Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta - RC-B9-0291/2023Mozzjoni għal riżoluzzjoni konġunta
RC-B9-0291/2023

MOZZJONI GĦAL RIŻOLUZZJONI KONĠUNTA dwar is-sitwazzjoni umanitarja fis-Sudan, b’mod partikolari l-mewt tat-tfal maqbudin minħabba l-ġlied

14.6.2023 - (2023/2736(RSP))

mressqa skont l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta’ Proċedura
li tissostitwixxi l-mozzjonijiet għal riżoluzzjoni li ġejjin:
B9‑0291/2023 (Verts/ALE)
B9‑0292/2023 (S&D)
B9‑0293/2023 (Renew)
B9‑0294/2023 (ECR)
B9‑0295/2023 (PPE)

Željana Zovko, Tomáš Zdechovský, Miriam Lexmann, Michaela Šojdrová, David Lega, Antonio López-Istúriz White, Isabel Wiseler-Lima, Vladimír Bilčík, Vangelis Meimarakis, Radosław Sikorski, José Manuel Fernandes, Ioan-Rareş Bogdan, Eugen Tomac, Jiří Pospíšil, Inese Vaidere
f’isem il-Grupp PPE
Pedro Marques, Carlos Zorrinho, Evin Incir
f’isem il-Grupp S&D
Javier Nart, Petras Auštrevičius, José Ramón Bauzá Díaz, Nicola Beer, Izaskun Bilbao Barandica, Dita Charanzová, Olivier Chastel, Katalin Cseh, Klemen Grošelj, Bernard Guetta, Karin Karlsbro, Moritz Körner, Ilhan Kyuchyuk, Nathalie Loiseau, Jan‑Christoph Oetjen, Urmas Paet, Frédérique Ries, María Soraya Rodríguez Ramos, Michal Šimečka, Ramona Strugariu, Dragoş Tudorache, Hilde Vautmans
f’isem il-Grupp Renew
Pierrette Herzberger‑Fofana
f’isem il-Grupp Verts/ALE
Anna Fotyga, Karol Karski, Angel Dzhambazki, Ryszard Czarnecki, Assita Kanko, Elżbieta Kruk, Adam Bielan, Witold Jan Waszczykowski, Waldemar Tomaszewski, Carlo Fidanza, Bogdan Rzońca, Elżbieta Rafalska
f’isem il-Grupp ECR
Fabio Massimo Castaldo


Proċedura : 2023/2736(RSP)
Ċiklu ta' ħajja waqt sessjoni
Ċiklu relatat mad-dokument :  
RC-B9-0291/2023
Testi mressqa :
RC-B9-0291/2023
Dibattiti :
Votazzjonijiet :
Testi adottati :

Mozzjoni għal riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew dwar is-sitwazzjoni umanitarja fis-Sudan, b’mod partikolari l-mewt tat-tfal maqbudin minħabba l-ġlied

(2023/2736(RSP))

Il-Parlament Ewropew,

 wara li kkunsidra r-riżoluzzjonijiet preċedenti tiegħu dwar is-Sudan,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni dwar id-Drittijiet tat-Tfal u l-Protokolli Fakultattivi tagħha,

 wara li kkunsidra l-Karta Afrikana dwar id-Drittijiet u l-Ġid tat-Tfal,

 wara li kkunsidra l-Konvenzjoni ta’ Ġinevra,

 wara li kkunsidra l-Artikoli 144(5) u 132(4) tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,

A. billi l-militar u l-Forza ta’ Appoġġ Rapidu Sudaniżi qed ikomplu jeżerċitaw ġlieda vjolenti għall-poter, bi ksur tad-dritt umanitarju internazzjonali;

B. billi l-vjolenza li rriżultat qatlet eluf ta’ ċivili innoċenti, spustat aktar minn 1,2 miljun ruħ u ġiegħlet lil kważi 500 000 jaħarbu lejn pajjiżi ġirien, u b’hekk heddet l-istabbiltà fir-reġjun;

