tal-Ġustizzja (QIĠ) tas-7 ta' Diċembru 2021,

 wara li kkunsidra l-konklużjonijiet tal-Kunsill dwar l-approċċ tal-UE għall-Wirt Kulturali waqt kunflitti u kriżijiet tal-21 ta' Ġunju 2021,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni tal-UNESCO dwar il-Protezzjoni tal-Patrimonju Dinji Kulturali u Naturali, tas-16 ta' Novembru 1972,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni tal-UNESCO dwar il-Qerda Intenzjonata tal-Wirt Kulturali tas-17 ta' Ottubru 2003,

 wara li kkunsidra l-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ċivili u Politiċi tas-16 ta' Diċembru 1966,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Kulturali Ewropea, il-Konvenzjoni Ewropea riveduta għall-Protezzjoni tal-Wirt Arkeoloġiku, u l-Konvenzjoni Qafas għall-Ħarsien tal-Minoranzi Nazzjonali, li tagħhom l-Armenja u l-Ażerbajġan huma partijiet,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta' The Hague tal-1954 għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Kulturali fil-Każ ta' Kunflitt Armat, li tagħha l-Armenja u l-Ażerbajġan huma partijiet, u l-Protokoll tagħha, kif applikabbli għat-territorji okkupati, u t-Tieni Protokoll dwar il-protezzjoni msaħħa tal-proprjetà kulturali, li tipprojbixxi kwalunkwe alterazzjoni jew bidla fl-użu ta' proprjetà kulturali maħsuba biex taħbi jew teqred l-evidenza kulturali, storika jew xjentifika,

 wara li kkunsidra d-Dikjarazzjoni Universali tad-Drittijiet tal-Bniedem tal-10 ta' Diċembru 1948,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni Internazzjonali dwar l-Eliminazzjoni ta' Kull Forma ta' Diskriminazzjoni Razzjali tal-21 ta' Diċembru 1965,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura tiegħu,

A. billi l-qerda jew il-profanazzjoni ta' kwalunkwe monument jew oġġett ta' wirt kulturali, reliġjuż jew nazzjonali tikser il-prinċipji tal-Unjoni Ewropea;

B. billi 1 456 monument, prinċipalment Armeni, ġew taħt il-kontroll tal-Azerbajġan wara l-waqfien mill-ġlied tad-9 ta' Novembru 2020; billi l-Ażerbajġan ikkawża ħsara intenzjonata sostanzjali lill-wirt kulturali Armen matul il-gwerra tal-2020, b'mod partikolari waqt il-bumbardament tal-Knisja Gazanchi, il-Katidral tas-Salvatur/Ghazanchetsots f'Shusha/Shushi, kif ukoll il-qerda, il-ħsara, it-tibdil tal-funzjoni ta' knejjes u ċimiterji oħra matul u wara l-kunflitt, bħall-Knisja Zoravor Surb Astvatsatsin ħdejn il-belt ta' Mekhakavan u San Yeghishe fil-villaġġ ta' Mataghis fin-Nagorno-Karabakh; billi matul iż-żjara tiegħu fil-Knisja Armena tas-seklu 12 fit-Tsakuri, il-President Aliyev wiegħed li jneħħi l-iskrizzjonijiet Armeni minnha;

C. billi, kif imsemmi fid-Dikjarazzjoni tal-UNESCO dwar il-Qerda Intenzjonali tal-Wirt Kulturali tal-2003, il-wirt kulturali huwa komponent importanti tal-identità kulturali tal-komunitajiet, il-gruppi u l-individwi, u tal-koeżjoni soċjali, sabiex il-qerda intenzjonata tiegħu jista' jkollha konsegwenzi negattivi fuq id-dinjità tal-bniedem u d-drittijiet tal-bniedem;

D. billi l-qerda ta' siti ta' wirt kulturali, artefatti u oġġetti tikkontribwixxi għall-eskalazzjoni tal-ostilitajiet, il-mibegħda reċiproka u l-preġudizzju razzjali bejn u fi ħdan is-soċjetajiet;

