Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Lulju 2009
PDF 1338k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU I  : MEMBRI, KORPI TAL-PARLAMENT U GRUPPI POLITIĊI
KAPITOLU 4  : GRUPPI POLITIĊI

Artikolu 32  : Intergruppi

1.    Membri individwali jistgħu jiffurmaw Intergruppi, jew gruppi mhux uffiċjali oħrajn ta' Membri, minn fost il-gruppi politiċi kollha biex jiġu organizzati skambji informali ta’ fehmiet dwar kwistjonijiet speċifiċi, bil-parteċipazzjoni ta' membri ta’ kumitati parlamentari differenti, u biex jiġi promoss il-kuntatt bejn il-Membri u s-soċjetà ċivili.

2.    Dawn il-gruppi ma jistgħux jinvolvu ruħhom f’attivitajiet li jistgħu jirriżultaw f’konfużjoni mal-attivitajiet uffiċjali tal-Parlament jew tal-korpi tiegħu. Kemm-il darba jiġu rispettati l-kundizzjonijiet stipulati fir-regoli li jirregolaw l-istabbiliment ta' dawn il-gruppi, kif adottati mill-Bureau, il-gruppi politiċi jistgħu jiffaċilitaw l-attivitajiet ta' dawn il-gruppi billi jipprovdulhom appoġġ loġistiku. Dawn il-gruppi għandhom jiddikjaraw kwalunkwe appoġġ minn barra skont l-Anness I.

Avviż legali - Politika tal-privatezza