Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
L-għaxar leġiżlatura - Lulju 2024
EPUB 158kPDF 922k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU I : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 3 : KORPI U DMIRIJIET

Artikolu 26 : Kompożizzjoni tal-Konferenza tal-Presidenti

1.   Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tkun magħmula mill-President tal-Parlament u mill-presidenti tal-gruppi politiċi. Il-president ta' grupp politiku jista' jagħmel arranġamenti sabiex ikun rappreżentat minn xi membru tal-grupp tiegħu.

2.   Il-President tal-Parlament għandu, wara li jagħti l-opportunità lill-Membri mhux affiljati biex jesprimu l-fehmiet tagħhom, jistieden wieħed minnhom sabiex jattendi għal-laqgħat tal-Konferenza tal-Presidenti, mingħajr ma jkollu d-dritt għall-vot.

3.   Il-Konferenza tal-Presidenti għandha tagħmel ħilitha sabiex jintlaħaq konsensus fuq il-kwistjonijiet riferuti lilha.

Meta ma jistax jintlaħaq kunsens, il-kwistjoni għandu jittieħed vot fuqha li jvarja skont piż ibbażat fuq in-numru ta' Membri f'kull grupp politiku.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Lulju 2024Avviż legali - Politika tal-privatezza