Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Lulju 2009
PDF 1338k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU I  : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 4  : GRUPPI POLITIĊI

Artikolu 31  : Attivitajiet u sitwazzjoni legali tal-gruppi politiċi

1.    Il-gruppi politiċi għandhom iwettqu dmirijiethom bħala parti mill-attivitajiet ta' l-Unjoni, inklużi l-ħidmiet allokati lilhom mir-Regoli ta' Proċedura. Il-gruppi politiċi għandhom ikunu provduti b'segretarjat skond l-organigramma tas-Segretarjat, b'faċilitajiet amministrattivi u bil-fondi previsti mill-baġit tal-Parlament.

2.    Il-Bureau għandu jħejji r-regoli dwar il-forniment, l-implimentazzjoni u l-issorveljar ta' dawk il-faċilitajiet u approprjazzjonijiet, kif ukoll dwar id-delegi relatati ta' setgħat għall-implimentazzjoni tal-baġit.

3.    Dawk ir-regoli għandhom jiddeterminaw il-konsegwenzi amministrattivi u finanzjarji f'każ li grupp politiku jiġi xolt.

Avviż legali - Politika tal-privatezza