Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
L-għaxar leġiżlatura - Lulju 2024
EPUB 158kPDF 922k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 6 : PUNTI TA' ORDNI U MOZZJONIJIET TA' PROĊEDURA

Artikolu 204 : Riferiment lura lill-Kumitat

1.   Grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx jistgħu jagħmlu talba għal riferiment lura lill-kumitat meta tkun stabbilita l-aġenda jew qabel il-bidu tad-dibattitu.

L-intenzjoni ta’ preżentazzjoni ta’ mozzjoni li titlob riferiment lura lill-kumitat għandha tiġi notifika tal-anqas 24 siegħa bil-quddiem lill-President li għandu jinforma lill-Parlament minnufih..

2.   Riferiment lura lill-kumitat jista' wkoll jintalab minn xi grupp politiku jew għadd ta' Membri li jilħqu tal-anqas il-limitu baxx qabel jew matul il-votazzjoni. Tali mozzjoni għandu jittieħed vot fuqha minnufih.

3.   Tali mozzjoni tista' ssir darba biss f'kull wieħed mill-istadji proċedurali msemmija fil-paragrafi 1 u 2.

4.   Riferiment lura lill-kumitat iġib miegħu s-sospensjoni tal-eżami ta' dak il-punt.

5.   Il-Parlament jista' jistabbilixxi limitu ta' żmien li fih il-kumitat għandu jagħti l-konklużjonijiet tiegħu.

Aġġornata l-aħħar: 12 ta' Lulju 2024Avviż legali - Politika tal-privatezza