E. billi r-rispett għall-minoranzi, inkluża l-protezzjoni tal-wirt kulturali tagħhom, huwa parti mill-Politika Ewropea tal-Viċinat; billi l-Politika Ewropea tal-Viċinat għandha l-għan li tistabbilixxi sħubija mal-Armenja u l-Ażerbajġan abbażi ta' valuri komuni;

F. billi l-kunflitt armat l-aktar reċenti fin-Nagorno-Karabakh u madwaru ntemm wara ftehim dwar waqfien sħiħ mill-ġlied fin-Nagorno-Karabakh u madwaru bejn l-Armenja, l-Ażerbajġan u r-Russja, li ġie ffirmat fid-9 ta' Novembru 2020 u daħal fis-seħħ fl-10 ta' Novembru 2020;

G. billi bosta knejjes, moskej, slaleb tal-ġebel u ċimiterji jinsabu fin-Nagorno-Karabakh;

H. billi fis-7 ta' Diċembru 2021 il-QIĠ indikat fl-Ordni tagħha li l-Azerbajġan għandu jieħu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprevjeni u jikkastiga atti ta' vandaliżmu u profanazzjoni li jaffettwaw il-wirt kulturali Armen, inkluż iżda mhux limitat għal knejjes u postijiet oħra ta' qima, monumenti, għeliem, ċimiterji u artefatti; billi l-QIĠ ordnat lill-Armenja u lill-Ażerbajġan jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jipprevjenu l-inċitament u l-promozzjoni tal-mibegħda razzjali; billi l-QIĠ ordnat lill-Ażerbajġan jipproteġi minn vjolenza u minn ħsara fiżika lill-persuni kollha maqbuda b'rabta mal-Kunflitt tal-2020 li għadhom detenuti; billi fl-Ordnijiet tagħha l-QIĠ indikat li ż-żewġ partijiet għandhom joqogħdu lura minn kwalunkwe azzjoni li tista' taggrava jew testendi t-tilwima quddiem il-Qorti jew tagħmilha aktar diffiċli biex tissolva;

I. billi l-UNESCO tenniet l-obbligu tal-pajjiżi li jipproteġu l-wirt kulturali f'konformità mat-termini tal-Konvenzjoni ta' The Hague tal-1954 għall-Protezzjoni tal-Proprjetà Kulturali fil-Każ ta' Kunflitt Armat u pproponiet li titwettaq missjoni esperta indipendenti, sabiex jitfassal inventarju preliminari ta' proprjetajiet kulturali sinifikanti, bħala l-ewwel pass lejn is-salvagwardja effettiva tal-wirt tar-reġjun;

J. billi s-salvagwardja tal-wirt kulturali għandha rwol ewlieni fil-promozzjoni tal-paċi dejjiema billi trawwem it-tolleranza, id-djalogu interkulturali u bejn ir-reliġjonijiet u l-fehim reċiproku, kif ukoll id-demokrazija u l-iżvilupp sostenibbli;

K. billi l-proprjetà kulturali għandha importanza kulturali, artistika, storika u xjentifika kbira u trid tiġi protetta minn approprjazzjoni illegali, deterjorament u qerda; billi l-knejjes u l-monasteri Armeni huma parti mill-eqdem wirt Kristjan fid-dinja u parti mill-wirt komuni tal-umanità;

L. billi fil-każ quddiem il-QIĠ, saru allegazzjonijiet serji dwar l-involviment tal-awtoritajiet tal-Azerbajġan fil-qerda ta' ċimiterji, knejjes u monumenti storiċi fin-Nagorno-Karabakh;

M. billi l-kunflitt li ilu għaddej kellu impatt katastrofiku fuq il-wirt kulturali tan-Nagorno-Karabakh u r-reġjun; billi matul dawn l-aħħar 30 sena, l-Ażerbajġan wettaq il-qerda irriversibbli tal-wirt reliġjuż u kulturali, b'mod partikolari fir-Repubblika Awtonoma ta' Nakhchivan, fejn inqerdu 89 knisja Armena, 20 000 qabar u aktar minn 5 000 lapida; billi dan seħħ ukoll fiż-żoni ta' kunflitt preċedenti li ġew irritornati mill-Armenja lejn l-Azerbajġan, b'mod partikolari l-qerda u s-serq kważi totali ta' Aghdam u Fuzuli;

