Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
L-għaxar leġiżlatura - Lulju 2024
EPUB 158kPDF 922k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU V : RELAZZJONIJIET MA’ ISTITUZZJONIJIET U KORPI OĦRA U RESPONSABBILTÀ POLITIKA
KAPITOLU 2 : STQARRIJIET

Artikolu 140 : Stqarrijiet mill-Bank Ċentrali Ewropew

1.   Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew għandu jiġi mistieden biex jippreżenta lill-Parlament ir-Rapport Annwali tal-Bank dwar l-attivitajiet tas-Sistema Ewropea tal-Banek Ċentrali u dwar il-politika monetarja kemm tas-sena ta' qabel kif ukoll tas-sena kurrenti.

2.   Din il-preżentazzjoni għandha tiġi segwita minn dibattitu ġenerali.

3.   Il-President tal-Bank Ċentrali Ewropew, mhux anqas minn erba' darbiet fis-sena, għandu jiġi mistieden għal-laqgħat tal-kumitat responsabbli biex jagħmel stqarrija u jwieġeb għall-mistoqsijiet.

4.   Fuq talba tagħhom jew tal-Parlament, il-President, il-Viċi President u l-Membri l-oħra tal-Bord Eżekuttiv tal-Bank Ċentrali Ewropew għandhom jiġu mistiedna għal laqgħat addizzjonali.

5.   Għandu jitħejja rapport verbatim ta' dak li jkun intqal skont il-paragrafi 3 u 4.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Lulju 2024Avviż legali - Politika tal-privatezza