Din mhijiex l-aktar verżjoni reċenti tar-Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew.
L-aktar verżjoni reċenti hija disponibbli fuq:
https://www.europarl.europa.eu/doceo/document/lastrules/TOC_MT.html

 Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
L-għaxar leġiżlatura - Jannar 2025
EPUB 159kPDF 854k
KONTENUT
NOTA LILL-QARREJ
KOMPENDJU TAL-ATTI LEGALI EWLENIN RELATATI MARREGOLI TA' PROĊEDURA

TITOLU VII : SESSJONIJIET
KAPITOLU 6 : PUNTI TA' ORDNI U MOZZJONIJIET TA' PROĊEDURA

Artikolu 203 : Mozzjonijiet ta' proċedura

1.   Talbiet sabiex jitressqu mozzjonijiet ta' proċedura, jiġifieri:

(a)   riferiment lura lill-kumitat (Artikolu 204);

(b)   l-għeluq ta' dibattitu (Artikolu 205);

(c)   l-aġġornament ta' dibattitu jew votazzjoni (Artikolu 206); jew

(d)   is-sospensjoni jew l-għeluq tas-seduta (Artikolu 207);

għandhom jieħdu preċedenza fuq talbiet sabiex tingħata l-kelma.

Barra minn dawk li ressqu l-mozzjonijiet, il-Membri li ġejjin biss għandhom jinstemgħu: kelliem wieħed kontra jew l-president jew ir-rapporteur tal-kumitat responsabbli.

2.   Il-ħin tad-diskorsi m'għandux jeċċedi l-minuta.

Aġġornata l-aħħar: 10 ta' Jannar 2025Avviż legali - Politika tal-privatezza