N. billi l-ewwel gwerra tan-Nagorno-Karabakh wasslet għal ħsara jew qerda tal-wirt kulturali tal-Ażerbajġan, inklużi siti kulturali u reliġjużi li ġew abbandunati minn persuni Ażerbajġani spostati internament fir-reġjun; billi dawn is-siti jew inqerdu għalkollox, inqerdu parzjalment, ġew traskurati jew ipprofanati billi ntużaw bħala barrakki tal-ifrat, ġew modifikati biex jitneħħew traċċi kulturali, jew ġew żarmati għall-materjali tal-bini;

O. billi l-wirt kulturali Armen fir-reġjun tan-Nagorno-Karabakh qegħdin jiġu eliminati t-traċċi tiegħu mhux biss bil-ħsara u l-qerda li qed isirulu, iżda wkoll permezz tal-falsifikazzjoni tal-istorja u t-tentattivi biex din tiġi ppreżentata bħala "Albaniża tal-Kawkasu"; billi fit-3 ta' Frar 2022 il-Ministru tal-Azerbajġan għall-Kultura, Anar Karimov, ħabbar it-twaqqif ta' grupp ta' ħidma responsabbli għat-tneħħija tat-"traċċi fittizji miktuba mill-Armeni fuq it-tempji reliġjużi Albaniżi";

1. Jikkundanna bil-qawwa l-fatt li l-Azerbajġan qed ikompli għaddej bil-politika tiegħu li jħassar u jiċħad il-wirt kulturali Armen fin-Nagorno-Karabakh u madwar dan ir-reġjun, bi ksur tad-dritt internazzjonali u tad-deċiżjoni reċenti tal-QIĠ;

2. Jirrikonoxxi li t-tħassir tal-wirt kulturali Armen huwa parti minn xejra usa' ta' politika statali sistematika ta' Armenofobija, reviżjoniżmu storiku u mibegħda lejn l-Armeni promossa mill-awtoritajiet Ażerbajġani, li tinkludi d-diżumanizzazzjoni, il-glorifikazzjoni tal-vjolenza u pretensjonijiet territorjali kontra r-Repubblika tal-Armenja li jheddu l-paċi u s-sigurtà fil-Kawkasu tan-Nofsinhar;

3. Jisħaq li l-wirt kulturali għandu dimensjoni universali bħala xhieda tal-istorja inseparabbli mill-identità tal-popli, li l-komunità internazzjonali għandha l-obbligu li tipproteġi u tippreserva għall-ġenerazzjonijiet futuri; jissottolinja l-importanza tal-wirt kulturali rikk fir-reġjun; iħeġġeġ lill-Istati kollha jieħdu l-miżuri meħtieġa biex jiżguraw is-salvagwardja tas-siti ta' wirt kulturali intanġibbli li jinsabu fit-territorju taħt il-kontroll tagħhom; jiddeplora l-fatt li l-kunflitti fir-reġjun tan-Nagorno-Karabakh wasslu għall-qerda, is-sakkeġġ u s-serq tal-wirt kulturali komuni, li komplew ikebbsu n-nuqqas ta' fiduċja u l-animożitajiet;

4. Ifakkar li r-reviżjoniżmu storiku u d-deterjorament u l-qerda tal-wirt kulturali jew reliġjuż imorru kontra l-Ordni tal-QIĠ tas-7 ta' Diċembru 2021, kif ukoll kontra r-riżoluzzjoni tal-Parlament tal-20 ta' Mejju 2021[3];

5. Jirrikonoxxi, bħalma jagħmel l-Uffiċċju tal-Prosekutur tal-QIĠ, li l-wirt kulturali jikkostitwixxi xhieda unika u importanti tal-kultura u l-identitajiet tal-popli u li d-degradazzjoni u l-qerda tal-wirt kulturali, kemm jekk tanġibbli jew intanġibbli, jikkostitwixxu telfa għall-komunitajiet milqutin, kif ukoll għall-komunità internazzjonali kollha kemm hi;

