Preċedenti 
 Li jmiss 
Regoli ta' Proċedura tal-Parlament Ewropew
Is-seba' leġislatura - Lulju 2009
PDF 1338k
KONTENUT
INDIĊI
NOTA LILL-QARREJ

TITOLU II  : PROĊEDURI LEĠISLATTIVI, TAL-BAĠIT U OĦRAJN
KAPITOLU 1  : PROĊEDURI LEĠIŻLATTIVI - DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI

Artikolu 39  : Aċċess għal dokumenti u l-għoti ta' informazzjoni lill-Parlament

1.    Matul il-proċedura leġiżlattiva kollha, il-Parlament u l-kumitati tiegħu għandhom jitolbu aċċess għad-dokumenti kollha li għandhom x'jaqsmu mal-proposti tal-Kummissjoni, bl-istess kundizzjonijiet li jgawdu l-Kunsill u l-gruppi ta' ħidma tiegħu.

2.    Waqt l-eżami ta' proposta tal-Kummissjoni, il-kumitat responsabbli għandu jitlob lill-Kummissjoni u lill-Kunsill biex iżommuh infurmat dwar il-progress ta' din il-proposta fi ħdan il-Kunsill u l-gruppi ta' ħidma tiegħu, u b'mod partikulari biex iżommuh infurmat dwar l-iżvilupp ta' kull kompromess li jkun se jemenda sostanzjalment il-proposta oriġinali tal-Kummissjoni jew dwar l-intenzjoni tal-Kummissjoni li tirtira l-proposta tagħha.

Avviż legali - Politika tal-privatezza