Skond id-deċiżjonijiet tal-Parlament dwar l-użu ta' lingwa li tuża ġens newtrali fid-dokumenti tiegħu, ir-Regoli ta' Proċedura ġew adattati biex iqisu l-linji gwida fuq dak is-suġġett approvati mill-Grupp ta' Livell Għoli fuq l-Ugwaljanza Bejn is-Sessi u d-Diversità fit-13 ta' Frar 2008 u endorsjati mill-Bureau fid-19 ta' Mejju 2008.
Interpretazzjonijiet tar-Regoli (skond l-Artikolu 211) huma mniżżlin bil-korsiv.