6. Jilqa' r-rwol ċentrali tal-UNESCO fil-protezzjoni tal-wirt kulturali u l-promozzjoni tal-kultura bħala strument li jqarreb lin-nies lejn xulxin u jrawwem id-djalogu;

7. Jilqa' l-proposta tal-UNESCO li tibgħat missjoni ta' esperti indipendenti u jitlob li din tintbagħat mingħajr dewmien; jisħaq li l-Ażerbajġan jeħtieġlu jiggarantixxi aċċess mingħajr xkiel għas-siti ta' wirt kulturali kollha sabiex il-missjoni tfassal inventarju fuq il-post u tara x'sar mis-siti;

8. Jinsisti bil-qawwa li l-Ażerbajġan għandu jippermetti li l-UNESCO jkollha aċċess għas-siti ta' wirt fit-territorji taħt il-kontroll tiegħu, sabiex tkun tista' tipproċedi bl-inventarju tagħhom, u jinsisti li l-Ażerbajġan għandu jiżgura l-protezzjoni tagħhom; iħeġġeġ lill-Ażerbajġan jiżgura li ma jkun hemm l-ebda intervent fuq siti ta' wirt Armen qabel ma ssir missjoni ta' valutazzjoni tal-UNESCO, u li qabel ma jkun hemm interventi fuq siti ta' wirt kulturali Armen jiġu kkonsultati esperti Armeni u internazzjonali tal-wirt kulturali u li dawn jiġu involuti mill-qrib matul tali interventi; jitlob ir-restawr sħiħ ta' dawn is-siti u ta' siti oħra mwaqqgħin u jitlob li l-komunità internazzjonali, b'mod partikolari l-UNESCO, tiġi involuta aktar fil-protezzjoni tas-siti ta' wirt dinji li jinsabu fir-reġjun;

9. Jistieden lill-UE tipparteċipa b'mod attiv fl-isforzi għall-protezzjoni tal-wirt kulturali f'riskju fin-Nagorno-Karabakh, b'mod partikolari billi tuża mekkaniżmi biex taġevola l-missjoni ta' ġbir ta' informazzjoni tal-UNESCO; iħeġġeġ l-inizjattivi kollha, inklużi dawk privati, maħsuba biex jgħinu fil-preservazzjoni ta' dan il-wirt; jissuġġerixxi l-użu taċ-Ċentru Satellitari tal-UE (SatCen) sabiex jipprovdi immaġnijiet bis-satellita bil-għan li jgħin ħalli tiġi ddeterminata l-kundizzjoni esterna tal-wirt fil-periklu fir-reġjun;

10. Jenfasizza l-ħtieġa li l-protezzjoni tal-wirt storiku u kulturali tiġi indirizzata fil-qafas usa' tar-riżoluzzjoni tal-kunflitti bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan u d-definizzjoni finali tal-istatus tan-Nagorno-Karabakh; jistieden, f'dan il-kuntest, lill-Ażerbajġan biex iwarrab l-għanijiet massimalisti, l-approċċ militaristiku u l-pretensjonijiet territorjali tiegħu fil-konfront tal-Armenja u biex jimpenja ruħu bona fide fin-negozjati taħt l-awspiċji tal-Grupp ta' Minsk tal-OSKE dwar l-istatus finali tan-Nagorno-Karabakh;

11. Jissottolinja li l-miżuri indikati fl-Ordnijiet tal-QIĠ tas-7 ta' Diċembru 2021 għandhom jittieħdu mingħajr dewmien; jisħaq li kwalunkwe każ ġdid ta' qerda jew alterazzjoni tal-wirt kulturali għandu jiġi indirizzat minnufih mill-komunità internazzjonali;

