Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Lulju 2009
PDF 1338k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU I  : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 3  : KORPI U DMIRIJIET

Artikolu 27  : Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati

1.    Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati għandha tkun magħmula mill-presidenti tal-kumitati permanenti jew temporanji kollha u għandha teleġġi l-president tagħha.

2.    Il-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati tista' tagħmel rakkomandazzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti dwar ix-xogħol tal-kumitati u dwar il-preparazzjoni ta' l-abbozz ta' l-aġenda tas-sessjonijiet parzjali.

3.    Il-Bureau u l-Konferenza tal-Presidenti jistgħu jagħtu struzzjonijiet lill-Konferenza tal-Presidenti tal-Kumitati sabiex twettaq doveri speċifiċi.

Avviż legali - Politika tal-privatezza