Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Lulju 2009
PDF 1338k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU I  : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 4  : GRUPPI POLITIĊI

Artikolu 30  : Tiswir ta' gruppi politiċi

1.    Il-Membri jistgħu jingħaqdu fi gruppi skond l-affinitajiet politiċi tagħhom.

Il-Parlament normalment m'għandux għalfejn jevalwa l-affinità politika tal-membri ta' grupp. Meta jsawwru grupp flimkien skond dan l-Artikolu, il-Membri konċernati jaċċettaw bħala definizzjoni li huma għandhom affinità politika. Huwa biss meta din tiġi miċħuda mill-Membri konċernati li jkun meħtieġ li l-Parlament jevalwa jekk dan il-grupp ġiex imwaqqaf f'konformità mar-Regoli.

2.    Grupp politiku għandu jkun magħmul minn Membri eletti minn mhux inqas minn kwart ta' l-Istati Membri. In-numru ta’ Membri meħtieġ biex jissawwar grupp politiku għandu jkun ta’ ħamsa u għoxrin.

3.    Meta grupp jinżel taħt il-limitu meħtieġ, il-President, bi ftehim mal-Konferenza tal-Presidenti, jista’ jippermetti li l-grupp ikompli jeżisti sas-seduta kostituttiva tal-Parlament li jkun imiss, kemm-il darba jintlaħqu l-kundizzjonijiet li ġejjin:

-    il-membri jkomplu jirrappreżentaw mhux inqas minn wieħed minn kull ħames Stati Membri;

-    il-grupp ikun ilu jeżisti għal perjodu ta’ aktar minn sena.

Il-President m’għandux japplika din id-deroga fejn ikun hemm biżżejjed evidenza li wieħed jissuspetta li tkun qed tiġi abbużata.

4.    Membru ma jistax ikun f'iktar minn grupp wieħed.

5.    Il-President għandu jkun mgħarraf permezz ta' stqarrija meta jitwaqqaf grupp politiku. Din l-istqarrija għandha tispeċifika l-isem tal-grupp, il-membri u l-Bureau tiegħu.

6.    Din l-istqarrija għandha tiġi ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Avviż legali - Politika tal-privatezza