12. Jistieden lill-Ażerbajġan jimplimenta bis-sħiħ id-deċiżjoni proviżorja tal-QIĠ, b'mod partikolari billi joqgħod lura milli joħnoq il-lingwa Armena, jeqred il-wirt kulturali Armen jew b'xi mod ieħor jelimina l-eżistenza tal-preżenza kulturali storika Armena jew iżomm lill-Armeni milli jkollhom aċċess għaliha u milli jgawduha u billi jirrestawra jew jirritorna kwalunkwe bini u sit, artefatt u oġġett kulturali u reliġjuż Armen; jisħaq li kwalunkwe każ ġdid ta' qerda jew alterazzjoni tal-wirt kulturali għandu jiġi indirizzat minnufih mill-komunità internazzjonali;

13. Itenni t-talba tiegħu lill-UE biex tinkorpora klawżola dwar il-protezzjoni ta' siti arkeoloġiċi u storiċi fil-pjanijiet ta' azzjoni li jiggwidaw is-sħubija bejn l-UE u l-Armenja u l-Ażerbajġan, li t-tnejn li huma jipparteċipaw fil-Politika Ewropea tal-Viċinat;

14. Jisħaq li r-rispett għad-drittijiet tal-minoranzi, inkluż il-wirt storiku, reliġjuż u kulturali, huwa prerekwiżit essenzjali għall-implimentazzjoni effettiva tal-Politika Ewropea tal-Viċinat u għall-ħolqien ta' kundizzjonijiet li jwasslu għal riabilitazzjoni wara l-gwerra, għal rikonċiljazzjoni ġenwina u għal relazzjonijiet ta' viċinat tajbin bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan;

15. Jistieden lill-Gvernijiet tal-Ażerbajġan u tal-Armenja, bl-appoġġ tal-komunità internazzjonali, biex jiżguraw investigazzjonijiet effettivi dwar l-allegazzjonijiet kollha ta' ksur tad-dritt internazzjonali, inkluża l-protezzjoni tal-wirt kulturali;

16. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jkomplu jappoġġjaw il-ħidma tal-organizzazzjonijiet internazzjonali impenjati fil-protezzjoni tal-wirt kulturali u reliġjuż;

17. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jkomplu jappoġġjaw l-għoti ta' għajnuna umanitarja urġenti;

18. Jistieden lill-UE u lill-Istati Membri jappoġġjaw lill-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili fl-Armenja u fl-Ażerbajġan li ġenwinament jikkontribwixxu għar-rikonċiljazzjoni;

19. Jistieden lill-UE, lill-UNESCO, lill-Kunsill tal-Ewropa u lill-OSKE biex flimkien jinkoraġġixxu u jappoġġjaw l-isforzi mmirati lejn is-salvagwardja tal-wirt kulturali u reliġjuż;

20. Jistieden lill-Kummissjoni tuża l-istrumenti kollha disponibbli biex tipprevjeni atti ta' vandaliżmu, qerda jew alterazzjoni tal-wirt kulturali fin-Nagorno-Karabakh;

21. Jissottolinja li l-isforzi tal-komunità internazzjonali fis-salvagwardja tal-wirt kulturali huma essenzjali biex jitqiegħdu s-sisien għal paċi sostenibbli fir-reġjun;

22. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Viċi President tal-Kummissjoni Ewropea/Rappreżentant Għoli tal-Unjoni Ewropea għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvern u lill-President tal-Armenja, lill-Gvern u lill-President tal-Ażerbajġan, lis-Segretarju Ġenerali tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa, lis-Segretarju Ġenerali tal-Kunsill tal-Ewropa, lid-Direttur Ġenerali tal-UNESCO u lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.

 

 

[1] ĠU C 290 E, 29.11.2006, p. 421.

[2] Testi adottati, P9_TA(2022)0039.

[3] Ir-riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-20 ta' Mejju 2021 dwar il-priġunieri tal-gwerra wara l-kunflitt l-aktar reċenti bejn l-Armenja u l-Ażerbajġan, ĠU C 15, 12.1.2022, p. 156.

Aġġornata l-aħħar: 9 ta' Marzu 2022Avviż legali - Politika tal-privatezza