Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Lulju 2009
PDF 1338k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU II  : PROĊEDURI LEĠISLATTIVI, TAL-BAĠIT U OĦRAJN
KAPITOLU 1  : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 35  : Il-programm leġiżlattiv u ta' ħidma tal-Kummissjoni

1.    Il-Parlament għandu jaħdem flimkien mal-Kummissjoni u mal-Kunsill sabiex jiddetermina l-ippjanar leġiżlattiv ta' l-Unjoni Ewropea.

Il-Parlament u l-Kummissjoni għandhom jikkoperaw fil-preparazzjoni tal-programm leġiżlattiv u fil-programm ta' ħidma tal-Kummissjoni skond l-iskeda u l-arranġamenti miftiehma bejn iż-żewġ istituzzjonijiet u annessi ma' dawn ir-Regoli ta' Proċedura. (1)

2.    F'ċirkustanzi urġenti u mhux previsti, istituzzjoni tista', fuq inizjattiva tagħha u skond il-proċeduri mniżżla fit-Trattati, tipproponi ż-żieda ta' miżura leġiżlattiva mal-miżuri proposti fil-Programm Leġiżlattiv.

3.    Il-President għandu jgħaddi r-riżoluzzjoni adottata mill-Parlament lill-istituzzjonijiet l-oħra li jipparteċipaw fil-proċedura leġiżlattiva u lill-parlamenti ta' l-Istati Membri.

Il-President għandu jistaqsi lill-Kunsill sabiex jesprimi opinjoni fuq il-Programm Leġiżlattiv Annwali tal-Kummissjoni kif ukoll fuq ir-riżoluzzjoni tal-Parlament.

4.    Fejn istituzzjoni ma tkunx tista timxi mal-kalendarju stabbilit għaliha, għandha tgħarraf lill-istituzzjonijiet l-oħra dwar ir-raġunijiet għad-dewmien u tipproponi kalendarju ġdid.

(1)Ara Anness XIV.
Avviż legali - Politika tal-privatezza