C. billi ġie permess biss aċċess umanitarju limitat għal partijiet ta’ Khartoum; billi l-kunflitt kompla f’partijiet oħra tal-pajjiż, b’mod partikolari f’Darfur;

D. billi l-ħaddiema umanitarji ma jistgħux iwasslu provvisti liċ-ċivili affettwati mill-kunflitt; billi l-faċilitajiet mediċi ġew attakkati, u ħafna minnhom baqgħu magħluqa;

E. billi aktar minn 13,6 miljun tifel u tifla fis-Sudan jeħtieġu assistenza umanitarja b’mod urġenti; billi qabel il-kriżi attwali, madwar 3 miljun tifel u tifla sofrew minn malnutrizzjoni; billi 70 tifel u tifla mietu minħabba nuqqas ta’ ikel, deidratazzjoni u infezzjonijiet fl-orfanatrofju ta’ Mygoma f’Khartoum;

1. Jikkundanna bil-qawwa l-vjolenza kontinwa bejn il-fazzjonijiet armati rivali fis-Sudan; jiddeplora n-nuqqas ta’ rispett tagħhom lejn il-waqfien mill-ġlied umanitarju miftiehem, l-attakki fuq il-ħaddiema umanitarji u l-infrastruttura, il-fatt li ċivili sfaw fil-mira b’mod intenzjonat, u r-reklutaġġ u l-involviment tat-tfal fil-kunflitt; jikkundanna l-użu tal-vjolenza sesswali u jappella għall-appoġġ meħtieġ għas-superstiti u biex l-awturi jitressqu quddiem il-ġustizzja;

2. Jistieden lin-naħat kollha jwaqqfu minnufih kull azzjoni militari, jippermettu aċċess umanitarju mingħajr restrizzjonijiet u jerġgħu lura għal taħditiet dwar ftehim ta’ paċi nnegozjat; jappoġġja bis-sħiħ l-isforzi reġjonali u internazzjonali kollha għal soluzzjoni paċifika; jilqa’ l-isforzi kollha ta’ medjazzjoni reġjonali u internazzjonali f’Jeddah u Addis Ababa u mill-Awtorità Intergovernattiva għall-Iżvilupp;

3. Jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jiżguraw li ftehim ta’ waqfien mill-ġlied permanenti jiġi segwit minn proċess ta’ riforma demokratika biex jimxu lejn gvern immexxi miċ-ċivili; jappellalhom biex jikkunsidraw b’mod urġenti sanzjonijiet immirati kontra dawk responsabbli għall-abbużi tad-drittijiet tal-bniedem permezz tar-Reġim Globali ta’ Sanzjonijiet tal-UE b’rabta mad-Drittijiet tal-Bniedem;

4. Ifakkar lill-fazzjonijiet kollha dwar l-obbligi tagħhom skont id-dritt internazzjonali; jappella, f’dan ir-rigward, għall-istabbiliment urġenti ta’ kurituri umanitarji u li s-servizzi pubbliċi bażiċi jiġu restawrati bis-sħiħ;

5. Jappella lill-UE u lill-Istati Membri tagħha jkunu lesti jipprovdu appoġġ immedjat u assistenza umanitarja lil dawk milquta mill-kunflitt, inklużi persuni spostati internament u dawk li qed ifittxu rifuġju f’pajjiżi oħra, inkluż billi jipprovdu dokumentazzjoni tal-ivvjaġġar ta’ emerġenza;

6. Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex tgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Gvern tas-Sudan, lill-Forzi ta’ Appoġġ Rapidu Sudaniżi, lill-Unjoni Afrikana, lis-Segretarju Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti u lill-Parlament Pan-Afrikan.

 

Aġġornata l-aħħar: 13 ta' Diċembru 2024
Avviż legali - Politika tal-privatezza