Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta - RC-B9-0169/2023Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta
RC-B9-0169/2023

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA dwar il-Kambodja: il-każ tal-kap tal-oppożizzjoni Kem Sokha

15.3.2023 - (2023/2589(RSP))

imressqa skont l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta' Proċedura
li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:
B9‑0169/2023 (The Left)
B9‑0174/2023 (Verts/ALE)
B9‑0176/2023 (Renew)
B9‑0178/2023 (PPE)
B9‑0184/2023 (ECR)
B9‑0186/2023 (S&D)

Željana Zovko, Michaela Šojdrová, Michael Gahler, Isabel Wiseler‑Lima, David McAllister, Ivan Štefanec, Peter Pollák, Vladimír Bilčík, Vangelis Meimarakis, Stelios Kympouropoulos, Krzysztof Hetman, Tomáš Zdechovský, David Lega, Eugen Tomac, Sandra Kalniete, Inese Vaidere
f’isem il-Grupp PPE
Pedro Marques, Karsten Lucke, Marianne Vind
f’isem il-Grupp S&D
Frédérique Ries, Abir Al‑Sahlani, Petras Auštrevičius, Nicola Beer, Izaskun Bilbao Barandica, Dita Charanzová, Olivier Chastel, Katalin Cseh, Vlad Gheorghe, Bernard Guetta, Svenja Hahn, Karin Karlsbro, Karen Melchior, Michal Šimečka, Ramona Strugariu, Hilde Vautmans
f’isem il-Grupp Renew
Heidi Hautala
f’isem il-Grupp Verts/ALE
Anna Fotyga, Karol Karski, Denis Nesci, Angel Dzhambazki, Eugen Jurzyca, Raffaele Stancanelli, Assita Kanko, Elżbieta Kruk, Adam Bielan, Bogdan Rzońca, Elżbieta Rafalska, Ryszard Czarnecki, Joachim Stanisław Brudziński, Witold Jan Waszczykowski, Zbigniew Kuźmiuk, Sergio Berlato
f’isem il-Grupp ECR
Stelios Kouloglou
f’isem il-Grupp tax-Xellug
Fabio Massimo Castaldo

Proċedura : 2023/2589(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
RC-B9-0169/2023
Testi mressqa :
RC-B9-0169/2023
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar il-Kambodja: il-każ tal-kap tal-oppożizzjoni Kem Sokha

(2023/2589(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar il-Kambodja,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A. billi fit-3 ta’ Marzu 2023, wara proċess li l-esperti tan-NU qiesu li “naqas milli jissodisfa l-istandard kemm tad-dritt tal-Kambodja u kemm tad-dritt internazzjonali dwar id-drittijiet tal-bniedem”, il-Qorti Muniċipali ta’ Phnom Penh ikkundannat lil Kem Sokha 27 sena ħabs, li huwa temporanjament permess li jiskonta taħt detenzjoni domiċiljari, u ssospendiet b’mod indefinit id-drittijiet politiċi tiegħu li jivvota u li joħroġ għall-elezzjoni;

 B. billi Kem Sokha, l-ex President tal-Partit ta’ Salvataġġ Nazzjonali tal-Kambodja (Cambodia National Rescue Party – CNRP), ġie arrestat fl-2017 fuq akkużi li kkonfoffa biex iwaqqa’ lill-Prim Ministru Hun Sen u nżamm taħt arrest preventiv arbitrarju sakemm inħeles b’mod kondizzjonali biex jibda jinżamm f’detenzjoni domiċiljari fl-10 ta’ Settembru 2018;

C. billi peress li l-Qorti Suprema tal-Kambodja xoljiet l-akbar partit tal-oppożizzjoni, is-CNRP, il-Gvern tal-Kambodja kien qed irażżan lill-membri tal-oppożizzjoni politika billi tefagħhom il-ħabs u mmultahom, u ġegħilhom imorru fl-eżilju;

D. billi l-Prim Ministru Hun Sen ilu fil-poter kważi mingħajr waqfien 38 sena u l-partit li jinsab fil-gvern għandu setgħa assoluta fuq l-istat u fuq il-korpi leġiżlattivi;

E. billi r-repressjoni min-naħa tal-gvern fuq il-media indipendenti, l-organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni politika li bdiet fl-2017 kompliet għaddejja, inkluż permezz tal-proċessi fittizji tal-massa, il-persekuzzjoni ta’ attivisti bħal Seng Theary u t-tmexxija u l-membri tal-partit tal-oppożizzjoni l-Partit Candlelight, ir-restrizzjoni tal-libertajiet u l-għeluq fit-13 ta’ Frar 2023 tal-VOD, wieħed mill-aħħar strumenti tal-media indipendenti tal-Kambodja;

1. Jitlob il-ħelsien immedjat u mingħajr kundizzjonijiet ta’ Kem Sokha u tal-uffiċjali u l-attivisti kollha tal-oppożizzjoni kkundannati jew detenuti fuq akkużi motivati politikament;

2. Iħeġġeġ lill-awtoritajiet tal-Kambodja jiżguraw elezzjonijiet ħielsa u ġusti f’Lulju 2023, li jippermettu lill-partiti politiċi kollha jwettqu kampanji elettorali ugwali, ħielsa u trasparenti taħt kumitat elettorali nazzjonali aktar inklużiv u trasparenti; jitlob li s-CNRP jiġi riintegrat immedjatament biex jipparteċipa fl-elezzjonijiet tal-2023;

3. Jistieden lill-awtoritajiet itemmu l-forom kollha ta’ fastidju, intimidazzjoni u akkużi kriminali motivati politikament kontra l-membri tal-oppożizzjoni, it-trejdjunjonisti, id-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem, l-atturi tas-soċjetà ċivili u tal-media u li jirriintegraw minnufih lill-VOD;

4. Jitlob li jintużaw b’mod ikkoordinat il-mezzi politiċi disponibbli inkluża s-sospensjoni ulterjuri tal-istatus ta’ “Kollox Minbarra Armi” tal-Kambodja jekk l-elezzjonijiet tal-2023 jiddevjaw mill-istandards internazzjonali jew ikompli jseħħ il-ksur tad-drittijiet tal-bniedem;

5. Iħeġġeġ lill-Kummissjoni tiddefinixxi parametri referenzjarji tad-drittijiet tal-bniedem għall-involviment imsaħħaħ kontinwu tagħha mal-awtoritajiet tal-Kambodja, u tipprovdi assistenza lis-soċjetà ċivili u lid-difensuri tad-drittijiet tal-bniedem tal-Kambodja;

6. Iħeġġeġ lill-Kunsill jadotta sanzjonijiet immirati, fl-ambitu tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem, biex il-persuni kollha responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għax-xoljiment u r-repressjoni sussegwenti tal-oppożizzjoni Kambodjana jinżammu responsabbli;

7. Jagħti struzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, kif ukoll lir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u Viċi President tal-Kummissjoni, lis-Segretarju Ġenerali tal-ASEAN u lill-Gvern, lill-Prim Ministru u lill-Assemblea Nazzjonali tal-Kambodja.

 

 

Aġġornata l-aħħar: 15 ta' Marzu 2023
Avviż legali - Politika tal-privatezza